Ir-Riċetta tal-Bxara it-Tajba
Kif tħossok jekk f’ħajtek iżżid aktar lil Ġesù Kristu?
Jekk qatt żort l-istat minn fejn ġej jien ta’ Louisiana, x’aktarx li int familjari ma’ ħafna mill-platti li aħna nħobbu—gumbo, jambalaya, étouffée, u l-lista ma tispiċċa qatt.
Minn żmien għal żmien, insib ruħi nħossni kuraġġuż biżżejjed biex insajjar waħda minn dawk ir-riċetti tajbin. L-aħħar pass inuffiċjali wara li jitħalltu l-ingredjenti kollha u wara l-istruzzjonijiet dettaljati huwa li jsir it-test finali li nduq dak li sajjart u jnara jekk hemmx xi ħaġa nieqsa. Dak il-ħin, nħossni nisma’ l-leġġendi tat-tisjir Creole jsefsef f’widnejja, “daħħal aktar lil Tony’s fiha.” Tony’s huwa ħwawar mill-Creole magħmula f’Opelousas, Louisiana, art twelidi. Spiss jintuża bħala “l-ingredjent sigriet” biex ipatti għall-imperfezzjonijiet li jsiru waqt li wieħed ikun qed jimxi fuq ir-riċetta.
Jien u marti, Michelle, kellna l-unur li naqdu bħala mexxejja tal-missjoni f’Louisiana. Kellna tradizzjoni li ngħallmu lill-missjunarji kif isajru r-riċetta speċjali tagħha tal-jambalaya fl-aħħar lejl tagħhom fid-dar tal-missjoni qabel ma jirritornaw għand il-familji tagħhom. Minbarra x-xhieda tagħhom tal-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu, il-missjunarji tagħna ħallew il-missjoni b’apprezzament għar-riċetti.
Ftit tax-xhur ilu, kont qed nibbrawżja fil-Librerija tal-Midja tal-Knisja u rajt link għal kollezzjoni ta’ filmati qosra bl-isem ta’ Taħdidiet ta’ Restawrazzjoni mal-President Russell M. Nelson. It-titlu ta’ wieħed mill-filmati qosra fil-lista ġibidli l-attenzjoni u ġegħelni nitbissem. Huwa msejjaħ “l-Iskrittura hi r-Riċetti t’Alla Biex Tgħix Hieni.” Mill-ewwel għafast fuq dak il-filmat ta’ żewġ minuti u rajt lill-President Nelson jgħallem lil grupp ta’ tfal tal-Primarja messaġġ sempliċi u qawwi dwar kif għandhom ikunu kuntenti. Hu għallimhom: “Jekk qed tagħmel kejk, timxi skont id-direzzjonijiet, hux hekk? U jkollok riżultat tajjeb kull darba, hux hekk?”
Hu kompla jgħidilhom li kien se jagħlaq 95 sena dalwaqt: “In-nies jsaqsuh, ’X’tiekol? X’inhu s-sigriet tiegħek?’” Hu wieġeb, “Is-sigriet jissejjaħ l-iskrittura. Ippruvaw aqrawhom u ppruvahom.”
Hekk hu. Is-sigriet sempliċi għall-għajxien hieni hu li sempliċement insegwu r-riċetta t’Alla kif inhi dettaljata fl-iskrittura. Insejħilha r- “Riċetta tal-Bxara t-Tajba.”
X’tagħmel jekk xi ħaġa tmur ħażin meta tkun qed issegwi r-riċetta? Mela, bħala parti integrali fir-Riċetta tal-Bxara it-Tajba hemm l-“ingredjent sigriet” biex tkun ċert li inti fl-aħħar toħroġ tajjeb. It-tweġiba hi dejjem Ġesù Kristu.
Naħseb li lkoll ikollna mumenti fejn inħossu li l-ingredjenti tagħna mhumiex tajbin biżżejjed, jew inbatu biex nimxu mad-direzzjonijiet, jew forsi nagħmlu xi ħaġa mhux tajba, jew jiġri xi ħaġa li ma jkollniex kontroll fuqha, u l-bqija.
X’inhu r-rimedju? Huwa sempliċiment li żżid aktar minn dak li jistieden lil Ġesu Kristu f’ħajtek.
Allura, x’se jiġri jekk f’ħajtek iżżid aktar lil Ġesu ’Kristu?
Waqt li kont qed naqdi bħala president tal-missjoni, kelli l-pjaċir li niltaqa’ personalment ma’ kull missjunarju żagħżugħ tagħna kull sitt ġimgħat. Matul il-laqgħa wiċċ imb wiċċ, kien komuni li l-missjunarji jfittxu gwida dwar kif itejbu l-effikaċja tas-sħubija tagħhom.
Darba minnhom, missjunarju daħal għall-intervista persunali tiegħu u poġġa bilqiegħda. Stajt ngħid mill-manjieri tiegħu li kellu xi ħaġa fuq moħħu. Staqsejt, “Presbiteru, illum x’tixtieq tiddiskuti?” Beda jiddeskrivi wħud mill-isfidi li kien qed ikollu ma’ sieħbu u kif din kienet qed taffettwa l-ħila tagħhom li jagħmlu xogħol missjunarju. Bid-dmugħ f’għajnejh, ħares lejja u staqsa, “President, x’ għandi nagħmel?”
F’dak il-każ, onestament ma kontx naf nirrispondi. Wara mument qasir, staqsejtu jekk kienx OK għalina li ninżlu għarkupptejna flimkien fit-talb għall-gwida mill-Ispirtu. Qbilna, u nżilna għarkupptejna flimkien u tlabna l-ispirazzjoni.
Wara t-talba, bqajna għarkupptejna għal ftit ħin u mbagħad poġġejna bilqiegħda fuq is-siġġijiet tagħna faċċata ta’ xulxin. Staqsejt jekk stajniex naqraw skrittura flimkien. Hekk kif ftaħna l-iskritturi tagħna, waqaft ftit u għedtlu, Presbiteru, hekk kif naqraw din l-iskrittura, jekk jogħġbok staqsi lilek innifsek il-mistoqsija li ġejja: Jekk ngħix dawn l-attributi, se ntejjeb is-sena ta’ sħubija tiegħi u x-xogħol missjunarju tagħna?”
Imbagħad ftaħna Moroni 7:45 u qrajna b’leħen għoli: “Il-karità taf tistabar u tħenn, u mhijiex għajjura, ma titkabbarx fuq l-oħrajn, ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla, ma żżommx f’qalbha d-deni, ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verità, kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.”
Imbagħad, il-presbiteru ħares lejja bid-dmugħ f’għajnejh u qalli, “Iva, President, imma dan diffiċli nagħmlu.” Qbilt u fakkartu li hu iben Alla b’potenzjal divin li dan jista’ jagħmlu flimkien mal-Mulej.
Imbagħad iddiskutejna fil-qosor il-parabbola tal-għolja mgħallma mill-Presbiteru Clark G. Gilbert tas-Sebgħin, li fakkarna li rridu nibdew fejn aħna u, flimkien mal-Mulej, nimxu ’l quddiem u ’l fuq b’direzzjoni pożittiva. Stajt ngħid li kien għadu qed iħossu daqsxejn mħasseb bil-passi li jmiss, u għalhekk tlabtu jiddeskrivi l-fehma tiegħu dwar l-iskrittura “li permezz ta’ ħwejjeġ żgħar u sempliċi jiġu fis‑seħħ ħwejjeġ kbar.” Kompla jiddeskrivi l-kunċett li jgħid li meta jsiru affarijiet żgħar u sempliċi, jistgħu jiġru affarijiet kbar. Tlabtu jieħu minuta u jidentifika żewġ affarijiet żgħar u sempliċi li seta’ jagħmel biex ikun ġentilimal-kumpann sieħbu.
Wara ftit mumenti, qasam ħsibijietu. Imbagħad tlabtu jieħu minuta u jidentifika żewġ affarijiet żgħar u sempliċi li seta’ jagħmel biex ikun paċenzjuż mal-kumpann sieħbu. Kważi mill-ewwel qasam iż-żewġ ħsibijiet tiegħu. Kien jidher ċar li dan kien diġà qed jixtarru qabel il-laqgħa li kellna. Stedintu jieħu dawk il-ftit oġġetti għand Alla fit-talb u jitlob il-konferma, id-direzzjoni, u l-ispirazzjoni dwar kif iwettaq il-pjan tiegħu b’intenzjoni reali. Huwa qabel. Kif ikkonkludejna, tlabtu jagħtini aġġornament qasir fl-ittra tiegħu ta’ kull ġimgħa.
Hekk kif għaddew il-ġimgħat, stajt nara fl-ittri tiegħu kull ġimgħa li l-affarijiet kienu qed jitjiebu. Mhux biss stajt nara dak it-titjib fl-ittri tiegħu ta’ kull ġimgħa, imma stajt nara dan ukoll fl-ittri ta’ kull ġimgħa tal-kumpann sieħbu. Matul l-intervista personali, rajt differenza mill-lejl għan-nhar fil-konoxxenza u l-ispirtu tiegħu. Staqsejtu, “Mela, Presbiteru, veru li “l-imħabba qatt ma tfalli?’” Hu wieġeb bi tbissima kbira, “Iva, u b’affarijiet żgħar u sempliċi jinġiebu affarijiet kbar biex jgħaddu.”
Int u ssegwi r-Riċetta tal-Bxara t-tajba biex tgħix hieni, ftakar fit-tagħlim tal-President Nelson: “Ikunu xi jkunu l-mistoqsijiet jew il-problemi li jkollok, it-tweġiba dejjem issibha fil-ħajja u t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu. Tgħallem aktar dwar l-Espjazzjoni tiegħu, l-imħabba tiegħu, il-ħniena tiegħu, id-duttrina tiegħu, u l-evanġelju rrestawrat tiegħu li jfejjaqna u jgħinna fil-progressjoni tagħna. Duru Lejh! Segwuh!”
Meta għandek bżonn tisimgħu u tagħraf tistieden lil Ġesù Kristu f’ħajtek, qis li ssegwi l-passi li għallimna l-President Nelson dwar ir-rivelazzjoni personali:
“Sibu post fil-kwiet li fih intom tkunu tistgħu tmorru regolarment. Iċċekknu quddiem Alla. Iftħu qalbkom għal Missierkom fis-Smewwiet. Duru lejh biex huwa jweġibkom u jfarraġkom.
Itolbu f’isem Ġesù Kristu dwar dak li qed jinkwetakom, u dwar il-biżgħat u d-dgħjufijiet tagħkom—iva, sewwasew dwar ix-xewqat ta’ qalbkom. Imbagħad isimgħu x’għandu jgħidilkom! Iktbu l-ħsibijiet li jiġu f’moħħkom. Niżżlu s-sentimenti tagħkom u mbagħad aġixxu skont dak li intom tkunu ktibtu. Hekk kif, jum wara jum, xahar wara xahar, sena wara sena, intom tirrepetu dan il-proċess, intom ‘tikbru fil-prinċipju tar-rivelazzjoni.’”
Jiena nixhed li Ġesù Kristu huwa s-Salvatur u l-Feddej tagħna. Huwa jrid jagħtina “dak kollu li għandna bżonn sabiex nerġgħu lura għand il-Missier fis-Smewwiet.” F’isem Ġesù Kristu, ammen.