Intona Qalbek Ma’ Ġesù Kristu: L-Għotja Sagra tal-Għanjiet Primarji
L-għanjiet primarji huma l-priedki ta’ Ġesù Kristu għad-dixxipli, xhieda tal-verità tal-evanġelju restawrat, u talb maħsub għall-mużika.
Waħda mill-barkiet tas-servizz tiegħi fil-Primarja hi li qalbi tgħallmet tħobb b’ilsna li lsieni ma jitkellimx. Sibt ferħ meta bdejt nirrelata mal-Qaddisin sħabi permezz tal-lingwa komuni tal-mużika sagra. U speċjalment permezz tal-għanjiet sempliċi tal-Primarja, l-Ispirtu s-Santu ttraxxenda l-barrieri tal-lingwa u mlieli qalbi bit-tisfir tiegħu. Fil-vuċijiet tat-tfal, l-imħabba ta’ Alla u ta’ Ibnu, Ġesù Kristu, ġiet imxandra b’mod ċar u niffiedi l-verità.
Għalkemm ma trabbejtx fil-Primarja, l-ispirtu malajr għallimni l-għanjiet sagri, u dawn saru parti mill-qima personali tiegħi. L-għanjiet primarji ġarrew influwenza qaddisa f’ħajti u għenu lil ruħi, għallmuni veritajiet eterni, u ressquni eqreb lejn is-Salvatur u lejn l-evanġelju tiegħu.
Il-President Dallin H. Oaks darba għallem li “l-kant tal-innijiet huwa wieħed mill-aħjar modi kif titgħallem id-duttrina tal-evanġelju restawrat.” Dan il-kliem jgħodd għalina lkoll imma hu speċjalment indirizzat għat-tfal. Il-għanjiet primarji huma waħda mill-aktar għodod teneri ta’ Alla għat-tħawwil taż-żerriegħa tax-xhieda fil-qlub tal-iżgħar dixxipli tas-Salvatur. Il-ġenituri, il-mexxejja, u l-għalliema jagħtu n-nutriment lil dik iż-żerriegħa hekk kif jixhdu u jistiednu lil uliedhom jagħtu xhieda ta’ dak kollu li jkunu qed isiru jafu fuq Missierna fis-Smewwiet; Ibnu, Ġesù Kristu; u l-Ispirtu s-Santu.
F’dawn l-aħħar snin matul is-servizz tiegħi, għamilt żmien inkanta u nitgħallem mill-għanjiet Primarja filwaqt li nikkontempla ftit mistoqsijiet:
-
L-għanjiet primarji li tgħallimna fit-tfulija kif jistgħu jsiru l-lingwa spiritwali li jużaw it-tfal biex jagħtu xhieda għall-bqija ta’ ħajjithom?
-
Il-kant tal-veritajiet tal-evanġelju kif jista’ jgħin lit-tfal jiftakru fil-Mulej bħala parti mill-patt tagħhom u jippreparahom għall-ordinanzi tiegħu?
-
L-għanjiet primarji kif jistgħu jgħinu biex tinkiteb il-liġi t’Alla fuq il-qlub ta’ dawn l-iżgħar dixxipli?
Meta bdiet il-Primarja fl-1878, l-ewwel President tagħha, Aurelia Spencer Rogers, osservat li “kien meħtieġ il-kant.” Il-mużika minn dejjem kienet fil-qalba tat-tagħlim tal-evanġelju lit-tfal. L-għanjiet primarji jistgħu jsiru l-ewwel lingwa spiritwali tat-tfal għax il-melodiji sempliċi u memorabbli jagħtu vuċi lill-veritajiet tal-evanġelju. Dawn l-għanjiet għandhom is-setgħa li jibqgħu mat-tfal għal għomorhom kollu, u jsiru parti mid-dixxipulat tagħhom u mod naturali kif huma jistgħu jixhdu lis-Salvatur.
Ngħallmu d-Duttrina ta’ Ġesù Kristu Permezz tal-Għanja
L-għanjiet primarji jistgħu jkunu wkoll għodod qawwija ta’ tagħlim duttrinali. Xi għanjiet jirrakkontaw l-istejjer tal-ħajja u l-ministeru tas-Salvatur. Oħrajn jgħallmu dwar l-attributi tiegħu, bħall-fidi tiegħu, it-tama tiegħu, u l-karità tiegħu. U l-għanjiet l-aktar sagri jixhdu l-Espjazzjoni infinita tiegħu u l-imħabba li toħroġ minn dak l-att ta’ salvazzjoni.
Bħala Profeta tal-Mulej, il-President Russell M. Nelson, għallem: “[Il-mużika] tista’ teżerċita influwenza kontinwa għat-tajjeb ferm lilhinn miż-żminijiet meta t-tfal ikunu żgħar. … [Hija] għandha [s-]setgħa li tipprovdi nutriment spiritwali. Għandha qawwa fejjieda. Hija għandha [s-]setgħa li tiffaċilita l-qima; tippermettilna nikkontemplaw l-Espjazzjoni [tas-Salvatur] u r-Restawrazzjoni tal-evanġelju bil-prinċipji ta’ salvazzjoni u l-ordinanzi eżaltanti tagħha. Il-mużika tipprovdilna l-qawwa biex nesprimu ħsibijiet bit-talb u nagħtu xiehda tal-veritajiet sagri.”
Bħala ġenituri, mexxejja, u għalliema, l-isforz tagħna jinkludi li ngħinu lit-tfal jaċċessaw dawn il-barkiet imwiegħda billi ngħallmu b’intenzjoni l-veritajiet tal-evanġelju li nsibu fil-mużika. Il-President Nelson għallem ukoll li “t-tfal jistgħu jitgħallmu d-duttrina meta jkunu qed jitgħallmu jkantaw daqskemm jitgħallmu d-duttrina fi klassi.” Dawn l-għanjiet jistgħu jipprovdu minjiera ta’ tagħlim mimlija fidi li jippuntaw lit-tfal lejn is-Salvatur u jgħinuhom jiżviluppaw devozzjoni lejn l-evanġelju tiegħu.
L-iskrittura tgħallem li l-għanjiet tal-ġusti li jiġu mill-qalb huma għaxqa għas-Salvatur. Kemm insibha ħaġa tal-għaġeb l-għaxqa li jġibu l-ilħna tal-iżgħar dixxipli tas-Salvatur. Naf li l-għanjiet ta’ talb tagħhom jasal fis-sema bħala espressjonijiet ta’ fidi li jistiednu lill-Ispirtu s-Santu jikkonferma l-veritajiet eterni u b’mod doċli u teneru jistieden lil ħaddieħor biex jaċċetta s-sejħa tas-Salvatur tagħna biex jimxi warajh u jiġi d-dar. Kif fakkarna l-Presbiteru Henry B. Eyring, huwa f’dawk il-mumenti li nħossu l-ispirtu li għandna xhieda tal-Fidwa tas-Salvatur li qed taħdem f’ħajjitna.
Il-Marka tal-Verità fil-Qalb
L-għanjiet primarji jistgħu jkunu mirakli li jinġarru tul il-vjaġġ tad-dixipulat li se jivvjaġġaw uliedna. Għanja li tgħallim na ta’ sitt snin għandha l-qawwa li tibqa’ magħna—u tista’ tirritorna għexieren ta’ snin wara f’mumenti ta’ deċiżjoni, tiġrib, niket, jew ferħ. Forsi fis-snin li ġejjin, il-lirika tal-“Jien se nimxi mal-Pjan t’Alla” għandha mnejn isservi bħala ankra spiritwali li tixbah lix-xiehda tal-appostlu Pawlu dwar il-garanzija tal-wegħdiet t’Alla għalina. Jew forsi jfakkruna li minħabba li Alla jżomm il-wegħdiet tiegħu, il-patti tiegħu joffru konsolazzjoni qawwija u post ta’ kenn u jistednuna biex inpoġġu t-tama u l-assigurazzjoni tagħna b’mod sigur fuq Ġesù Kristu u fil-qawwa espjatorja tiegħu.
Membri adulti madwar id-dinja, fi żminijiet ta’ diffikultà, spiss jiftakru u jirrikorru għall-għanjiet primarji li tgħallmu bħala tfal. Għal ħafna, dawn l-għanjiet kienu jappoġġjaw il-qafas bikri tal-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu u ħafna drabi kienu l-ewwel pass fejn bdiet il-konverżjoni għall-evanġelju tiegħu. Il-ġenituri, il-mexxejja, u l-għalliema rawmu din il-fidi matul is-snin billi għallmu, kantaw, u taw xhieda lil tfal b’attenzjoni.
Waħda sister qasmet miegħi li kienet tgħożż l-għanjiet primarji, u wara 20 sena indunat li kienu huma li aċċelleraw l-konverżjoni kontinwa tagħha għall-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Membru ieħor xehed li l-Primarja ħawlet żerriegħa tal-mustarda tal-fidi meta kien żgħir u kienet ir-raġuni li kien kapaċi jerġa’ lura fil-Knisja tal-Mulej meta qabeż it-30 sena. Is-Salvatur wiegħed, “Il-Konsolatur … għandu jgħallmek u jfakkrek kollox.” L-għanjiet primarji jistgħu jkunu iweħed minn dan il-mod ta’ kif din il-wegħda titwettaq.
Għanja Primarja għażiża oħra taqbad il-qawwa sempliċi tal-fidi u xhieda dejjiema:
Hekk kif it-tfal ikantaw, huma qed jesprimu x-xewqa ta’ dixxipli u jitgħallmu il-mudell tal-għajxien tal-patt. L-ispirtu jista’ juża l-mużika biex inaqqax veritajiet eterni fil-qlub teneri tagħhom. U, maż-żmien, it-tfal jistgħu jagħżlu li jintonaw u jdawru qalbhom u ħajjithom lejn Ġesù Kristu billi jagħmlu u jżommu patti sagri miegħu.
Niftakru fil-Patti Tagħna u Nippreparaw għall-Ordinanzi
Il-mużika sagra tista’ tgħin fit-tinqix tad-duttrina ta’ Kristu fir-ruħ u tippreparana biex nirċievu l-ordinanzi tiegħu. Torbot id-duttrina tas-Salvatur mal-memorja tagħna u dik il-memorja mad-dixxipulat tagħna fih.
Bħala mexxejja tal-Primarja, għandna l-opportunitaà u r-responsabbiltà sagrosanta li nassiguraw li l-mużika fil-Primarja tiġi mgħallma bil-ferħ, b’fehma duttrinali, u bl-Ispirtu. Dan jinkludi li tistieden lit-tfal jindunaw b’dak li jħossu huma u jkantaw u tgħinhom jagħrfu li dawk is-sentimenti ġejjin mill-Ispirtu s-Santu. Dawn l-isforzi jgħinu biex inħejju lil uliedna għall-ordinanzi sagri bħall-magħmudija u l-konferma, kif ukoll jispiraw il-memorja tal-patt tagħhom hekk kif regolarment iġeddu l-wegħdiet tagħhom lil Alla.
Fl-Aħħar Ċena, wara li s-Salvatur waqqaf is-sagrament, Mattew jfakkar li “Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.” Kull ġimgħa, membri mgħammdin u kkonfermati tal-Knisja restawrata tal-Mulej, fosthom tfal mgħammdin ta’ tmien snin, jippreparaw biex jieħdu s-sagrament tal-Mulej. Permezz tal-kant tal-mużika sagra, il-kongregazzjonijiet ta’ wlied Alla jingħataw l-opportunitaà li jħejju qalbhom għal dik l-ordinanza sagra biex jieħdu fuqhom infushom ismu, biex dejjem jiftakruh, u biex iżommu l-kmandamenti tiegħu.
Testimonjanza tal-Għeluq
Għeżież ħbieb, nixhed li l-għanjiet primarji jgħallmu veritajiet eterni u duttrina li jwassluna għal Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Nistedinkom tikkonsidraw x’veritajiet fundamentali nkitbu f’qalbkom permezz tat-tagħlim sempliċi ta’ dawn l-għanjiet u tixhdu dawn il-veritajiet lill-iżgħar dixxipli tas-Salvatur hekk kif tgħallmuhom l-aħbar it-tajba tal-evanġelju permezz tal-kant.
Naf li Alla Missierna, fl-imħabba infinita tiegħu, bagħat lil Ibnu l-maħbub fl-art biex jgħallimna, jurina t-triq, u jifdina permezz tal-Espjazzjoni tiegħu.
Naf li l-ħajja u l-Ministeru tas-Salvatur huma reali u personali. L-iskritturi huma mimlijin stejjer dwar il-fejqan li joffri, il-qalb tajba tiegħu, u l-mirakli tiegħu.
Naf li Missierna fis-Smewwiet jisma’ u jwieġeb it-talb sinċier t’uliedu, tkun xi tkun l-età, iċ-ċirkustanza, jew il-lingwa tagħhom. Jisma’ t-trattazzjonijiet kwieti ta’ qlubna.
Jiena nixhed li fil-Ġetsemani, Ġesù Kristu ġarrab it-toqol ta’ dnubietna, tan-niket, u tal-weġgħat tagħna. Hu bata minn jeddu minħabba l-imħabba li kellu għalina u għamilha possibbli għalina li niġu maħfura u li nerġgħu d-dar.
Naf li aħna wlied letterali ta’ Alla, maħluqin fix-xbieha tiegħu, mogħnija b’potenzjal divin, u mistiedna biex nerġgħu lura biex ngħixu miegħu jekk nagħżlu li nimxu wara Ġesù Kristu
Naf li Ġesù Kristu huwa l-eżempju perfett tagħna, u aħna u nimxu warajh billi naqdu, naħfru, u nħobbu lill-oħrajn, insiru aktar bħalu jum b’jum.
U naf li t-tempji qaddisa tal-Mulej huma daru hawn fuq l-art. Fihom, nagħmlu patti sagri, nirċievu barkiet eterni, u nitgħallmu aktar minnu u nħossu aktar il-preżenza tiegħu. It-tempju huwa post ta’ tagħlim, paċi, u preparazzjoni għal ħajjitna.
Jiena nixhed li l-isforzi li nagħmlu biex ngħallmu u nkantaw dawn l-għanjiet tal-Primarja lil uliedna mhumiex sempliċiment parti sabiħa mit-tradizzjoni reliġjuża tagħna. Huma tagħlim għad-dixxipli ta’ Ġesù Kristu, xhieda tal-verità tal-evanġelju rrestawrat, u talb maħsub għall-mużika. Il-mużika sagra tista’ ddawwal d-dawl ta’ Kristu fuq dawk li jisimgħuh u tista’ tferraħ il-qalb tal-kantant. Għeżież ħbieb, Ġesù għadu jridna biex inkunu raġġ ta’ dawl. Jiena nixhed dan fl-isem sagru ta’ Ġesù Kristu, ammen.