Konferenza Ġenerali
Kun Af Min Verament Int
Konferenza ġenerali Ottubru 2025


Kun Af Min Verament Int

Irrispettivament fejn ninsabu fit-triq tagħna bħala dixxipulat, ħajjitna tinbidel fundamentalment jekk nifhmu aħjar min verament aħna.

Bosta snin ilu, bintna kellha esperjenza mill-aktar profonda fil-missjoni tagħha. Bl-approvazzjoni tagħha, jiena se naqsam magħkom silta ta’ dak li kitbet lilna dik il-ġimgħa:

“Ilbieraħ, membru li kienet qed tirritorna talbitna biex immorru għandha mill-aktar fis possibbli. Meta wasalna, aħna sibnieha mal-art, tolfoq b’mod inkontrollabbli. Tolfoq u tibki, qaltilna li kienet tilfet xogħolha, kienet se titkeċċa mill-appartament tagħha, u li, għal darb’oħra, kienet se tispiċċa mingħajr saqaf.”

It-tifla tagħna kompliet: “Jiena bdejt infittex b’mod franetiku l-iskrittura tiegħi, nipprova nsib xi ħaġa—xi ħaġa, tkun xi tkun, biex ngħinha. Hekk kif kont qed infittex il-vers perfett, ħsibt, X’qed nagħmel? Dan mhuwiex dak li jagħmel Kristu. Din mhijiex problema li nista’ nsolvi, iżda din hija bint litterali ta’ Alla li teħtieġ l-għajnuna tiegħi. Għalhekk, jiena għalaqt l-iskrittura tiegħi, inżel għarkupptejha ħdejha, u ħaddantha waqt li bkejna flimkien, sakemm hija kienet lesta li tqum bilwieqfa u tiffaċċja din l-isfida.”

Wara li din il-mara kienet imfarrġa, it-tifla tagħna mbagħad użat l-iskrittura biex tipprova tgħinha tifhem ir-realtà tas-siwi divin tagħha u biex tgħallimha wada mill-veritajiet l-iktar fundamentali tal-eżistenza tagħna--li aħna wlied maħbubin ta’ Alla, Alla li jħoss kompassjoni perfetta għalina meta nsofu u huwa lest li jassistina meta nqumu lura fiuq saqajna.

Hija ħaġa mill-aktar intuwenti li l-ewwel punt ta’ duttrina li jgħallmu l-missjunarji tagħna hu li Alla huwa Missierna fis-Smewwiet li tant iħobbna. Kull verità sussegwenti tibni fuq l-għarfien pedamentali ta’ dak li verament aħna.

Susan H. Porter, il-President Ġenerali tal-Primarja, għallmitna: “Meta tagħrfu u tifhmu kemm intom maħbubin b’mod komplet bħala wlied Alla, tibdew taraw kollox minn lenti differenti. Dan jibdel il-mod kif tħossukom dwarkom infuskom meta tiżbaljaw. Jibdel kif intom tħossukom meta tesperjenzaw ħwejjeġ diffiċli. Jibdel il-mod li bih tħarsu lejn il-kmandamenti ta’ Alla. Jibdel il-mod kif tħarsu lejn ħaddieħor, u l-kapaċità tagħkom li tagħmlu differenza.”

Din il-bidla ninnotawha meta naqraw dwar l-esperjenza li Mosè kellu waqt li kien qed jitkellem ma’ Alla wiċċ imbwiċċ. Waqt dik il-konverżazzjoni, Alla ripetutament għallem lil Mosè dwar il-wirt divin tiegħu, billi qallu “Mosè, inti ibni.” Alla spjega li Mosè kien fis-similitudni tal-Imnissel Waħdani tiegħu. Mosè ġie biex jifhem b’mod ċar min kien, li kellu ħidma x’jagħmel, u li kellu Missier fis-Smewwiet kollu mħabba.

Wara din l-esperjenza, l-avversarju ġie jittantah u immedjatament indirizzah billi qallu, “Mosè, bin il-bniedem.” Din hija għodda komuni u perikoluża fl-arsenal tal-avversarju. Filwaqt li Missierna fis-Smewwiet b’mod konsistenti u ta’ mħabba jfakkarna li aħna wliedu, l-avversarju dejjem jipprova jimmarkana bid-dgħjufijiet tagħna. Iżda Mosè kien diġà tgħallem li kien aktar minn “bin il-bniedem.” Huwa ddikjara lil Satana, “Min inti? Għax ara, jien iben Alla.” Bl-istess mod, meta nħabbtu wiċċna mal-isfidi tal-mortalità jew meta nħossuna bħal xi ħadd qed jipprova jimmarkana bid-dgħjufijiet tagħna, jeħtieġ li nibqgħu sodi fl-għarfien ta’ dak li verament aħna. Għandna nfittxu l-validazzjoni vertikalment, mhux orizzontalment. U hekk kif nagħmlu dan, aħna wkoll nistgħu b’qawwa niddikjaraw, “Jiena iben Alla.”

F’devozzjonali dinjija għall-adulti żgħażagħ, il-maħbub tagħna President Russell M. Nelson għallem: “Mela min intom? L-ewwel u qabel kollox, intom ulied Alla, ulied il-patt, u dixxiplu ta’ Ġesù Kristu. Hekk kif intom tħaddnu dawn il-veritajiet, Missierna fis-Smewwiet jgħinkom tilħqu l-għan aħħari tagħkom li tgħixu għal dejjem fil-preżenza mqaddsa tiegħu.”

Mhijiex koinċidenza li, f’dik li aktarx hija l-aktar skrittura ripetuta, Alla jfakkarna fir-relazzjoni tagħna miegħu. Fost l-ismijiet kollha li Huwa seta’ jiġi identifikat permezz tat-talba tas-sagrament, Huwa talab biex jissejjaħ “Alla, il-Missier Etern.”

Hekk kif aħna nsiru nafu verament min aħna, aħna nemmnu b’aktar qawwa li Missierna fis-Smewwiet li tant iħobbna pprovda pjan għalina biex nerġgħu lura biex nerġgħu ngħixu miegħu mill-ġdid. Il-Presbiteru Patrick Kearon għallem: “Il-pjan sabiħ ta’ Missierna, sewwasew il-pjan ‘favoluż’ tiegħu, hu mfassal biex iġibek lura d-dar, mhux biex iżommok barra. … Alla jinsab ifittixkom b’persistenza kbira.” Aħsbu ftit dwar dan—Missierna kollu mħabba u b’qawwa jinsab “f’insegwiment bla tarf ta’ nies minnkom.”

Irrispettivament fejn ninsabu fit-triq tagħna bħala dixxipulat, ħajjitna tinbidel fundamentalment jekk nifhmu aħjar min verament aħna. Ippermettuli nissuġġerixxi żewġ modi kif nistgħu napprofondixxu dan l-għarfien.

L-Ewwel, It-Talb

Waqt li s-Salvatur kien qed jibda l-ministeru mortali tiegħu, huwa kien meħud fid-deżert biex “ikun ma’ Alla.” Jista’ jkun li għandna nbiddlu ftit kif naħsbuha, minn li sempliċiment ngħidu t-talb tagħna għal li niddedikaw ħin biżżejjed biex fil-fatt nitkellmu ma’ Alla u “nkunu ma’ Alla” kuljum.

Sibt li l-kwalità tat-talb tiegħi titjieb hekk kif jiena nieħu ftit minuti biex nitħejja biex nitkellem ma’ Missieri. L-iskrittura turina li dan huwa mudell li jaħdem. Sew jekk hu Joseph Smith; Nefi, iben Ħelaman; jew Enos, kollha għandhom xi forma ta’ tagħrbil u riflessjoni qabel il-komunikazzjoni reġistrata tagħhom ma’ Alla. Enos qal li ruħu bil-ġuħ hekk kif il-kliem ta’ missieru niżel fil-fond ta’ qalbu. Kull wieħed minn dawn l-eżempji jgħallimna l-ħtieġa li nitħejjew spiritwalment għal ħinna kuljum biex “inkunu ma’ Alla.”

Lin-Nefiti, is-Salvatur amar: “Meta titlob, idħol fil‑kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il‑bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil‑moħbi.”

Kemm jekk tkun f’kamartek, sew jekk fil-kamra tas-sodda, il-prinċipju hu li ssibu post li fih tistgħu tkunu weħidkom biex titolbu, biex tagħtu ċans li ruħkom tkun siekta, u li tħossu s-suġġerimenti tal-“leħen sieket u ċkejken.” Aħna nistgħu nitħejjew billi nixtarru dwar il-ħwejjeġ li aħna grati għalihom u l-mistoqsijiet jew it-tħassib li nixtiequ nressqu għand Missierna. Għandna nistinkaw biex ma jkollniex manjiera ta’ repetizzjoni meta nitolbu iżda li nitkellmu ma’ Missierna, b’leħen għoli jekk possibli.

Jiena nirrealizza li fil-kaos ta’ ħajjitna, meta nkunu qed nitħabtu ma’ wliedna żgħar jew niġru bejn il-laqgħat, jista’ jkun li ma jkollniex il-lussu ta’ kmamar siekta u tħejjija intenzjonata—iżda dak it-talb sieket, mgħaġġel, u urġenti jista’ jkun ferm aktar sinifikanti meta aħna nkunu għamilna sforz biex “inkunu ma’ Alla” aktar kmieni fil-jum.

Jaf ikun hemm xi wħud li ilhom ma jitolbu għal żmien twil jew oħrajn li ma ħassewx li t-talb tagħhom qed jinstema’. Inwegħidkom li Missierkom fis-Smewwiet jafkom, iħobbkom, u jrid jisma’ mingħandkom. Huwa jixtieq jikkomunika magħkom. Huwa jridkom tiftakru min intom.

M’ilux il-President Jeffrey R. Holland għallimna, “Huwa x’inhu l-ammont ta’ talb li qed titolbu, itolbu aktar. Anki jekk qed titlobu kemm tifilħu, itolbu aktar.“

Minn barra l-ħtieġa li nżidu l-frekwenza u l-ħrara tat-talb tagħna, li nistudjaw ta’ kuljum il-Ktieb ta’ Mormon u li nqimu fit-tempju se jħejji lil moħħna għar-rivelazzjoni. Hekk kif nagħmlu l-almu tagħna biex intejbu l-komunikazzjoni tagħna ma’ Missierna fis-Smewwiet, Huwa jberikna biex inħossuna aktar profondament li aħna wliedu.

It-Tieni, Agħraf li Ġesù Hu l-Kristu

L-akbar manifestazzjoni tal-imħabba ta’ Missierna fis-Smewwiet għalina bħala wliedu hija r-realtà li bagħat lil Ibnu, is-Salvatur personali tagħna, biex jgħinna niġu lura d-dar. Għalhekk, jeħtieġ li nsiru nafuh.

Snin ilu, meta kont qed inservi bħala president tal-wited, jiena ssottomettejt rakkomandazzjoni għal ħuna biex iservi bħala ħaddiem tal-ordinanzi fit-tempju. Wara li spjegajt kemm se jkun ħaddiem tal-ordinanzi mill-aqwa, jiena involontarjament għafast “tapprovax” li ssottomettiet ir-rakkomandazzjoni. Wara li mingħajr suċċess ippruvajt nemenda l-messaġġ, jiena sejjaħt lill-president tat-tempju u għidtlu, “Jiena għamilt żball orribbli.” Bla tlaqliq, dan il-president tajjeb tat-tempju qalli, “President Eyre, m’hemm xejn li għamilt li ma jistax jiġi maħfur u ultimament ikkoreġut.” X’verità kbira. Fil-fatt, Ġesù Kristu huwa “setgħan li jsalva.”

Fl-2019, kien hemm bidla profonda fil-mistoqsijiet tar-rakkomandazzjoni tat-tempju. Qabel, mistoqsija waħda kienet tistaqsi jekk kellikx testimonjanza tal-irwol ta’ Ġesù Kristu bħala s-Salvatur u l-Feddej tagħna. Issa tistaqsik jekk għandekx testimonjanza tal-irwol tiegħu bħala Salvatur u Feddej tiegħek. L-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu mhux biss taħdem għal ħaddieħor; taħdem għalik u għalija. Huwa s-Salvatur tiegħi. Huwa s-Salvatur tiegħek. Individwalment. Huwa biss permezz tiegħu li intom u jiena nerġgħu lura biex inkunu ma’ Missierna.

Għalhekk, ħuti, ejjew infittxuh. Ejjew nistudjaw ir-relazzjoni divina tiegħu mal-Missier u magħna lkoll. Ejjew nesperjenzaw l-għanja tal-imħabba feddejja li tiġi personalment lil kull wieħed u waħda minna permezz tal-Feddej tagħna hekk kif nindmu. Hekk kif aħna nsiru nafu “lil dak li għandu s-setgħa li jsalva,” aħna se naslu biex nifhmu li aħna, bħala wlied Alla, aħna l-ferħ Tiegħu—l-aktar attenzjoni importanti tiegħu—u li fil-fatt aħna lkoll ħaqqna niġu salvati

Jiena nixhed li aħna għandna Missierna fis-Smewwiet li tant iħobbna. Hekk kif insiru nafu din il-verità eterna permezz tat-talb setgħan, tar-rivelazzjoni personali, u tal-miġja tagħna għand Ġesù Kristu, aħna issa nistgħu niddikjaraw b’qawwa “Jiena iben Alla.” F’isem Ġesù Kristu, ammen.