Introduzzjoni
Issa se ngħaddu għal din il-konferenza ġenerali semiannwali kif ippjanat u bil-kelliema u l-mużika assenjati mill-President Nelson wara xhur ta’ tħejjija.
Għeżież ħuti, aħna qed niltaqgħu hekk kif nibku l-mewt tal-maħbub President tagħna, il-President Russell M. Nelson. Qed inkellimkom bħala l-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, pożizzjoni li ili niġi sostnut fiha f’kull konferenza tal-qasam, tal-pal, u ġenerali għal dawn l-aħħar seba’ snin u nofs.
Issa se ngħaddu għal din il-konferenza ġenerali semiannwali kif ippjanat u bil-kelliema u l-mużika assenjati mill-President Nelson wara xhur ta’ tħejjija. Żidna biss din l-ispjegazzjoni introduttorja, u d-diskors tiegħi minflok il-President Nelson fis-sessjoni tal-għeluq il-Ħadd wara nofsinhar.
Din hi l-ewwel darba fi kważi 75 sena li President tal-Knisja miet ftit jiem qabel konferenza ġenerali. Dan wassal biex aħna nippjanaw kif stajna ntellgħu l-laqgħat mill-aktar importanti tat-tmexxija b’rabta mal-konferenza ġenerali kif ukoll mas-sessjonijiet ġenerali tal-konferenza, u fl-istess ħin niskedaw il-funeral tiegħu kemm jista’ jkun malajr. Il-President Nelson kien jifhem sew il-valur tal-konferenza ġenerali, li tipprovdi ċerta direzzjoni lill-Qaddisin għax-xhur li ġejjin. Aħna nonorawh billi nimxu mal-iskeda ppjanata tal-konferenza kif approvata minnu.
F’dan iż-żmien ta’ niket, aħna diġà kellna laqgħa li fiha tajna ġieħ lill-President Russell M. Nelson qabel il-laqgħat tal-konferenza ġenerali u mbagħad naraw li niskedaw il-funeral tiegħu kemm jista’ jkun malajr wara l-konferenza. Dan kollu seħħ bi qbil mal-familja tal-President Nelson u l-Kworum tat-Tnax.
Peress li lkoll kemm aħna li ġejna assenjati biex nitkellmu fil-konferenza ġenerali nixtiequ niddedikaw il-ħin assenjat lilna nagħtu ġieħ lill-President Nelson, aħna għalhekk tlabna sabiex il-kelliema kollha tal-konferenza iżommu fil-qosor il-kliem ta’ ġieħ li huma jagħtu, u jiddeferixxu il-kliem ta’ ġieħ għall-funeral, li diġà bdejna nippjanaw.
Il-kliem ta’ ġieħ fil-qosor tiegħi—xieraq għal din il-konferenza u l-kliem ta’ ġieħ li diġà ntqal—huwa dan: Jiena ħabbejt ħafna lil Russell M. Nelson u tgħallimt aktar dwar l-evanġelju u t-tmexxija tal-evanġelju mill-ħbiberija u r-rabta twila li kelli miegħu milli tgħallimt minn xi bniedem ieħor li jiena naf personalment. Huwa eżempju għalina ta’ kif wieħed għandu jkun qaddej u dixxiplu tal-Mulej Ġesù Kristu. Dwar dan kollu jiena nixhed f’isem Ġesu Kristu, ammen.