Nirrikonċiljaw Ruħna ma’ Alla
Din ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla, permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, twassalna biex ikollna fidi mill-aktar soda.
Waqt li nkun qed nistudja l-iskrittura, niltaqa’ ma’ kliem li tassew jolqotni, l-aktar għaliex ikollu tifsira speċjali għalija minħabba xi esperjenza li kelli f’ħajti. Jiena għaddejt il-karriera tiegħi naħdem bħala accountant forensiku. B’dan l-isfond, il-kelma nirrikonċiljaw hi kelma li lili tolqotni waqt li jiena naqra l-iskrittura. L-impjieg tiegħi kien li nirrekonċilja ċerti ammonti li nirċievi mar-reġistr finanzjarji billi napplika l-ħila tiegħi fejn jidħu l-accounts, l-awditjar, u l-investigazzjoni. Fi kliem ieħor, l-għan tiegħi kien li nallinja r-rapporti finanzjarji mad-dokumenti finanzjarji meħtieġa biex niżgura l-akkuratezza u l-validità. Jiena kont nagħmel sforz kbir biex nirrisolvi d-diskripanzi, u kienet xi ħaġa komuni li niddedika ħin mhux ħażin biex nirrisolvi saħansitra diskripanzi mill-aktar żgħar.
L-Appostlu Pawlu talab bil-ħerqa lill-Korintin biex “jirrikonċiljaw ruħhom ma’ Alla.” Li nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla jfisser li nerġħu lura f’armonija ma’ Alla, jew li nirrisolvu relazzjoni ma’ Alla li sfat mkissra jew li ma baqgħetx waħda tajba minħabba dnubietna jew l-għemejjel tagħna. F’kelma waħda, li nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla ifisser li nallinjaw ir-rieda jew l-għemejjel tagħna mar-rieda ta’ Alla, jew, kif għallem il-President Russell M. Nelson, billi nħallu lil Alla jiddomina f’ħajjitna.
Kif aħna mgħallmin fl-iskrittura, aħna ħielsa li naġixxu għalina nfusna, “li tagħżlu t-triq tal-mewt ta’ dejjem jew it-triq tal-ħajja ta’ dejjem.” Iżda jekk ma nkunux diliġenti, din il-libertà li naġixxu għalina nfusna taf twassalna biex nitilfu l-allinjament tagħna mar-rieda ta’ Alla.
Il-profeta Ġakobb għallem li meta aħna nsibu rwieħna f’nuqqas ta’ armonija jew nuqqas ta’ allinjament ma’ Alla, l-uniku mod kif aħna nistgħu niksbu r-rikonċiljazzjoni hu billi “nirrekonċiljaw ruħna ma’ Alla permezz tal-espjazzjoni ta’ Kristu.” Jeħtieġ li nirrealizzaw li r-rikonċiljazzjoni tiddependi fuq il-ħniena, fejn jimplika li l-għemil grazzjuż tal-espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu jwassal biex ir-rikonċiljazzjoni tkun xi ħaġa possibbli.
Waqt li tixtarru dwar ħajjitkom, aħsbu ftit dwar xi żmien meta intom ħassejtukom ’l bogħod minn Missierna fis-Smewwiet minħabba li intom tbegħedtu minnu. Per eżempju, jista’ jkun li intom sirtu anqas diliġenti fit-talb tagħkom miegħu jew fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħu. Bl-istess mod kif aħna nagħżlu li nitbiegħdu minn Alla, jeħtieġ li nagħżlu li nagħtu bidu għar-rikonċiljazzjoni. Il-Mulej enfasizza r-responsabbiltà tagħna meta qal, “Ersqu lejja u jiena nersaq lejkom; fittxuni bid-diliġenza kollha u ssibuni; itolbu u tirċievu; ħabbtu u niftħilkom.”
Is-Salvatur kif jista’ jgħinna nirrestawraw u nirrekonċiljaw din ir-relazzjoni importanti? Għalija, jiena nirnexxi ħafna fil-vjaġġ tiegħi li nirrikonċilja ruħi ma’ Alla meta jiena nimxi wara l-parir li tana l-President Nelson u meta nindem kuljum. Ir-raġuni hi peress li r-rikonċiljazzjoni tfisser li tirrestawra relazzjonijiet li ma baqgħetx tajba, partikolarment bejn Alla u l-umanità, billi teħles mill-ostaklu tad-dnub.
Waħda mill-akbar rikonċiljazzjonijiet li naqraw dwarha fl-iskrittura hija dik ta’ Enos. Kien hemm xi ħaġa f’ħajtu li ma kenitx f’allinjament ma’ Alla. Huwa eżempju ta’ bniedem li wera l-fidi tiegħu fl-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu biex jirrekonċilja ruħu ma’ Alla. Huwa tkellem dwar ix-xewqa tiegħu li jindem, dwar l-umiltà tiegħu, dwar dak li beda jiffoka fuqu, u dwar id-determinazzjoni tiegħu. Ir-rikonċiljazzjoni tiegħu ma’ Alla ġiet ikkonfermata meta sema’ leħen mis-smewwiet jgħidlu, “Enos, dnubietek maħfura, u inti sa tkun imbierek.” Enos għaraf x’impatt li l-indiema u r-rikonċiljazzjoni kellhom fuqu meta qal, “U jiena, Enos, kont naf li Alla ma jigdibx; għalhekk, il-ħtija tiegħi ħallietni.”
Ir-rikonċiljazzjoni twassal mhux biss għas-serħan mis-sentimenti ta’ ħtija iżda wkoll għall-paċi magħna nfusna u mal-oħrajn. Hija tfejjaq ir-relazzjonijiet, trattab il-qlub, u ssaħħaħ id-dixxipulat tagħna, u tkabbrilna l-kunfidenza tagħna quddiem Alla. Dak li jimlieni b’tama u kunfidenza kbira huwa frott ieħor tar-rikonċiljazzjoni kif deskritt minn Enos meta qal, “U wara li jiena, Enos, smajt dan il-kliem, il-fidi tiegħi fil-Mulej bdiet tissoda.”
Meta kont għadni tfajjel, missier ommi kellu ġnien kbir bis-siġar taċ-ċirasa. Jien kelli l-opportunità li naħdem f’dan il-ġnien, l-aktar fis-sajf waqt il-ħsad taċ-ċirasa. Bħala daqsxejn ta’ tfajjel, sibt li dak kollu li kelli nagħmel kien li ningħata barmil u wara nitla’ ma xi siġra biex naqta’ ċ-ċirasa.
Il-ħsad taċ-ċirasa nbidel waħda sew meta n-nannu tiegħi xtara magna tissejjaħ iċ-ċekċiera taċ-ċirasa. Din il-magna taqbad iz-zokk tas-siġra u tregħidu waħda sew sakemm iċ-ċirasa tibda taqa’ mis-siġra għal ġewwa x-xbiek li jintużaw biex tinġabar iċ-ċirasa. Jiena nnutajt li meta ċ-ċekċiera tibda triegħed is-siġra, fi ftit sekondi kienet taqa’ mis-siġra tista’ tgħid iċ-ċirasa kollha. Innutajt ukoll li ma kenitx tagħmel differenza jekk is-siġra kenitx titriegħed għal 10 sekondi jew għal minuta sħiħa, xi ċirasa kienet tibqa’ ma taqax. Kienu tikkumbatti tassew dak it-tregħid kollu.
Li triegħed iċ-ċirasa biex taqa’ mis-siġra hija ħaġa possibbli biss minħabba r-rilaxx tal-etilene. Dan l-ormon iwassal biex is-saff ta’ ċelloli li hemm bejn iz-zokk li hemm bejn iċ-ċirasa u s-siġra jiddgħajjef. Għalhekk, iz-zokk ta’ ċirasa misjura waħda jinqata b’ferm aktar faċilità mis-siġra minħabba r-rabta dgħajfa.
Fl-iskrittura, nitgħallmu li z-zokk ta’ Ġesse huwa metafora għall-Messija, Ġesù Kristu, li kien imbassar li kellu jiġi min-nisel ta’ Ġesse, missier is-Sultan David. Hekk kif l-etilene ddgħajjef ir-rabta taz-zokk taċ-ċirasa misjura, id-diżubbidjenza, id-dubji, u l-biża’ jistgħu jdgħajfu r-rabta tagħna maz-zokk ta’ Ġesse, jew ma’ Ġesù Kristu, u jwassluna biex nitriegħdu b’mod aktar faċli u b’hekk nisseparaw ruħna minn miegħu. Fidil kemm aħna fidili, jeħtieġ li ngħassu lilna nfusna biex ma niddgħajfux fir-rabta tagħna ma’ Ġesù Kristu.
Fid-Duttrina u Patti, anke l-fidili ngħataw din it-twissija: “Iżda jista’ jkun li l-bniedem ma jibqax fil-grazzja ta’ Alla u jitbiegħed minn Alla l-ħaj.” Il-Mulej ikompli, “Iva, … dawk li huma mqaddsa għandhom jiftħu għajnejhom ukoll.” Biex nevitaw li naqgħu, il-Mulej iwissina, “Għalhekk dawk li huma fil-knisja għandhom jiftħu għajnejhom u jitolbu dejjem, ħalli ma jaqgħux fit-tiġrib.”
Wieħed jista’ jqabbel l-istat li nitriegħdu b’faċilità ma’ dak li l-iskrittura tiddeskrivi bħala li tkun misjur għall-qerda b’konsegwenza imminenti li tagħmel xi ħaġa dwarha. Din il-frażi tista’ tintuża b’mod aktar wiesgħa biex tindika stat ta’ tħassir, korruzzjoni, jew deterjorament li jwassal xi ħaġa fi stat li tista’ hija taqa’ jew tinqered.
Dan is-sajran x’jirrappreżenta? Dan ifisser li aħna nafu naslu f’punt li ma nkunux kapaċi aktar li ninbidlu? Le, jien naħseb li jfisser li aħna nafu naslu f’punt li ma nkunux lesti li ninbidlu. L-antidot għalli nsiru misjurin għall-qerda hu li nagħmlu dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jsaħħu r-rabta tagħna ma’ Ġesù Kristu. Kif semmejt qabel, l-indiema wasslet lil Enos biex huwa jkollu fidi mill-aktar ferma. Fl-indiema nsibu l-qawwa—indiema regolari, f’waqtha, u frekwenti. Kif għallimna l-President Russell M. Nelson: “Xejn ma jilliberana aktar, ma jirraffinana aktar, jew li hu aktar kruċjali għall-progressjoni individwali tagħna milli, b’mod regolari u ta’ kuljum, niffokaw fuq l-indiema.”
Minbarra l-indiema, il-profeta Ġakobb għallem li nkunu konxji tal-influwenza ta’ Alla f’ħajjitna, li nfittxu u nirċievu r-rivelazzjoni, u li nisimgħu lil Alla meta Huwa jkellimna huma lkoll ta’ għajnuna biex aħna ma nitriegħdux. Ġakobb għallem ukoll, “Għalhekk, aħna niflu sew kliem il-profeti, u aħna għandna bosta rivelazzjonijiet u l-ispirtu tal-profezija; u għax għandna dawn ix-xhieda kollha aħna niksbu tama, u l-fidi tagħna ssir waħda soda.” Li nisimgħu l-kliem u l-istedina tal-profeti u l-appostli u naġixxu skont kliemhom jista’ jimliena bit-tama, bil-kunfidenza, u bil-qawwa, u dan iwassal biex il-fidi tagħna ssir waħda soda.
Jien tgħallimt li x-xewqa li aħna nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla jeħtieġ li norbtu magħha wkoll ix-xewqa li nindmu. Li nindmu u nesperjenzaw il-barkiet tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu jwassalna biex ikollna fidi soda. Il-fidi soda twassal għax-xewqa dejjem nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla. Dan huwa mudell ċirkolari, jew iterattiv.
Ħuti, nistedinkom biex tirrikonċiljaw ruħkom ma’ Alla permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Nixhed li meta aħna nagħmlu u nħarsu l-patti nkunu qegħdin insaħħu r-rabta tagħna mas-Salvatur, u b’hekk nevitaw li nkunu misjurin għall-qerda. Nixhed li din ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla, permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, twassalna biex ikollna fidi mill-aktar soda.
Jiena naf li Missierna fis-Smewwiet iħobbna, u li Hu bagħat lil Ibnu l-Għażiż, Ġesù Kristu, biex ikun is-Salvatur u l-Feddej tagħna, u r-Rikonċiljatur kbir tagħna. Jiena nixhed għal Ġesù Kristu u nagħmel dan f’isem Ġesu Kristu, ammen.