Bħal Tfajjel Ċkejken
Jiena nixhed li t-trabi, it-tfal u ż-żgħażagħ huma immaġini tas-saltna ta’ Alla tinfirex fuq l-art fil-kobor u s-sbuħija kollha tagħha.
Ġesù ta bidu għall-aħħar sena tal-ħajja mortali tiegħu billi intensifika t-taħriġ tal-Appostli tiegħu. Jekk il-messaġġ tiegħu u l-Knisja tiegħu kellhom jibqgħu ħajjin wara li Hu jħalli din l-art, it-12-il raġel mill-aktar ordinarju li bilkemm kienu ilhom jafuh 24 xahar kellhom jiksbu ferm aktar tagħlim milli diġa kellhom.
Darba waħda Ġesù ra lit-Tnax jargumentaw bejniethom u staqsihom, “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom?” Apparentament, peress li bdew iħossuhom imbarazzati, huma “siktu,” tgħid l-iskrittura. Iżda dan l-akbar għalliem fost kulħadd seta’ jagħraf il-ħsibijiet ta’ qalbhom u seta’ jinnota ċerta kburija personali fihom. Għalhekk Huwa “sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, …
“U qalilhom, Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
“U għalhekk l-ikbar wieħed fis-saltna tas-smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.”
Tajjeb ninnotaw li anke qabel it-twelid ta’ Kristu, is-Sultan Benjamin inkluda fid-diskors tal-aħħar tiegħu dan il-kumment mill-aktar profond dwar l-umiltà tat-tfal. Hemm miktub, “Il‑bniedem naturali huwa għadu ta’ Alla, … u hekk se jibqa’, għal dejjem ta’ dejjem, sakemm huwa ma … jsirx qaddis permezz tal‑espjazzjoni ta’ Kristu l‑Mulej, u jsir bħat‑tfal, sottomess, … umli, … mimli mħabba, … l‑istess kif tifel ċkejken jissottometti ruħu għal missieru.”
Issa, hemm ċerta inklinazzjoni infantili li ma ninkuraġġuhiex. Ħamsa u għoxrin sena ilu, in-neputi tiegħi li kellu tliet snin gidem lil oħtu ta’ ħames snin f’driegħha. Ir-raġel tat-tifla tiegħi, li f’dik il-lejla kien qed jieħu ħsieb it-tfal, b’mod kważi sfrenat għallem lil bintu tista’ tgħid it-tagħlim kollu dwar il-maħfra li beda jiġih f’moħħu, u wasal għall-konklużjoni li ċ-ċkejken ħuha probabbilment lanqas biss kien jaf kif persuna setgħet tħossha wara gidma fuq driegħha. Dak il-kumment ta’ missier kien effettiv b’mod għal madwar minuta, l-aktar, l-aktar minuta u nofs, sakemm beda jfaqqa’ l-biki li jriegħed il-ħġieġ tat-twieqi mill-kamra tas-sodda tat-tfal minfejn in-neputija tiegħi għajtet bil-kalma kollha, “Issa jaf kif tħossha.”
Għalhekk x’inhu dak li għandna naraw fil-virtujiet tal-ħajja tat-tfal? X’kien dak li wassal lil Kristu biex ixerred id-dmugħ fl-aktar xena ternera li nsibu fil-Ktieb ta’ Mormon? X’kien it-tagħlim ta’ Ġesù meta huwa sejjaħ lin-nar mis-smewwiet u lill-anġli protetturi biex jiċċirkondaw lil dawk it-tfal, u ordna lill-adulti biex “iħarsu lejn iċ-ċkejknin tagħhom”?
Ma nafux x’kien wassal għal dan, iżda naħseb li kellu x’jaqsam mas-safà u l-innoċenza tagħhom, l-umiltà mnissla fihom, u x’jista’ jfisser f’ħajjitna jekk ngħixu b’dan il-mod.
Għalfejn iż-żmien ta’ disprament tagħna ġie msejjaħ minn wieħed bħala “O frugħa tal-frugħat”? Kif “l-immaġinazzjoni fiergħa u l-kburija ta’ wlied il-bnedmin” huwa l-kliem li kkaratterizza lin-nies fil-bini kbir u spazjuż bħala nies mejtin spiritwalment fid-dehra ta’ Leħi? U xi ngħidu dwar iż-Żoramiti, dak il-grupp ta’ nies li talbu biex jinqdew huma stess? Dwarhom Alma qal, “O Alla, huma jitolbu lilek permezz ta’ fommhom, waqt li huma minfuħin bihom infushom … minħabba l-frugħa tad-dinja.”
B’kuntrast għal dan, hawn xi ħaġa aktar ħelwa, aktar safja, u aktar umli mit-tfal jitolbu? Bħallikieku is-sema daħlet fil-kamra. Alla u Kristu huma tassew reali, iżda għal ħaddieħor l-esperjenza taf tkun mill-aktar superfiċjali.
Kif kien ikkwota l-Presbiteru Richard L. Evans quoted madwar 60 sena ilu: “Ħafna minna nistqarru li aħna Kristjani, madankollu aħna … ma neħduhx bis-serjetà. … Nirrispettawh, iżda ma nimxux warajh. … Nikkwotaw id-diskors tiegħu, iżda ma ngħixux skont dan l-istess diskors.” “Nammirawh, iżda ma nqimuhx.”
Kemm tkun differenti l-ħajja jekk minn żmien għall-ieħor id-dinja ma tużax isem Ġesù biss biex iżżebbilhu.
Iżda t-tfal iħobbuh tassew, u dik l-imħabba tista’ tinfluwenza r-relazzjonijiet l-oħra tagħhom fil-ħajja. Bħala regola, ankie fl-ewwel snin tagħhom, it-tfal isibuha faċli biex iħobbu, u jaħfru malajr, u jidħqu b’tant ħlewwa li anke l-aktar qalb iebsa tasal biex tinħall.
Mela, il-lista ma tispiċċa qatt. Is-safà? Fiduċja? Kuraġġ? Karattru?
Ejjew ħalli flimkien miegħi nagħtu ħarsa lejn l-umiltà quddiem Alla li wera ħabib żagħżugħ tiegħi mill-aktar għażiż.
Nhar il-5 ta’ Jannar, 2025—91 sena ilu—Easton Darrin Jolley ġie mogħti s-Saċerdozju ta’ Aron u ġie ordnat djaknu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.
Easton kien ilu minn dejjem jixtieq li jqassam is-sagrament tal-Ikla tal-Mulej. Iżda din l-opportunità sagra kienet iġġib magħha biża’ li tqabdu wġiegħ fl-istonku li ma jmurx jagħmel xi ħaġa ħażina, li ma jmurx jaqa’, li xi ħadd jizzikah jew li jimbarazza lilu nnifsu jew lil familtu.
Mela, Easton kellu marda rari u mill-aktar distruttiva, Ullrich distrofija muskolari konġenitali. Kienet imliet il-ħajja żagħżugħa tiegħu fi sfidi mill-aktar kbar u kissritlu kull tama u ħolm li kellu għall-futur. Ma kienx se jdum wisq ma jispiċċa ġo siġġu tar-roti għal dejjem. Familtu ma kenux jitkellmu x’kien hemm jistennih fil-futur.
Il-Ħadd wara l-ordinazzjoni tiegħu, Easton għadda s-sagrament għall-ewwel darba. U l-motivazzjoni li ma qal lil ħadd biha kienet li huwa seta’ jippreżenta lilu nnifsu u dawn l-emblemi sagri lil missieru, li kien l-isqof tal-qasam. B’antiċipazzjoni għal din il-biċċa xogħol huwa ried li jkun imwiegħed, fost il-biki tiegħu, li jingħata garanzija li ħadd, ħadd, ma jmur jipprova jgħinu. Għal bosta raġunijiet, li kien jafhom hu, hu ried jagħmel dan waħdu mingħajr għajnuna.
Wara li l-qassis qasam il-ħobż u bierku—emblem li tirrappreżenta l-ġisem miksur ta’ Kristu—Easton, bil-ġisem miksur tiegħu, mexa b’diffikultà biex jirċievi għandu l-kontenitur. Madankollu, hu ried jagħmel tliet passi kbar mhux ħażin minn mal-art tad-dar tal-laqgħat għal fuq il-podju li kien daqsxejn għoli. Għalhekk, wara li rċieva l-kontenitur, huwa ġġebbed kemm seta’ fil-għoli u poġġa l-kontenitur fuq wiċċ il-poġġaman. Imbagħad, poġġa bilqiegħda fuq waħda mit-turġien għoljin, u b’idejh it-tnejn ġibed saqajh il-leminija għal fuq l-ewwel tarġa. Imbagħad huwa ġibed siequ x-xellugija għal fuq l-istess tarġa, u baqa’ jagħmel dan sakemm, b’diffikultà, wasal fil-quċċata tal-Muntanja Everest personali tiegħu, magħmula minn tliet tarġiet.
Imbagħad huwa qabad ma’ struttura wieqfa u refa’ lilu nnifsu b’tali mod li spiċċa bilwieqfa. Huwa baqa’ sejjer sa fejn kien hemm il-kontenitur. Ftit passi oħra u waqaf quddiem l-isqof, missieru, li, bid-dmugħ nieżel minn għajnejh u ma’ ħaddejh, kellu jibqa’ lura milli jgħannaq miegħu lil ibnu mill-aktar qalbieni u fidil. U Easton, b’sens ta’ solliev tefa’ tbissima fuq wiċċu, bħallikieku qed jgħid, “Jien igglorifikajt lil missieri u temmejt il-ħidma li ġiet fdata f’idejja minnu.”
Il-fidi, il-lealtà, is-safà, il-fiduċja, l-unur, u, finalment, l-imħabba għal dak il-missier li tassew ried li jogħġob. Dawn u kwalitajiet oħra jagħmlu lilna ngħidu wkoll, “L-ikbar wieħed … fis-saltna tas-smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.”
Ħuti u ħbieb tiegħi, fuq nett fil-lista tal-aktar immaġini sbieħ li naf bihom nsibu lit-trabi u lit-tfal u liż-żgħażagħ, kuxjenzjużi u imprezzabbli daqs dawk li rreferejt għalihom illum. Jiena nixhed li dawn huma immaġini tas-saltna ta’ Alla tinfirex fuq l-art fil-kobor u s-sbuħija kollha tagħha.
F’dak l-istess spirtu ta’ testimonjanza, jiena nagħti xhieda li, fiż-żgħożija tiegħu, Joseph Smith ra dak li qal li ra u tkellem ma’ dawk li qal li tkellem. Jiena nixhed li Russell M. Nelson, bniedem umli u safi, huwa l-profeta u l-veġġent ordnat u mogħni bid-doni ta’ Alla. Mill-esperjenza tiegħi naqrah ħajti kollha, jiena nagħti x-xhieda tiegħi li l-Ktieb ta’ Mormon huwa l-aktar ktieb ta’ sodisfazzjon li jiena qatt qrajt u li huwa l-ġebla ewlenija tal-post żgħir li jien għandi f’saltna mimlija postijiet. Jiena nagħti x-xhieda tiegħi li s-saċerdozju u t-talb jinsabu jirrestawrawli ħajti—is-saċerdozju ta’ Kristu u t-talb tagħkom. Jiena naf li dan huwa veru f’isem l-aktar iben leali u umli fost l-ulied kollha ta’ Alla—l-Alfa u l-Omega, il-Kbir Jiena Hu, l-imsallab, ix-xhud fidil—l-istess Mulej Ġesù Kristu, ammen.