L-Indiema Ma Tgħabbi l-Ebda Piż Fuq Ġesù Kristu; Hija Timlieh bil-Hena
L-istedina biex nindmu hija espressjoni tal-imħabba ta’ Alla. Li ngħid iva għal dik l-istedina hija espressjoni ta’ mħabbitna.
Bosta snin ilu, waqt żjara fi Florida, jien poġġejt bilqiegħda barra naqra ktieb. L-isem tiegħu kien jissuġġerixxi li aħna xorta waħda nistgħu mmorru fis-smewwiet, minkejja li għalissa għadna m’aħniex perfetti. Waħda mara li kienet għaddejja minn ħdejja staqsietni, “Taħseb li possibbli?”
Jien ħarist ’il fuq, xi ftit imħawda, u mbagħad indunajt li kienet qed tirreferi għall-ktieb li kont qed naqra. Jien għidt xi ħaġa redikola bħal, “Ara, s’issa għadni ma qrajtx wisq minnu, iżda meta nispiċċah ngħidlek.”
O, kemm nixtieq li nista’ mmur lura fiż-żmien! Kont ngħidilna, “Iva, hu possibbli! Għax is-smewwiet mhuwiex post għal nies li kienu perfett; huwa post għal nies li kisbu l-maħfra, li jagħżlu lil Kristu kull darba.”
Illum nixtieq inkellem lil dawk fostna li xi kultant iħossu li, “L-indiema u l-maħfra qishom bħal qed jaħdmu għal kulħadd barra jiena.” Dawk li fis-skiet jistaqsu, “Peress li nibqa’ nagħmel l-istess żbalji, jista’ jkun li jien hemm magħġuna. Dawk li, bħali, jgħaddu minn ġranet fejn it-triq tal-patt tkun tidher mill-aktar wieqfa, hija tkun qisha xi ħajk tal-patt!
Missjunarju meraviljuż fl-Awstralja Australia, il-Presbiteru QaQa li hu mill-Fiġi, qasam magħna sentiment simili fl-aħħar testimonjanza tiegħu qabel ħalla l-missjoni: “Jiena naf li Alla jħobbni, iżda xi kultant nistaqsi, ‘Tgħid Alla jaf li jien inħobbu?’ Għax jiena mhux perfett, u xorta għadni niżbalja.”
F’dik il-mistoqsija mill-aktar tenera u diffiċli, il-Presbiteru QaQa semma’ eżatt dik il-ħaġa li spiss kienet tħassibni. Tafu anke intom qed tistaqsu lilkom infuskom, “Jien qed nagħmel li nista’, iżda Alla jaf dan? Meta jien nibqa’ nsibha diffiċli, Alla jaf li jien xorta waħda nħobbu?”
Nitnikket li jkolli nammetti dan, iżda jien kont inkejjel kif kienet ir-relazzjoni tiegħi mas-Salvatur b’kemm kont qed ngħix b’mod perfett. Ħsibt li ħajja ubbidjenti tfisser li ma kienx ikolli għalfejn nindem. U kull darba li kont niżbalja, li kien kull jum, kont nitbiegħed minn Alla, għax kont naħseb, “Naħseb li Hu tassew iddiżappuntat minħabba fija.”
Dan sempliċiment mhuwiex il-każ.
Jien tgħallimt li jekk tibqa’ tistenna sakemm tkun safja jew perfetta biżżejjed biex tmur għand is-Salvatur, ifisser li ma fhimt xejn!
Xi ngħidu li kieku nħarsu lejn il-kmandamenti u l-ubbidjenza b’mod ieħor?
Jiena nixhed li waqt li Alla jimpurtah mill-iżbalji tagħna, Huwa jimpurtah aktar dwar x’jiġri wara li aħna niżbaljaw. Aħna se nerġgħu nduru lejh kull darba? Aħna sejrin nibqgħu f’din ir-relazzjoni tal-patt?
Tafu forsi tisimgħu kliem il-Mulej “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” u tħossukom taqtgħu qalbkom għaliex intom ma ħaristux il-kmandamenti kollha. Ippermettuli nfakkarkom li tindmu huwa wkoll kmandament! Fil-fatt, x’aktarx huwa l-aktar kmandament li jirrepeti ruħu fl-iskrittura.
Fis-solilokwiju ta’ Alma, “O li kieku jiena kont anġlu, u nkun nista’ naqta’ x-xewqa ta’ qalbi … u nxandar l-indiema,” huwa ma kienx qed jipprova jaqtagħlna qalbna billi jipponta subgħajh lejn l-iżbalji tagħna. Huwa ried ixandar l-indiema ħalli jien u intom inkunu nistgħu nevitaw it-tbatija fid-dinja. Raġuni waħda għalfejn Alma kien jobgħod id-dnub hi għaliex iwassalna biex inbatu.
Xi kultant ikolli nagħmel sforz biex niftakar, bħal karta b’nota fuqha fuq moħħi, li l-kmandamenti huma t-triq li tbiegħedna mit-tbatija. U l-istess l-indiema. Il-profeta tagħna qal, “Is-Salvatur iħobbna dejjem iżda speċjalment meta nindmu.”
Għalhekk meta l-Mulej jgħidilna, “Indmu, indmu,” x’taħsbu li kieku timmaġinawh qed jgħid, “Inħobbkom. Inħobbkom.” Immaġinawh, jgħidilkom bil-ħniena kif tistgħu tabbandunaw l-imġiba li qed twassalkom biex tbatu, u jistedinkom biex toħorġu mid-dlam u dduru lejn id-dawl.
Fil-qasam ta’ binti Carly, wieħed qassis ġdid niżel għarkupptejh biex ibierek is-sagrament., u minflok ma qal, “Biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b’tifkira ta’ demm Ibnek,” huwa mingħajr ma ried qal, “Biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b’tifkira tal-imħabba ta’ Ibnek.” Għajnejn Carly imtlew bid-dmugħ hekk kif fiha setgħet tħoss il-verità ta’ dak il-kliem.
Is-Salvatur tagħna kien lest li jbati l-uġigħ tal-Espjazzjoni tiegħu għaliex Huwa jħobbkom. Fil-fatt, intom “l-hena li kellu quddiemu” meta kien qed ibati.
L-istedina biex nindmu hija espressjoni tal-imħabba ta’ Alla.
Li ngid iva għal dik l-istedina hija espressjoni ta’ mħabbitna.
Immaġinaw l-immaġni favorita tagħkom ta’ Kristu. Issa immaġinawh jitbissem tbissima ta’ hena kull darba li intom tagħmlu użu minn dan ir-rigal, għaliex Huwa “d-dija perfetta ta’ tama.”
Iva, l-indiema tagħkom ma tgħabbi l-ebda piż fuq Ġesù Kristu; hija timlieh bil-hena!
Ejjew ngħallmu dan!
Għaliex l-indiema hija l-akbar aħbar li għandna!
Aħna ma noħorġux mit-triq tal-patt għax qatt ma niżbaljaw. Aħna nibqgħu fit-triq billi nindmu kull jum.
U meta nindmu, Alla jaħfrilna mingħajr ma jwaqqgħana fil-għajb, u ma joqgħodx iqabbilna ma’ ħaddieħor, jew iċanfarna għaliex din kienet l-istess ħaġa li ndimna dwarha l-ġimgħa l-oħra.
Huwa jħossu ferħan kull darba li jarana għarkupptejna. Hija l-għaxqa tiegħu li jaħfrilna għaliex għalih aħna l-għaxqa tiegħu!
Ma tħossux li dan hu minnu?
Għalhekk għalfejn nsibuha diffiċli biex nemmnu?!
Satana, l-akkużatur u l-qarrieq il-kbir, juża’ l-għajb biex ibiegħedna minn Alla. L-għajb huwa dalma tqila tant li jekk teħilsu minnha billi toħorġuha minn ġisimkom, tħossu li intom tassew inħlistu minn piż li kontu qed iġġorru.
L-għajb huwa leħen li jċekkinkom billi jgħidilkom, “X’kont qed taħseb?” “Kif qatt ma tagħmel ħaġa tajba!”
L-għajb ma jgħidilniex li għamilna żball; jgħidilna li aħna l-iżball. Tafu anke tisimgħuh jgħidilkom, “Morru staħbew.” L-avversarju jagħmel dak kollu li jista’ biex nibqgħu nħossu t-toqol fina, u jgħidilna li l-prezz għoli wisq, li aktar faċli li nibqgħu fid-dlam, u nneħħu kull tama.
Satan huwa l-ħalliel tat-tama.
U intom jeħtieġ tisimgħu din, għalhekk se ngħid dan b’leħen għoli: Intom m’intomx il-leħen li hemm ġo raskom jew l-iżbalji li għamiltu. Jeħtieġ li ttennu dan b’leħen għoli wkoll. Lil Satana għidulu, “Mhux illum,” Keċċuh minn quddiemkom
Ħossu fikom dik il-ġibda, dak is-swied il-qalb kif irid Alla li jressaqkom qrib is-Salvatur tagħkom, u araw il-grazzja tiegħu tidħol f’ħajjitkom u fil-ħajja ta’ dawk li tħobbu. Inwegħidkom li l-mument li aħna nersqu quddiemu b’kuraġġ b’qalb maqsuma, Huwa jiġi ħdejna fil-pront.
Jekk taraw lil xi ħadd qed jegħreq, ma tmiddux idejkom lejhom biex issalvawhom? Timmaġinaw lis-Salvatur tagħkom ma jridx jaqbad l-id tagħkom li qed tiġġebbed lejh? Nimmaġinah jaqbeż fl-ilma, u jinżel fil-qiegħ biex jgħollina ’l fuq ħalli nkunu nistgħu nieħdu nifs ġdid! Ħad ma jista’ jinżel f’xi qiegħ li d-dawl ta’ Kristu ma jilħqux.
Is-Salvatur jiddi għal dejjem aktar mid-dalma tal-għajb. Huwa qatt ma jattakka l-valur tagħkom. Għalhekk ħarsu mill-qrib.
-
Immaġinaw li din l-id tirrappreżenta l-valur tagħkom.
-
Din l-id tirrappreżenta l-ubbidjenza. Intom tafu qomtu dalgħodu, għidtu talba mill-qalb, u fittixtu fl-iskrittura biex tisimgħu leħen Alla. Intom ħadtu deċiżjonijiet tajbin u tittrattaw lin-nies ta’ madwarkom b’mod Kristjan. Intom qed tisimgħu l-konferenza ġenerali! Intom qed tobdu!
-
Jew jista’ jkun li mhux kollox mar dashekk tajjeb. Jista’ jkun li dan l-aħħar kontu qed issibuha diffiċli tagħmlu dawk il-ħwejjeġ żgħar u sempliċi biex tagħmlu kuntatt mas-smewwiet. Tafu ħadtu xi deċiżjonijiet li tixtiequ ma ħadtuhomx.
-
Fejn hu l-valur tagħkom? Din l-id iċċaqalqet minn fejn kienet?
Il-valur tagħkom mhuwiex marbut mal-ubbidjenza. Il-valur tagħkom dejjem qiegħed hemm; qatt ma jinbidel. Ingħata lilkom minn Alla, u m’hemm xejn li intom jew ħaddieħor tistgħu tagħmlu biex tbiddlu din il-ħaġa. L-ubbidjenza ġġib il-barkiet; dan huwa veru. Iżda l-valur mhuwiex waħda minnhom. Il-valur tagħkom huwa dejjem “kbir f’għajnejn Alla,” irrispettivament x’deċiżjonijiet tieħdu.
Filwaqt li jien niżbalja, jien irrid li nibqa’ fir-relazzjoni tal-patt ma’ Kristu, u ngħidilkom għalfejn.
Meta kont żgħira kont nattendi l-lezzjonijiet tal-għadis u tgħallimt li meta l-ġurija jagħtu l-punti fil-kompetizjoni tal-għadis, huma joqogħdu attenti kif kienet il-prestazzjoni. Id-dħul kien vertikali b’ċerta perfezzjoni, bis-swaba’ tas-saqajn ippuntati u ftit li xejn ixxerred ilma? Imbagħad huma jagħmlu xi ħaġa straordinarja. Huma jaraw x’kien il-grad tad-diffikultà.
Kulħadd jogħdos bil-grad tiegħu fejn tidħol diffikultà. U s-Salvatur tagħkom huwa l-uniku wieħed li verament jaf id-diffikultà li intom qed tgħoddsu biha. Jien irrid li jkolli relazzjoni mal-unika persuna li tafni sewwa, li taf qalbi u kemm qed nagħmel dak kollu li nista’!
Huwa jaf li ċ-ċpar tad-dlam jinżel fuqna l-vjaġġaturi kollha, u li l-vjaġġ tagħna jgħaddi minn ħdejn ix-xmara l-maħmuġa—għalhekk anke meta nkunu qed inżommu mal-bastun tal-ħadid, aħna xorta waħda se nimtlew bit-taqtir.
Li tersqu lejn Kristu, ifisser li kollkom tama tgħidu, “Tista’ tgħinni?,” b’ċertezza li tafu li dirgħajh huma dejjem lesti għalikom. Nemmen li din il-perspettiva ġdida tal-indiema tfisser li minkejja li aħna mhux dejjem nobdu b’mod perfett għalissa, aħna nippruvaw nobdu sforz imħabbitna issa, fejn nagħżlu li nibqgħu fit-triq, kull darba, għaliex inħobbuh.
Tiftakru fin-nies tas-Sultan Benjamin li ma kellhomx aktar dispożizzjoni li jagħmlu l-ħażen iżda li jagħmlu dejjem it-tajjeb? Taħsbu li huma ġabru t-tined tagħhom, marru d-dar, u qatt aktar ma żbaljaw? Żgur li le! Id-differenza kienet li huma qatt aktar ma riedu jaqgħu fid-dnub. Huma bdew jobdu sforz imħabbithom! Qalbhom kienet mdawra lejn Alla u f’armonija miegħu minkejja li bdew jitqabdu!
Darba waħda, ħdejn il-baħar, jiena rajt għasfur itir fir-riħ, jagħti bi ġwenħajh b’ċerta diffikultà, kważi b’mod diżorjentat, iżda baqa’ fl-istess post. Imbagħad innotajt għasfur ieħor, fl-għoli aktar minnu. Huwa nqabad fil-kurrent u beda jtir b’ċerta faċililtà, fejn ir-riħ ma bediex jeffettwah. Dik hija d-differenza bejn li nippruvaw nagħmlu dan weħidna u li nduru lejn is-Salvatur tagħna, u nħalluh jġorrna, “bil-fejqan fuq ġwenħajh.”
Bħala mexxejja tal-missjoni fl-Awstralja, waqt l-aħħar laqgħa tagħna ma’ kull missjunarju, aħna tkellimna dwar 3 Nefi 17, fejn in-nies kienu jinsabu qrib is-Salvatur u setgħu jisimgħuh jitlob għalihom. Aħna staqsejna, “Li kieku tistgħu tisimgħu lis-Salvatur jitlob għalikom, x’taħsbu li jkun qed jgħid?”
Il-ħin li għamilna nisimgħu t-tweġibiet tagħhom kienet waħda mill-akbar esperjenzi spiritwali ta’ ħajti. Kull wieħed u waħda minn dawk il-missjunarji bdew jieqfu għal ftit, u għajnejhom bdew jimtlew bid-dmugħ hekk kif bdejna nfakkruhom, “Is-Salvatur tiegħek jaf il-grad ta’ diffikultà li qed tesperjenza. Huwa ħassha qabilkom!”
Dan huwa dak li dawk il-missjunarji qasmu magħna b’mod sieket u teneru: Waħda sister qalet, “Ġesù jgħid lill-Missier, ‘hija qed tagħmel l-almu tagħha. Jien naf kemm qed tipprova.” Wieħed presbiteru qal, “Meta nikkunsidra kulma ġralu f’ħajtu, jiena kbiru bih.”
Ejjew nippruvaw xi ħaġa. Illejla, qabel tibdew titolbu, immaġinaw lil Ġesù Kristu qrib tagħkom. Huwa l-Avukat tagħkom mal-Missier. Staqsu lilkom infuskom, “Kieku xi jgħid is-Salvatur lill-Missier dwari?”
U mbagħad isktu għal ftit.
Ipprovaw isimgħu dak il-leħen li jgħid ħwejjeġ tajbin dwarkom—leħen is-Salvatur, l-aqwa ħabib tagħkom, u Missierkom fis-Smewwiet, li jkun preżenti tassew. Ftakru, l-imħabba tagħhom u l-valur tagħkom huma dejjem kbar, hi x’inhi ċ-ċirkustanza!
Jiena ninsab wieqfa hawn biex nagħti x-xhieda tiegħi li Ġesù Kristu jagħti d-dawl lil dawk li jinsabu bilqiegħda fid-dlam. Għalhekk, f’dawk il-jiem meta tħossu dak il-leħen jgħidilkom li intom għandkom tmorru tinħbew f’xi kamra mudlama weħidkom, nistedinkom nagħmlu l-kuraġġ u temmnu fi Kristu! Ibqgħu mexjin u duru lejn id-Dawl—lejn id-Dija Perfetta ta’ Tama tagħna.
Meta tieħdu fuqkom id-dawl tiegħu, intom tkunu tistgħu taraw nies madwarkom li ħassewhom weħidhom ukoll, iżda issa, bid-dawl mixgħul, intom u huma tistgħu tistaqsu, “Għalfejn konna qed nibżgħu daqshekk fid-dlam? U għalfejn bqajna daqshekk hemmhekk?”
“Nitlob biex Sid id-Dawl jgħannaqkom f’dirgħajh u jfarraġkom f’imħabbtu kontinwament.” Nitlob li aħna lilu nibqgħu kontinwament nħobbuh u nagħżlu dejjem lilu, kull darba. F’isem Ġesù Kristu, ammen.