Konferenza Ġenerali
Oqogħdu Attenti mit-Tieni Tentazzjoni
Konferenza ġenerali April 2025


Oqogħdu Attenti mit-Tieni Tentazzjoni

Tinħebiex minn dawk li se jħobbuk u jappoġġjawk; anzi, iġri lejhom.

Ftit tas-snin ilu, meta għalaqt 12-il sena, ġejt mistieden nattendi l-ewwel kworum Saċerdotali Aroniku matul kamp bil-lejl. Din kienet stedina tant mistennija, peress li missieri kien mexxej tal-kworum u spiss kien imur jikkampja mas-subien tal-qasam, waqt li lili kien iħallini d-dar.

Meta wasal il-jum, kont tassew eċċitat. U jkolli nammetti li b’disperazzjoni ridt nidħol mas-subien il-kbar. Kont determinat li nuri li jien kont kbirt. F’dak l-isforz ma domtx wisq qabel ma ġejt ittestjat biex nara jekk kontx se nintegra u nkun parti mill-grupp.

Ix-xogħol assenjat lili kien li nġib iċ-ċwievet tal-karozza ta’ missieri u biex jagħmlu ċajta lill-mexxejja. Ma niftakarx eżatt x’għedt biex nikkonvinċi lil missieri, imma ma domtx ma ġrejt lejn il-grupp tas-subien biċ-ċwievet f’idi, kburi b’dak li għamilt.

Imbagħad ġie l-inkarigu li jmiss. Kelli niftaħ il-bieba tal-karozza u nagħmel bastun bejn id-dahar tas-sijt tas-sewwieq u l-ħorn tal-karozza. U kelli nsakkar il-bieb u allura l-ħorn kien jidoqq sa filgħaxija mingħajr ebda mod kif il-mexxejja jaċċessaw il-karozza u jwaqqfu dak il-ħoss.

Issa, huwa hawn fejn l-istorja ssir imbarazzanti għalija. Hekk kif il-bastun sab postu, sakkart il-bieba u ġrejt kemm flaħt biex ninħeba f’roqgħa arbuxelli fil-qrib. Hekk kif inżilt fl-art ħassejt uġigħ kbir. Fid-dlam u fl-għaġla tiegħi, kont poġġejt fuq kaktus bajtar tax-xewk.

Kaktus tal-bajtar tax-xewk.

It-twerżiq tiegħi tal-uġigħ ġie mitfi mill-ħorn jgħajjat, u ma kelli l-ebda soluzzjoni ħlief li nzappap lura lejn il-karozza, nistqarr “dnubi,” u nfittex attenzjoni medika.

Il-bqija ta’ dak il-lejl, jien imteddejt fuq żaqqi f’tinda waqt li missieri, bl-użu tat-tnalji, neħħa l-ispini tal-kaktus waħda waħda … Ħeqq, ħa ngħid biss li ma stajtx inpoġġi komdu għal diversi jiem wara.

Jien irriflettejt fuq dik l-esperjenza kemm-il darba. Issa nista’ nidħak bil-ġenn ta’ żgħożiti, anki kif xi prinċipji sottostanti saru ċari għalija.

Ħafna xejriet fl-imġiba tal-bniedem jidhru li huma komuni fil-bniedem naturali—ix-xewqa li jappartjeni, ix-xewqa li juri lilu nnifsu, il-biża’ li ma jlaħħaqx, u l-ħtieġa konvinċenti li jinħeba sabiex jevita il-konsegwenzi. Hija din l-imġiba aħħarija li se niffoka fuqha llum—ninħbew wara li nagħmlu xi ħaġa li m’għandniex.

Issa, mhux ser inqis iċ-ċajt li kont nagħmel bħala dnubiet gravi, iżda nistgħu nisiltu xi paralleli li jistgħu jirriżultaw utli kif aħna ttestjati fil-vjaġġ mortali tagħna.

Fil-ġnien tal-Għeden, Adam u Eva kellhom ċirkostanza idillika—abbundanza ta’ ikel, is-sbuħija inkomparabbli tal-ġnien—mhux biss ġnien ta’ ġmiel kbir imma ġnien li la kellu ħaxix ħażin u lanqas bajtar tax-xewk.

Madankollu, nafu wkoll li l-ħajja fil-ġnien illimitat il-progress li kellhom bżonn. Il-ġnien ma kienx destinazzjoni finali imma prova, l-ewwel waħda minn ħafna li kellhom jipprovaw, jipprepara,w u jħalluhom jipprogressaw lejn id-destinazzjoni finali tagħhom li jirritornaw lejn il-preżenza tal-Missier u l-Iben.

Tiftakru li fil-ġnien kien hemm oppożizzjoni. Luċifru tħalla jipprova lil Adam u Eva. Huwa kkmandahom sabiex ma jiklux minn frott is-siġra li kellha l-għarfien li tagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin. L-ewwel ħajjar lil Adam biex jieħu mill-frott tas-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin. Meta ftakar fil-kmandament biex ma jiħux sehem, Adam irreżista. Imbagħad ġiet Eva, li għażlet li tieħu mill-frotta, u kkonvinċiet lil Adam jagħmel l-istess.

Iktar tard, Adam u Eva ddikjaraw li din id-deċiżjoni kienet meħtieġa biex jitwettaq il-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet. Imma bit-teħid tal-frotta, kienu ttraskuraw il-liġi—liġi li tahom direttament mingħand il-Missier. Il-fehma li rriżultat u t-taħwid tat-tajjeb u l-ħażin żgur li tefgħathom f’niket meta semgħu leħen il-Missier iħabbar ir-ritorn tiegħu fil-ġnien. Indunaw li kienu għarwenin, għax tabilħaqq kienu bla ħwejjeġ, peress li kienu għexu fi stat ta’ innoċenza. Imma forsi iktar muġugħin mill-fatt li kienu bla ħwejjeġ f’dak il-mument, kien il-fatt li issa ġew esposti għat-trasgressjoni tagħhom. Kienu bla difiża u vulnerabbli. Kienu għarwenin f’kull sens tal-kelma.

L-opportunist, Luċifru, billi kien jaf l-istat espost u mdgħajjef tagħhom, reġa’ ħajjarhom—din id-darba biex jinħbew minn Alla.

Din it-tentazzjoni-se nsejħilha t-‘tieni tentazzjoni’ — hija t-tentazzjoni li tista’ ġġib l-akbar konsegwenza jekk inċedu. Żgur, li nevitaw l-ewwel tentazzjonijiet kollha biex niksru l-liġi t’Alla huwa ottimali, imma nafu li lkoll se nċedu għal diversi tentazzjonijiet tal-ewwel hawn fuq l-art. Hekk kif nimxu ’l quddiem fil-maturità u l-fehma tagħna, nittamaw li s-saħħa tagħna biex nevitaw l-ewwel tentazzjonijiet titjieb kontinwament hekk kif nistinkaw biex insiru aktar bħas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

Xi wħud għandhom mnejn jipprovaw jinħbew minn Alla għax ma jkunux iridu jinkixfu jew jiġu esposti, u jħossu l-mistħija jew il-ħtija. Madankollu, diversi skritturi jgħallmuna li l-ħabi minn Alla huwa impossibbli. Se naqsam magħkom uħud minnhom.

Il-Mulej jgħallem lil Ġeremija permezz tal-mistoqsijiet li ġejjin: “Jista’ xi ħadd jinħeba f’postijiet sigrieti li jien ma narahx? Jgħid il-Mulej. M’iniex jien fis-sema u fl-art?”

U Ġob jiġi mgħallem:

“Għax Alla għajnejh fuq l-imġiba tal-bniedem, u jiflilu passih kollha.

“M’hemmx dlam lanqas swied, fejn jista’ jinħeba min jagħmel id-dnewwa.fejn il-ħaddiema tal-inikwità jistgħu jinħbew huma.”

Is-salmista David jesklama bl-iktar mod poetiku:

“Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni.

“Int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti. …

“Nkun għadni anqas lissint il-kelma, meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. …

“Fejn immur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek? Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?

“Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.”

Konvertiti ġodda

Għal dawk li dan l-aħħar issieħbu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, it-tieni tentazzjoni tista’ tidher partikolarment ta’ sfida. Permezz tal-magħmudija tiegħek inti wegħidt li tieħu fuqek innifsek l-isem ta’ Ġesù Kristu, li għal ħafna jinkludi bidla meħtieġa fl-istil tal-ħajja. Li wieħed ibiddel l-istil ta’ ħajja tiegħu mhux faċli. Spiss jeħtieġlek tbiddel id-drawwiet u l-prattiki u saħansitra l-assoċjazzjonijiet biex tagħmel progress lejn Missierek fis-Smewwiet kollu mħabba.

L-avversarju jaf li int tista’ tkun vulnerabbli għall-attakki sottili tiegħu. Hu se jagħmillek ħajtek tal-passat, li ħallietek mhux sodisfatt b’tant modi, issa tidher attraenti b’mod mhux realistiku. L-akkużatur, kif jissejjaħ fil-ktieb tal-Apokalissi, jittantak bi ħsibijiet li jinstemgħu hekk: “M’intix b’saħħtek biżżejjed biex tbiddel ħajtek; ma tistax tagħmel dan; ma tappartjenix ma’ dawn in-nies; ma jaċċettawk qatt; int dgħajjef wisq.”

Jekk dawn il-ħsibijiet jidhru li jdoqqulek li għadhom kif tħawlu fit-triq tal-patt, nitolbu bil-ħniena miegħek biex ma tagħtix widen għal leħen l-akkużatur. Inħobbuk; tista’ tagħmilha; naċċettawk; u mas-Salvatur, ikollok saħħa tagħmel kollox. Fi żmien meta l-iktar li għandek bżonn hi l-imħabba tagħna u l-iktar li tappoġġana, toqgħodx tinganna meta taħseb li se niċħduk jekk tieħu pass lura fl-istil tal-ħajja li kellek qabel. Permezz tal-qawwa inkomparabbli tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, int tista’ terġa’ ssir sħiħ. Imma jekk tinħeba minnu u titbiegħed mill-komunità tal-fidi ġdida tiegħek, int tkun qed titbiegħed mill-istess sors li jista’ u se jagħtik is-saħħa biex tegħleb.

Ħabib għażiż tiegħi, konvertit reċenti, qasam miegħi kemm hu diffiċli li ssostni l-fidi f’iżolament. Hemm saħħa kbira biex insiru u nibqgħu parti minn komunità ta’ appoġġ—kollha nfixklu iżda mexjin filwaqt li mberkin bl-imħabba ta’ Ġesù Kristu.

Il-President Russell M. Nelson għallem li “li tegħleb id-dinja mhix xi ħaġa li tiġri f’ġurnata jew tnejn. Dan iseħħ tul ħajjitna hekk kif ripetutament aħna nħaddnu d-duttrina ta’ Kristu. Aħna nikkultivaw il-fidi f’Ġesù Kristu billi nindmu kuljum u nħarsu l-patti li jiddotawna bil-qawwa. Aħna nibqgħu fit-triq tal-patt u niġu mberkin b’qawwa spiritwali, b’rivelazzjoni personali, b’fidi akbar, u bil-qadi tal-anġli.”

Jekk ikollok ġerħa, il-kundizzjoni tiegħek tmur għall-agħar u tista’ ssir ta’ theddida għall-ħajja jekk ma tfittixx attenzjoni medika xierqa. Dan jgħodd ukoll għall-ġrieħi spiritwali. Biss, il-ġrieħi spiritwali mhux mfejqa jistgħu jheddu s-salvazzjoni eterna tiegħek. Tinħebiex minn dawk li se jħobbuk u jappoġġjawk; anzi, iġri lejhom. Isqfijiet tajbin, presidenti tal-fergħat, u mexxejja jistgħu jgħinuk taċċessa l-qawwa ta’ fejqan tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

Lil min forsi qiegħed fil-ħabi, nitolbuk terġa’ tiġi. Għandek bżonn dak li joffru l-evanġelju u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, u għandna bżonn dak li inti toffri. Alla jaf dnubietek; ma tistax tinħeba minnu. Irrikonċilja ruħek quddiemu.

Bħala l-Qaddisin tiegħu, kull wieħed minna jrid irawwem kultura ta’ appartenenza fil-Knisja li tkun ta’ mħabba, aċċettazzjoni, u inkoraġġiment għal dawk kollha li jixtiequ jimxu ’l quddiem fit-triq tiegħu.

Oqgħod attent minn din it-tieni tentazzjoni! Segwi l-parir tal-profeti kemm tal-qedem kif ukoll dawk moderni, u kun af li ma tistax tinħeba minn Missier kollu mħabba.

Intom qatt ma tkunu daqstant ’il bogħod mill-qawwa tal-fejqan tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Dan huwa l-iskop stess tal-eżistenza tagħna—li niksbu ġisem dgħajjef u mortali li huwa “suġġett għal kull mod ta’ infirmitajiet” u li se jċedi għal, b’dispjaċir, ħafna tentazzjonijiet tal-ewwel; li nimxu ’l quddiem anke meta naqgħu għal dawn it-tentazzjonijiet; u biex infittxu l-għajnuna divina wara li nagħmlu dan, ħalli nsiru iktar bħas-Salvatur tagħna u Missierna fis-Smewwiet. Hija t-Triq tiegħu. Huwa l-uniku triq. Dwar dawn il-veritajiet jiena nixhed f’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Ara Mosija 5:10–11.

  2. Ara Mosija 4:13-17.

  3. Ġeremija 23:24.

  4. Ġob 34:21—22.

  5. Salm 39:1–2, 4, 7–8.

  6. Ara Apokalissi 12:10.

  7. Russell M. Nelson, “Negħlbu d-Dinja u Nsibu l-Mistrieħ,” Liahona, Nov. 2022, 97.

  8. Mosija 2:11.

  9. Ara 2 Pietru 1:2—4.