Konferenza Ġenerali
Eżatt Quddiem Għajnejna
Konferenza ġenerali April 2025


Eżatt Quddiem Għajnejna

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed tikber fil-membri u l-familji, il-missjonijiet u l-missjunarji, is-swali tal-laqgħat u t-tempji.

Ħuti, jien tant grat li ninsab magħkom. Aħna nħobbukom, aħna grati lejkom, u nħossuna mberkin bit-talb tagħkom.

Il-President Russell M. Nelson, fl-aħħar konferenza tagħna, qal: “Qed taraw x’qed jiġri eżatt quddiem għajnejna? Nitlob li ma mmorrux ma nindunawx x’mument majestuż hu dan! Nitlob li ma nitilfux il-maestà ta’ dan il-mument! Il-Mulej qiegħed tabilħaqq iħaffef il-ħidma tiegħu.”

Iħaffef il-ħidma Tiegħu. “Iħaffef” hija kelma importanti. Tissuġġerixxi li nimxu malajr, naċċelleraw, u saħansitra tisħaqq urġenza. Fit-tkabbir tal-Knisja u l-pjan ta’ Kristu, kollox qed iħaffef. U aħna lkoll parti minn dan.

F’April 1834 f’Kirtland, Ohio, il-Profeta Joseph Smith ġabar lil dawk kollha li żammew is-saċerdozju fi djar ċkejkna tal-iskola madwar 14-il pied (4.3 m) kwadru. Stajna niffittjaw għexieren ta’ dawk id-djar tal-iskola f’dan iċ-Ċentru tal-Konferenzi, u jkun fadal l-ispazju. Joseph Smith qal, “Huwa biss ftit mis-Saċerdozju li qed taraw hawn illejla, imma din il-Knisja se timla l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel—se timla d-dinja.”

Din il-profezija qed titwettaq “quddiem għajnejna.” Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed tikber fil-membri u fil-familji, fil-missjonijiet u fil-missjunarji, fis-swali tal-laqgħat u fit-tempji, u fl-iskrizzjoni fis-seminarji, fl-istituti, u fl-universitajiet tagħna madwar id-dinja kollha.

Aħna grati li qegħdin fuq l-art meta l-Knisja qed tiżdied fin-numri u fl-influwenza, imma aktar importanti fil-qlub u fil-ħajja tal-membri tagħha. Aħna magħrufin bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Aħna naqsmu t-testimonjanzi tagħna dwaru, dwar il-Knisja tiegħu, dwar triqatu, u dwar it-triq tal-patt tiegħu. Aħna l-poplu tiegħu, u Hu s-Salvatur tagħna.

Nimmeravilja ruħi għal dak li l-President Nelson isejjaħ il -“maestà ta’ dan il-mument” u nesprimi gratitudni profonda lejn il-Mulej għall-ħidma tiegħu. Nistħajjilna nieqfu fit-tul bħala dixxipli tiegħu, xhieda tat-twettiq tal-profezija, kemm tal-qedem kif ukoll tal-modern.

Hemm uħud li dejjem kontra u li jgħajtu, “‘Arawha, hemm!” u … “Arawha, hawn!’” eżatt kif għamlu fi żmien il-Profeta Joseph Smith. Madankollu, huma se jkunu mhux ħlief sempliċi noti f’qiegħ il-paġna f’dan ix-xogħol nobbli. Il-Profeta Joseph Smith iddikjara: “L-istandard tal-verità ġie mgħolli; l-ebda id mhux qaddisa ma tista’ twaqqaf din il-ħidma milli tibqa’ miexja ’l quddiem … ; il-verità ta’ Alla tibqa’ miexja ’l quddiem b’fermezza u b’mod nobbli u indipendenti, sakemm tippenetra kull kontinent, iżżur kull klima, tgħaddi minn fuq kull pajjiż, u tinstama’ f’kull widna, sakemm l-għanijiet ta’ Alla jitwettqu u l-Kbir Ġehovah jgħid il-ħidma lesta.”

Fl-inkarigi tiegħi din is-sena, kelli s-siġġu tar-ringiela ta’ quddiem lill-Mulej iħaffef il-ħidma tiegħu. Il-Knisja qed tibni tempji b’pass liemabħalu, u qed tagħti opportunità lil aktar membri biex iqimuh f’dar il-Mulej. It-tieni, il-ħidma missjunarja qed tiġbor numri rekord għall-merħla tar-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù Kristu. U t-tielet, l-edukazzjoni tal-Knisja f’ħafna konfigurazzjonijiet tinsab f’livell għoli ġdid fit-tagħlim ta’ dawk li “jfittxu lil dan Ġesù.”

Illum il-Knisja għandha 367 tempju f’diversi stadji ta’ disinn, kostruzzjoni, jew operazzjoni. U għal liema skop? It-tweġiba tiġi mxandra fuq kull tempju: “Qdusija lill-Mulej.” It-tempju jiftaħ it-triq għall-ogħla barkiet li Missierna fis-Sema għandu għal kull wieħed u waħda minna. Ħuti, aħna qegħdin nħaffu l-qdusija tagħna aħna u ngħixu denji għat-tempju, aħna u nqimu f’dar il-Mulej, u aħna u nagħmlu patti ma’ Alla għalina nfusna u f’isem l-antenati tagħna li jinsabu fuq in-naħa l-oħra tal-velu.

Il-President Nelson qal: “L-attakki tal-avversarju qed jiżdiedu b’mod esponenzjali, intensiv u varjat. Il-bżonn tagħna li nkunu fit-tempju fuq bażi regulari qatt ma kien akbar. Nitlob miegħek biex tagħti ħarsa bit-talb lejn kif tqatta’ l-ħin tiegħek.” F’daru nistgħu nħossu l-preżenza tal-Mulej u l-paċi traxxendentali.

Il-Presibetru u Sister Rasband fit-tempju tal-Arġentina ta’ Mendoza.

Is-sena l-oħra kelli l-privileġġ li nippresjedi fid-dedikazzjoni tat-tempju tal-Arġentina ta’ Mendoza. Fil-messaġġ tiegħi, irreferejt għall-profezija tal-Presbiteru Melvin J. Ballard tal-1926 li xogħol il-Mulej kien se jikber bilmod għal xi żmien fl-Amerika t’Isfel, “bħalma ballut jikber bilmod minn ġandra. Mhux se jispunta f’ġurnata,” imma eluf kienu se jingħaqdu mal-Knisja, u l-ġnus tal-Amerika t’Isfel kienu se jsiru “qawwa fil-Knisja.” Rajt li l-profezija mwettqa eżatt quddiem għajnejja.

Mendoza, darba ġandra żgħira, sar ballut għammiel. Dak it-tkabbir qed jiġi ripetut madwar il-kontinenti u l-gżejjer.

Naraw lill-Mulej iħaffef il-ħidma tiegħu fil-missjonijiet. Fl-2024, 80,000 missjunarju kienu qed jaqdu f’450 missjoni. Sitta u tletin minn dawk huma missjonijiet ġodda. Is-sena l-oħra l-ħidma missjunarja ġabet aktar minn 308,000 membri ġodda fil-Knisja. Aktar min-numri, l-ispirtu tal-ġabra qed iġib l-erwieħ lejn Ġesu Kristu u l-vanġelu Tiegħu.

Jiġuni f’moħħi l-Appostli Brigham Young u Heber C. Kimball, li fl-1839 marru bħala missjunarji fil-Gżejjer Brittaniċi. Kienu morda; ħallew familji morda u fqar. Minkejja dan, it-tnejn li huma telgħu f’vagun, u waqt li kienu għadhom qed jaraw lill - maħbubin tagħhom, Ħeber qal, “Ejja nqumu u nxejrulhom.” It-tnejn tħabtu biex iqumu fuq saqajhom u bdew jgħajtu, “Hurrah, hurrah għal Iżrael.”

Laqgħa mal-missjunarji f’Lima, il-Peru.

Rajt dak l-istess entużjażmu għall-ħidma tal-Mulej f’Lima, il-Peru, meta ltqajt ma’ missjunarji miċ-ċentru tat-taħriġ missjunarju u missjonijiet f’Lima. X’vista! Rajt l-ħeffa eżatt quddiem għajnejja. Issa hemm seba’ missjonijiet fil-belt ta’ Lima biss.

Fi tmiem il-laqgħa tagħna, il-missjunarji kellhom sorpriża speċjali għalija. Qamu u ferħu, “Hurrah għal Iżrael.” Qatt mhu se ninsa dak il-mument; xtaqtkom kontu lkoll hemmhekk. Eżatt quddiem għajnejja kien hemm missjunarji li kienu warrbu “l-ħwejjeġ ta’ din id-dinja” biex jaqdu lill-Mulej u jgħinu jħaffu l-miġja tiegħu.

Naraw lill-Mulej iħaffef l-opportunitajiet edukattivi għall-membri tagħna u anke dawk mhux tal-fidi tagħna madwar id-dinja. Waħda mill-affarijiet li tiddistingwina bħala knisja hija l-enfasi tagħna fuq l-edukazzjoni. Il-Mulej ikkmanda fl-ewwel żminijiet tar-Restawr biex “ifittex it-tagħlim, anki bl-istudju u wkoll bil-fidi.” Dan qed iseħħ illum u huwa denju ta’ “hurrah”.

Bħalissa aktar minn 800,000 student madwar id-dinja huma rreġistrati fis-seminarju u l-istitut, l-ogħla reġistrazzjoni fl-istorja tal-Knisja. Iż-żgħażagħ tagħna jinġabru b’diversi modi, minn kmieni filgħodu, bi nhar, u filgħaxija sa studju onlajn u fid-dar. Huma battaljun setgħan u twajjeb, li jiksbu s-saħħa minn xulxin huma u jsiru jafu b’Ġesu Kristu, isegwu, u jixhdu lilu bħala l-Iben ta’ Alla.

Jitkellem mal-istudenti tas-seminarju u tal-istitut.

Il-ħarifa li għaddiet tkellimt f’devozzjoni lejn arena mimlija studenti tas-seminarju u tal-istituti u l-ġenituri tagħhom fl-Università ta’ Utah. L-attendenza tagħhom kienet tgħid ħafna dwar ix-xewqa tagħhom li jkunu jafu u jsegwu lil Ġesù Kristu. Il-messaġġ tiegħi lil dawk l-istudenti kien ċar: agħti lill-Mulej l-istess ħin. Tajthom parir biex jibbilanċjaw l-istudji tagħhom mat-tagħlim ogħla veru, saħansitra studju ta’ “Bin Alla l-ħaj.”

Jien illum nistaqsi l-istess lil kulħadd: Hu x’inhu fil-lista tiegħek li tagħmel, agħti ħin indaqs, mhux ħin żejjed, lill-Mulej fl-istudju tal-iskrittura personali, l-istudju tal-familja ta’ Come, Follow Me, it-talb, is-sejħiet tal-Knisja, l-amministrazzjoni, it-teħid tas-sagrament, it-tifħir fit-tempju, u l-meditazzjoni tal-ħwejjeġ t’Alla. Il-Mulej u s-Salvatur tagħna qal: “Tgħallem minni … u ssib serħan għal ruħek.” Ħuduh fil-kelma. U tih ħin indaqs.

Il-President Nelson qal: “Nitlobkom tħallu lill Alla jiddomina f’ħajjitkom. Agħtih sehem ġust minn ħinek. Hekk kif tagħmlu dan, innotaw x’jiġri fl-ispinta spiritwali pożittiv tiegħek.”

Naraw dak l-ispinta fil-bini ta’ seminarji, istituti, u universitajiet tal-Knisja. F’dawn l-ambjenti, il-Mulej huwa prijorità. Hekk għandu jkun Hu f’ħajjitna.

Qasam ieħor li juri l-firxa dejjem tikber tal-edukazzjoni fil-Knisja huwa L-BYU-Pathway madwar id-dinja. Madwar id-dinja, ir-reġistrazzjoni laħqet kważi 75,000 u qed tkompli tikber b’rata mgħaġġla. Il-biċċa l-kbira huma membri, u aktar minn terz huma mill-Afrika. It-triq hija kollha dwar l-aċċess għall-edukazzjoni. It-tlestija tal-korsijiet tfisser aċċess għax-xogħol, u l-aċċess għax-xogħol ifisser ħajja aħjar għall-familji u aktar opportunitajiet biex jaqdu lill-Mulej.

Laqgħa mal-mexxejja tal-wited fl-Uganda.

Meta kont qed niltaqa’ mal-mexxejja tal-wited fl-Uganda, sirt naf li l-presidenza kollha tal-wited kienet irreġistrata fil-BYU-Pathway. Iktar ma nkunu preparati temporalment u spiritwalment, iktar nistgħu nfixklu l-attakki qarrieqa tal-avversarju. Ftakar fil-kliem ta’ Pietru: “Ix-xitan, bħala ljun feroċi li jgħajjat, idur ifittex lil min ser jibla’.”

Nagħraf li f’nofs l-aħbar it-tajba tal-evanġelju, hemm min jitħabat, li għandu sfidi ta’ fidi, dubji, u mistoqsijiet mingħajr tweġibiet. Ħuti, Ġesu Kristu huwa t-tweġiba. Ibda Bih Fittex l-Idu f’ħajtek. Isimgħu minnu. “Tħallux qalbkom titnikket,” Hu qal fl-aħħar sigħat tiegħu lid-dixxipli tiegħu qabel il-Ġetsemani, qabel ma ġarr is-salib tiegħu mit-toroq ta’ Ġerusalemm, qabel il-Golgota, fejn Hu temm is-sagrifiċċju tal-espjazzjoni tiegħu—dak li Hu biss, l-Iben imnissel ta’ Alla, seta jagħmel.

Kun af li Hu jifhem. Hu ħa fuqu nnifsu dnubietna kollha, żbalji, miżerji, u jiem koroh ħafna li nistgħu nerġgħu ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet fl-eternità. Huwa qal, “Ħares lejja f’kull ħsieb; tiddubitax, tibżax.” Il-fidi f’Ġesu Kristu tista’ terfagħkom ‘l fuq u tfejqilkom il-ġrieħi tagħkom Afdah u se jitħaffef ir-ritorn tiegħek f’“dirgħajn imħabbtu.”

Nerġa’ nenfasizza l-kliem tal-profeta ħaj tagħna: “Qed tara x’qed jiġri eżatt quddiem għajnejna? Nitlob li ma mmorrux ma nindunawx x’mument majestuż hu dan! Nitlob li ma nitilfux il-maestà ta’ dan il-mument! Il-Mulej tassew qed iħaffef il-ħidma tiegħu.” Jalla aħna bħala dixxipli ta’ żmienna ngħajtu, “Hurrah għal Israel” aħna u nippreparaw għar-ritorn ta’ Sidna u s-Salvatur. F’isem Ġesù Kristu, ammen.

Noti

  1. Russell M. Nelson, “Il-Mulej Ġesù Kristu Ser Jerġa’ Jiġi,” Liahona, Nov. 2024, 121; ara wkoll Duttrina u patti 88:73: “Ara, se nħaffef xogħli fi żmienu.”

  2. Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Joseph Smith (2007), 137.

  3. Russell M. Nelson, “Il-Mulej Ġesù Kristu Ser Jerġa’ Jiġi,” 121; ara wkoll Duttrina u patti 88:73: “Ara, se nħaffef xogħli fi żmienu.”

  4. Joseph Smith—History 1:5.

  5. Joseph Smith, fi istorja, 1838-1856, vol. C-1, 1285, josephsmithpapers.org.

  6. Għeter12:41.

  7. L-iskrizzjoni “Qdusija lill-Mulej” tinsab fuq in-naħa ta’ barra ta’ kull tempju tal-Knisja. Il-biċċa l-kbira jinkludu wkoll il-frażi “Dar tal-Mulej.”

  8. Russell M. Nelson, “Becoming Exemplary Latter-day Saints,” Ensign jew Liahona, Nov. 2018, 114.

  9. Melvin J. Ballard, f’Melvin R. Ballard, Melvin J. Ballard: Crusader for Righteousness (1966), 84.

  10. Ara Mary Richards, preżentatriċi, Church News podata, episodju 217, “Elder W. Mark Bassett and David N. Weidman of the Church’s Missionary Department on the Expanding Role of Missionary Work,” Church News, 3 ta’ Diċ., 2024, thechurchnews.com.

  11. Ara “Il-Knisja ta ’Ġesu Kristu se toħloq 36 missjoni ġdida fl-2024,” Newsroom, Nov. 1, 2023, newsroom.ChurchofJesusChrist.org.

  12. Informazzjoni mogħtija mid-Dipartiment Missjunarju tal-Knisja. Fl-2022, in-umru ta’ magħmudijiet tal-ikkonvertiti tul dawn l-aħħar tliet xhur kien 212,172. Fl-2023, żdied għal 251,763. Fl-2024 tgħammdu 308,682 individwu.

  13. Il-President Gordon B. Hinckley stqarr: “M’għandix għalfejn infakkrek li din il-kawża li ninsabu impenjati fiha mhix kawża ordinarja. Hija l-kawża ta’ Kristu. Hija s-saltna ta’ Alla Missierna etern. Huwa l-bini ta ’Sijon fuq l-art” (“Ensign to the Nations,” Ensign, Nov. 1989, 53).

  14. F’Orson F. Whitney, Life of Heber C. Kimball: An Apostle, the Father and Founder of the British Mission (1888), 276.

  15. Informazzjoni mogħtija mid-Dipartiment Missjunarju tal-Knisja.

  16. Traduzzjoni ta’ Joseph Smith Mattew 6:23 (f’Mattew 6:33,nota f’ qiegħ il-paġna a).

  17. Duttrina u Patti 88:118.

  18. Ara Tad Walch, “Enrollment Growth at Latter-day Saint Universities Rebuts Narrative About Young Adults Losing Faith,” Deseret News, Nov. 23, 2024, deseret.com.

  19. Ara Rachel Sterzer Gibson, “Give the Lord ‘Equal Time,’ Elder Rasband Encourages During Devotional to 10,000 Youth and Young Adults,” Church News, Ott. 14, 2024, thechurchnews.com.

  20. Mattew 16:16.

  21. Mattew 11:29.

  22. Russell M. Nelson, “Il-Qawwa ta’ Spinta Spiritwali,” Liahona, Mejju 2022, 99.

  23. Ara Walch, “Enrollment Growth at Latter-day Saint Universities,” Deseret News, Nov. 23, 2024, deseret.com.

  24. 1 Pietru 5:8.

  25. Ara Russell M. Nelson, “It-Tweġiba Hi Dejjem Ġesù Kristu,” Liahona, Mejju 2023, 127–28.

  26. Ġwanni 14:27.

  27. Ara Mattew 26:36–38.

  28. Ara Luqa 23:26.; Ġwanni 19:17.

  29. Ara Ġwanni 19:17; 1 Nefi 11:33; 3 Nefi 27:14–15.

  30. Ara Alma 7:14; Duttrina u Patti 76:41–42.

  31. Ara Mosè 1:39.

  32. Duttrina u Patti 6:36.

  33. Ara Moroni 9:25.

  34. Ara Salm 147:3; Ġakobb 2:8.

  35. Ara Proverbji 3:5.

  36. 2 Nefi 1:15.

  37. Russell M. Nelson, “Il-Mulej Ġesù Kristu Ser Jerġa’ Jiġi,” 121,enfasi miżjuda; ara wkoll Duttrina u Patti 88:73: “Ara, se nħaffef xogħli fi żmienu.”