Konferenza Ġenerali
Sosteniment ta’ Awtoritajiet Ġenerali, Sebgħinijiet Reġjonali, u Uffiċjali Ġenerali
Konferenza ġenerali Ottubru 2025


Sosteniment ta’ Awtoritajiet Ġenerali, Sebgħinijiet Reġjonali, u Uffiċjali Ġenerali

Ħuti, issa se nippreżenta l-Awtoritjiet Ġenerali, is-Sebgħinijiet Reġjonali, u l-Uffiċjali Ġenerali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għall-vot ta’ sosteniment tagħkom.

Jekk jogħġobkom esprimu l-appoġġ tagħkom bil-mod tas-soltu. Jekk fostkom ikun hemm min jopponi xi waħda mill-proposti, nitolbukom biex tikkuntattjaw lill-president tal-wited tagħkom.

Huwa propost li aħna nsostnu lil Dallin Harris Oaks bħala l-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Min hu favur, jekk jogħġobkom juri dan.

Jekk xi ħadd kontra jista’ juri dan.

Huwa propost li aħna nsostnu lil dawn li ġejjin bħala l-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu: Dallin H. Oaks, Jeffrey R. Holland, Henry B. Eyring, Dieter F. Uchtdorf, David A. Bednar, Quentin L. Cook, D. Todd Christofferson, Neil L. Andersen, Ronald A. Rasband, Gary E. Stevenson, Dale G. Renlund, Gerrit W. Gong, Ulisses Soares u Patrick Kearon.

Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Jekk hawn min hu kontra, jista’ jindika dan.

Huwa propost li aħna nsostnu lill-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu bħala profeti, veġġenti, u rivelaturi.

Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Jekk hawn xi ħadd kontra, juri dan bl-istess mod.

Ninnotaw li żewġ Sebgħinijiet Reġjonali ġew sostnuti waqt il-laqgħat għat-tmexxija tal-konferenza ġenerali u ġew imħabbra fil-website tal-Knisja. Nistednukom biex issostnu lil dawn l-aħwa fl-assenjazzjonijiet ġodda tagħhom.

Dawk kollha li intom favur, jekk jogħġobkom uru dan.

Xi ħadd kontra, bl-istess sinjal.

Hu propost li nsostnu lill-Awtoritjiet Ġenerali l-oħrajn, is-Sebgħinijiet Reġjonali, u l-Uffiċjali Ġenerali kif huma bħalissa kostitwiti.

Min hu favur jista’ juri dan.

Jekk hawn xi ħadd kontra, jista’ juri dan.

Nirringrazzjawkom, ħuti, għall-vot ta’ sosteniment tagħkom f’isem it-tmexxija tal-Knisja.

Tibdil fis-Sebgħinijiet Reġjonali

Is-Sebgħinijiet Reġjonali li ġejjin kienu sostnuti waqt is-sessjoni għat-tmexxija li saret bħala parti mill-konferenza ġenerali:

Bhanu K. Hiranandani u Fernando Vivas.