Konferenza Ġenerali
Sempliċità fi Kristu
Konferenza ġenerali Ottubru 2025


Sempliċità fi Kristu

Li napplikaw id-duttrina ta’ Kristu b’mod simplifikat u ffukat jgħinna nsibu l-ferħ fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

1. Introduzzjoni

Tlieta u tletin sena ilu, jiena rċevejt is-sejħa tiegħi biex inservi bħala missjunarju fil-Missjoni ta’ Ogden ta’ Utah. M’hemmx dubju, peress li jiena ġejt mill-Ewropa, xi tradizzjonijiet lokali ta’ Utah bħal “green Jell-O with carrots” u “funeral potatoes” kienu xi ftit partikolari għalija!

Madankollu, jiena verament impressjonajt ruħi bid-devozzjoni u d-dixxipulat ta’ ħafna mill-Qaddisin, bin-numru kbir ta’ nies li kienu jattendu l-laqgħat tal-Knisja, u l-iskala tal-programmi tal-Knisja li kienu jiffunzjonaw kompletament. Meta l-missjoni tiegħi waslet fi tmiemha, jien ridt niżgura li l-ferħ li ħassejt u li l-qawwa u l-maturità spiritwali li jiena osservajt għad ikunu disponibbli wkoll għall-familja futura tiegħi. Kont determinat li nerġa’ lura malajr biex ngħix ħajti fid-“dellijiet tal-għoljiet ta’ dejjem.”

Madankollu, il-Mulej kellu pjanijiet differenti. Fl-ewwel Ħadd tiegħi id-dar, l-isqof għaqli tiegħi sejjaħli biex inservi bħala l-president tal-Ġuvintur fil-qasam tagħna. Meta kont qed inservi lil dan il-grupp meraviljuż ta’ ġuvintur, malajr tgħallimt li l-ferħ li tikseb meta tkun dixxiplu ta’ Kristu ftit li xejn għandu x’jaqsam mad-daqs tal-laqgħat tal-Knisja jew bl-iskala tal-programmi.

Għalhekk meta jiena żżewwiġt lill-mara sabiħa tiegħi, Margret, b’ferħ iddeċidejna li nibqgħu fl-Ewropa u nrabbu lill-familja tagħna f’pajjiżna l-Ġermanja. Flimkien assistejna għal dak li l-President Russell M. Nelson għallimna ħafna snin ilu: “Il-ferħ li nħossu ma jiddependix miċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitna iżda jiddependi fuq xiex qed niffokaw f’ħajjitna.” Meta aħna niffokaw ħajjitna fuq Kristu u l-messaġġ tal-evanġelju tiegħu, aħna nistgħu nesperjenzaw il-barkiet sħaħ tad-dixxipulat kull fejn ngħixu.

2. Is-Sempliċità Li Hemm fi Kristu

Madankollu, f’dinja li aktar ma tmur aktar qed issir waħda sekulari, kumplessa, u konfuża, permess ta’ messaġġi u domandi differenti u ta’ spiss konfliġġenti, kif nistgħu nevitaw li għajnejna jispiċċaw għomja u qlubna jitwebbsu u jibqgħu ffokati fuq “il-ħwejjeġ sempliċi u prezzjużi” tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu? Fi żmien ta’ konfużjoni, l-Appostlu Pawlu ta parir kbir lill-Qaddisin ta’ Korintu billi fakkarhom biex jiffokaw fuq “is-sempliċità li hemm fi Kristu.”

Id-duttrina ta’ Kristu u l-liġi tal-evanġelju huma tant sempliċi li anke t-tfal ċkejknin ikunu jistgħu jifhmuhom. Aħna nistgħu naċċessaw il-qawwa feddejja ta’ Ġesù Kristu u nirċievu l-barkiet spiritwali kollha li Missierna fis-Smewwiet ħejja għalina billi neżerċitaw il-fidi tagħna f’Ġesù Kristu, nindmu, nitgħammdu, nitqaddsu permezz tad-don tal-Ispirtu s-Santu, u nibqgħu sodi sat-tmiem. Il-President Nelson iddeskriva dan il-vjaġġ b’mod tant sabiħ bħala “it-triq tal-patt” u l-proċess li nsiru “dixxipli devoti ta’ Ġesù Kristu.”

Jekk dan il-messaġġ huwa daqshekk sempliċi, għalfejn ħafna drabi jkun ta’ sfida li ngħixu l-liġi ta’ Kristu u nimxu wara l-eżempju tiegħu? Jista jkun li aħna ninterpretaw ħażin is-sempliċità bħala xi ħaġa li faċli niksbuha mingħajr ebda sforz jew diliġenza. Li nimxu wara Kristu jeħtieġ sforz kontinwu u bidla kontinwa. Jeħtieġ li aħna “ninżgħu minn fuqna l-bniedem naturali u nsiru bħat-tfal ċkejknin.” Dan jinkludi li npoġġu l-“fiduċja fil-Mulej” u li nħallu l-kumplessità tmur, l-istess kif jagħmlu t-tfal ċkejknin. Li napplikaw id-duttrina pura ta’ Kristu b’mod simplifikat u ffukat jgħinna nsibu l-ferħ fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, nagħtu gwida fis-sejħiet tagħna, inwieġbu wħud mill-aktar mistoqsijiet kumplessi tal-ħajja, u nipprovdu l-qawwa biex niffaċċjaw l-akbar sfidi tagħna.

Iżda kif nistgħu prattikament nimplimentaw din is-sempliċità fil-vjaġġ tagħna tul ħajjitna bħala dixxipli ta’ Kristu? Il-President Nelson fakkarna biex niffokaw fuq “verità safja, duttrina safja, u rivelazzjoni safja” hekk kif infittxu li nimxu wara s-Salvatur. Li nistaqsu regolarment, “X’iridni nagħmel il-Mulej Ġesù Kristu?” jiżvela direzzjoni profonda. Li nimxu wara l-eżempju tiegħu jipprovdilna triq sigura qalb l-inċertezza u id ta’ gwida u ta’ mħabba biex tiggwidana minn jum għall-ieħor. Huwa l-Prinċep tal-Paċi u r-Ragħaj it-Tajjeb. Huwa l-Farraġ u l-Ħellies tagħna. Huwa l-Blata u r-Refuġju tagħna. Huwa Ħabib—il-ħabib tagħkom u l-ħabib tiegħi! Huwa jistedinna lkoll biex inħobbu lil Alla, inħarsu l-kmandamenti tiegħu, u nħobbu lil għajrna.

Hekk kif nagħżlu li nimxu wara l-eżempju tiegħu u nimxu ’l quddiem b’fidi fi Kristu, inħaddnu l-qawwa tal-Espjazzjoni Tiegħu, u niftakru fil-patti tagħna, l-imħabba timla qalbna, it-tama u l-fejqan jgħollu l-ispirti tagħna, u l-imrar u n-niket jinbidlu fi gratitudni u l-paċenzja li nistennew għall-barkiet imwiegħda. Xi kultant, jista’ jkun li jkollna bżonn inbiegħdu lilna nfusna minn sitwazzjoni mhux sana jew infittxu l-għajnuna professjonali. Iżda f’kull każ, l-applikazzjoni ta’ prinċipji sempliċi tal-evanġelju tgħinna ninnavigaw dawn l-isfidi bil-mod li jrid il-Mulej.

Xi kultant aħna nissottovalutaw il-qawwa li nirċievu permezz ta’ għemejjel sempliċi bħat-talb, is-sawm, l-istudju tal-iskrittura, l-indiema ta’ kuljum, li kull ġimgħa nieħdu sehem fis-sagrament, u l-attendenza regolari fid-dar tal-Mulej. Iżda meta nagħrfu li m’għandniex għalfejn “nagħmlu xi ħaġa kbira” u niċċentraw irwieħna fuq duttrina pura u sempliċi, aħna nibdew naraw kif l-evanġelju “jaħdem b’mod meraviljuż” għalina, anke fl-aktar ċirkustanzi diffiċli. Aħna nsibu l-qawwa u ‘l-kunfidenza quddiem Alla,” anke meta nesperjenzaw uġigħ il-qalb. Il-Presbiteru M. Russell Ballard fakkarna bosta drabi, “Huwa f’dik is-sempliċità li [aħna] nsibu … paċi, hena, u l-kuntentizza.”

Li napplikaw is-sempliċità li hemm fi Kristu jagħmilna nipprijoritizzaw lin-nies fuq il-proċessi u lir-relazzjonijiet eterni fuq mġiba għal żmien qasir. Aħna niffokaw fuq “l-aktar ħwejjeġ importanti” fil-ħidma ta’ Alla tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni minflok ma ninqabdu fil-ġestjoni tal-ministeru tagħna. Aħna nħallu lilna nfusna nipprijoritizzaw il-ħwejjeġ li aħna nistgħu nagħmlu minflok ma nkunu mgħobbija bil-ħwejjeġ li ma nistgħux nagħmlu. Il-Mulej fakkarna: “Għalhekk, qatt tieqfu tagħmlu t-tajjeb, għaliex intom qed tibnu l-pedament ta’ ħidma mill-aqwa. U minn ħwejjeġ żgħar joħorġu ħwejjeġ kbar.” X’inkuraġġiment qawwi biex naġixxu fis-sempliċità u l-umiltà, huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna.

3. Oma Cziesla

In-nanna tiegħi Marta Cziesla kienet eżempju mill-isbaħ ta’ xi ħadd li jagħmel “ħwejjeġ żgħar u sempliċi“ biex iġib fis-seħħ ħwejjeġ kbar. B’imħabba konna nsejħulha Oma Cziesla. Oma ħaddnet l-evanġelju fir-raħal żgħir ta’ Selbongen fil-Prussja tal-Lvant flimkien mal-bużnanna tiegħi fit-30 ta’ Mejju, 1926.

In-nanna tal-Presbiteru Cziesla (lemin)

Marta Cziesla (lemin) fil-jum tal-magħmudija tagħha.

Hija kienet tħobb lill-Mulej u l-evanġelju tiegħu u kienet determinata li żżomm il-patti li kienet għamlet. Fl-1930 hija żżewġet lin-nannu tiegħi, li ma kienx membru tal-Knisja. F’dan il-mument kien sar impossibbli għal Oma li tattendi l-laqgħat tal-Knisja, għaliex ir-razzett tan-nannu tiegħi kien wisq ’il bogħod mill-eqreb kongregazzjoni. Iżda hija ffokat fuq dak li setgħet tagħmel. Oma kompliet titlob, taqra l-iskrittura, u tkanta l-għanjiet ta’ Sijon.

Xi nies setgħu ħasbu li hi ma baqgħetx aktar attiva fil-fidi tagħha, iżda dan kien ’il bogħod mill-verità. Meta ziti u missieri twieldu, mingħajr ebda saċerdozju fid-dar u mingħajr l-ebda laqgħat tal-Knisja jew aċċess għall-ordinanzi viċin, hija reġgħet għamlet dak li setgħet u ffokat fuq li tgħallem lil uliedha “biex jitolbu, u jimxu b’mod dritt quddiem il-Mulej.” Hija qratilhom mill-iskrittura, kantat magħhom l-għanjiet ta’ Sijon, u ovvjamnent talbet magħhom—kuljum. Kienet esperjenza tal-Knisja kollha kemm hi ċċentrata madwar id-dar.

Fl-1945, in-nannu tiegħi kien qed iservi fil-gwerra ’l bogħod mid-dar. Meta l-għedewwa waslu qrib ir-razzett tagħhom, Oma ħadet iż-żewġ uliedha u telqet ir-razzett maħbub tagħhom biex ifittxu refuġju f’post aktar sigur. Wara vjaġġ diffiċli u ta’ periklu għall-ħajja, huma finalment sabu refuġju f’Mejju tal-1945 fit-tramuntana tal-Ġermanja. Ma kellhom xejn ħlief il-ħwejjeġ li kellhom fuqhom. Iżda Oma kompliet tagħmel dak li kienet kapaċi tagħmel: hija talbet ma’ wliedha—kuljum. Hija kantat magħhom l-għanjiet ta’ Sijon li kienet tgħallmet bl-amment—kuljum.

Il-ħajja kienet mill-aktar diffiċli, u għal ħafna snin l-iktar importanti kien l-assigurazzjoni li jkun hemm l-ikel fuq il-mejda. Iżda fl-1955 missieri, li dak iż-żmien kellu 17-il sena, kien sejjer l-iskola tas-snajja’ fil-belt ta’ Rendsburg. Huwa mexa maġenb bini u ra fuq in-naħa ta’ barra sinjal żgħir li kien jgħid “Kirche Jesu Christi der Heiligen der Letzten Tage”— “Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.” Huwa ħaseb, “Din hi ħaġa mill-aktar interessanti; din hi l-knisja ta’ Ommi.” Għalhekk, meta ġie d-dar, huwa qal lil Oma li kien sab il-knisja tagħha.

Tistgħu timmaġinaw kif ħassitha wara kważi 25 sena mingħajr kuntatt mal-Knisja. Hija kienet determinata li tattendi l-Ħadd ta’ wara u kkonvinċiet lil missieri biex jakkumpanjaha. Rendsburg kien aktar minn 20 mil ’il bogħod mir-raħal żgħir fejn kienu jgħixu. Iżda dan ma kienx se jżomm lil Oma milli tattendi l-knisja. Il-Ħadd ta’ wara, hija rikbet ir-rota tagħha flimkien ma’ missieri u saqet lejn il-knisja.

Meta bdiet il-laqgħa tas-sagrament, missieri poġġa bilqiegħda fl-aħħar ringiela, fejn kien qed jittama li l-laqgħa ma kinitx ser iddum. Din kienet il-knisja ta’ Oma u mhux tiegħu. Dak li ra ma kienx verament inkuraġġanti: kienu biss ftit nisa mdaħħlin fiż-żmien fl-attendenza u żewġ missjunarji żgħażagħ li effettivament għamlu kollox fil-laqgħa. Iżda mbagħad huma bdew ikantaw, u kantaw l-għanjiet ta’ Sijon li missieri kien sema’ sa minn meta kien għadu tifel ċkejken: “Ejjew, Qaddisin,” “O Missieri,” “Tifħir lill-Bniedem.” Din il-merħla ċkejkna tkanta l-għanjiet ta’ Sijon li huwa kien jaf sa mit-tfulija nifditlu qalbu, u hu kien jaf immedjatament u mingħajr dubju li l-Knisja kienet il-waħda vera.

L-ewwel laqgħa tas-sagrament li attendiet in-nanna tiegħi wara 25 sena kienet il-laqgħa li fiha missieri rċieva konferma personali tal-verità tal-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu. Huwa tgħammed tliet ġimgħat wara fil-25 ta’ Settembru, 1955, flimkien man-nannu tiegħi u z-zija tiegħi.

Għaddew aktar minn 70 sena minn dik il-laqgħa żgħira tas-sagrament f’Rendsburg. Spiss naħseb dwar Oma, kif setgħet ħassitha f’dawk l-iljieli waħedha, tagħmel il-ħwejjeġ żgħar u sempliċi li kienet kapaċi tagħmel, bħat-talb, il-qari, u l-kant. Hekk kif illum qed nieqaf hawn fil-konferenza ġenerali u nitkellem dwar Oma tiegħi, id-determinazzjoni tagħha li żżomm il-patti u l-fiduċja tagħha fil-Mulej minkejja t-tbatija tagħha jimlewli qalbi b’umiltà u gratitudni—mhux biss għaliha iżda għal ħafna mill-Qaddisin meraviljużi tagħna madwar id-dinja li jiffokaw fuq is-sempliċità fi Kristu fiċ-ċirkustanzi diffiċli tagħhom, li jista’ jkun li bħalissa jaraw bidla żgħira iżda xorta jafdaw li fil-futur se jesperjenzaw ħwejjeġ kbar.

4. Ħwejjeġ Żgħar u Sempliċi

Jiena tgħallimt permezz tal-esperjenza tiegħi li l-ħwejjeġ żgħar u sempliċi tal-evanġelju u li b’fedeltà niffokaw fuq Kristu jwassluna għal ferħ veru, iwassluna għal mirakli setgħana, u jagħtuna l-kunfidenza li l-barkiet kollha mwiegħda se jiġu fis-seħħ. Dan huwa minnu għalikom daqs kemm hu veru għalija. Fi klien il-Presbiteru Jeffrey R. Holland, “Xi barkiet niksbuhom fi żmien qasir, oħrajn jaslu aktar tard, u xi oħrajn irridu nistennew sakemm inkunu fis-smewwiet; iżda għal dawk li jħaddnu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, jaslu żgur.” Dwar dan jiena nixhed f’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Green Jell-O with carrots huwa dixx lokali ta’ Utah, fejn karroti mqattgħin jiżdiedu mal-Jell-O kiesaħ; għall-funeral potatoes il-qamħirrun jitferrex fuq wiċċ id-dixx tal-patata. (ara Rachel E. Teixeira, “Utah Food Lore,” Y Magazine [Summer 2022], magazine.byu.edu).

  2. Referenza għall-aħħar sentenza famuża minn Music & the Spoken Word, introdotta għall-ewwel darba minn Richard L. Evans: “Għal darb’oħra nħallukom minn ġewwa d-dell tal-għoljiet ta’ dejjem. Jalla s-sliem ikun magħkom f’dan il-jum u dejjem.”

  3. Russell M. Nelson, “Il-Ferħ u s-Sopravivenza Spiritwali,” Liahona, Nov. 2016, 82.

  4. 1 Nefi 113:26; ara wkoll versi 26--27, 29.

  5. 2 Korintin 11:3.

  6. Ara Preach My Gospel: A Guide to Sharing the Gospel of Jesus Christ (2023), 61; Artkli tal-Fidi 1:4. Fir-rigward tal-liġi tal-evanġelju, ara wkoll Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, 27.2, Il-Librerija tal-Evanġelju.

  7. “Żommu fit-triq tal-patt” kien il-messaġġ tal-President Russell M. Nelson lil kull membru tal-Knisja waqt l-ewwel indirizz tiegħu bħala President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (ara “As We Go Forward Together,” Liahona, Apr. 2018, 7). Ara Russell M. Nelson, “Ejjew, Imxu Warajja,” Liahona, Mejju 2019, 88–91.

  8. Russell M. Nelson, “Il-Muelj Ġesù Kristu Se Jerġa’ Jiġi,” Liahona, Nov. 2024, 122.

  9. Mosija 3:19.

  10. Proverbji 3:5.

  11. Ara r-rimarki tal-Presbiteru Patrick Kearon waqt żjara riċenti fil-Filippini (vidjo fi “Elder Patrick Kearon Concludes His Ministry to the Philippines,” Newsroom, 20 ta’ Lulju, 2025, newsroom.ChurchofJesusChrist.org).

  12. Russell M. Nelson, “Verità Safja, Duttrina Safja, u Rivelazzjoni Safja,” Liahona, Nov. 2021, 6.

  13. Ara Proverbji 3:6.

  14. Ara Isaija 9:6; Ġwanni 11:10–14.

  15. Ara Salm 144:2; Isaija 49:13.

  16. Ara Dewteronomju 32:4;; Salmi 91:2.

  17. Ara Doctrine and Covenants 93:45.

  18. Ara Mattew 22:36–40; Ġwanni 14:15; ara wkoll Gary E. Stevenson, “Bridging the Two Great Commandments,” Liahona, Mejju 2024, 104–7.

  19. 2 Slaten 5:13.

  20. Dieter F. Uchtdorf, “It Works Wonderfully!,” Liahona, Nov. 2015, 23.

  21. Russell M. Nelson, “Kunfidenti fil-Preżenza ta’ Alla,” Liahona, Mejju 2025, 127.

  22. M. Russell Ballard, “L-Evanġelju Veru, Safi, u Sempliċi ta’ Ġesù Kristu,” Liahona, Mejju 2019, 30.

  23. Il-President Thomas S. Monson fakkarna biex “qatt ma nħallu problema li għandha tissolva ssir aktar importanti minn persuna li għandha tkun maħbuba” (“Finding Joy in the Journey,” Liahona, Nov. 2008, 86).

  24. M. Russell Ballard, “Remember What Matters Most,” Liahona, Mejju 2023, 107; Dieter F. Uchtdorf, “Of Things That Matter Most,” Liahona, Nov. 2010, 20, 21.

  25. Doctrine and Covenants 64:33.

  26. Alma 37:6.

  27. Doctrine and Covenants 68:28. Għall-istorja sħiħa, ara Armin L. Cziesla, Meine Lebensgeschichte (My History) (2021).

  28. “O Qaddisin,” Innijiet u Għanjiet tat-Tfal, pġ. 2.

  29. “O My Father,” Hymns, nu. 292.

  30. “Tifħir lir-Raġel,” Hymns, nu. 27.

  31. Jeffrey R. Holland, “An High Priest of Good Things to Come,” Liahona, Jan. 2000, 45.