Appendiċi
Missierkom fis-Smewwiet jistedinkom biex tirċievu ordinanzi sagri. Dawn l-ordinanzi jinkludu patti—intom tagħmlu wegħdiet ma’ Alla, u Huwa jagħmel wegħdiet magħkom. Intom tagħmlu dawn il-patti, per eżempju, meta titgħammdu u tiġi kkonfermati, meta tkunu ddotati, u meta intom tkunu ssiġillati għal din il-ħajja u għall-eternità kollha fid-dar tal-Mulej. Li tagħmlu u żżommu l-patti jġibilkom il-ferħ u l-kuntentizza u jagħtikom ċans li taċċessaw il-qawwa ta’ Alla biex tgħinkom terġgħu lura fil-preżenza tiegħu, fejn tistgħu tgawdu l-ħajja eterna miegħu.
Biex titgħallmu aktar dwar dak li intom twiegħdu lil Alla meta tagħmlu dawn il-patti—u dak li huwa jwiegħed lilkom—araw Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, 3.5, Librerija tal-Evanġelju.
Xtarru l-mistoqsijiet li hawn taħt. Huma l-mistoqsijiet li jistaqsukom meta tiġu intervistati biex tirċievu rakkomandazzjoni tat-tempju, iżda m’għandkomx għalfejn tistennew għal intervista. Agħmlu l-awtovalutazzjoni spiritwali tagħkom f’kull ħin li tridu.
It-Tema tat-Tfajliet, it-Tema tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron, u l-Għaxar Kmandamenti jistgħu wkoll ikunu għodda ta’ għajnuna fl-awtovalutazzjoni tagħkom.
Mistoqsijiet għar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju għaż-Żgħażagħ
-
Għandek fidi f’Alla, il-Missier Etern; f’Ibnu, Ġesù Kristu; u fl-Ispirtu s-Santu, u għandek testimonjanza tagħhom?
-
Għandek testimonjanza tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u tal-irwol tiegħu bħala s-Salvatur u l-Feddej tiegħek?
-
Għandek testimonjanza tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu?
-
Inti ssostni lill-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien bħala l-profeta, il-bassâr, u r-rivelatur u bħala l-unika persuna fid-dinja awtorizzata li teżerċita l-imfietaħ kollha tas-saċerdozju? Inti ssostni lill-membri tal-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu bħala profeti, bassâra, u rivelaturi? Inti ssostni l-Awtoritajiet Ġenerali l-oħra u l-mexxejja lokali tal-Knisja?
-
Il-Mulej qal li kollox għandu “jseħħ f’indafa” quddiemu (Doctrine and Covenants 42:41). Tagħmel inti l-almu tiegħek biex tkun moralment nadif fi ħsibijietek u fl-imġiba tiegħek? Inti tobdi l-liġi tal-kastità?
-
Timxi inti wara t-tagħlim tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu fl-imġiba kemm privata kif ukoll pubblika tiegħek mal-membri tal-familja tiegħek u ma’ ħaddieħor?
-
Inti tissapportja jew tippromwovi xi tagħlim, drawwiet, jew duttrina li jmorru kontra dawk tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?
-
Tagħmel l-almu tiegħek biex tqaddes Jum il-Mulej, kemm fid-dar kif ukoll fil-knisja; biex tattendi l-laqgħat tiegħek; biex tħejji ruħek ħalli b’mod den tieħu sehem fis-sagrament; u biex tgħix ħajtek f’armonija mal-liġijiet u l-kmandamenti tal-evanġelju?
-
Tagħmel l-almu tiegħek biex tkun onest f’dak kollu li tagħmel?
-
Inti tħallas dieċmi sħiħa?
-
Inti tifhem u tobdi l-Kelma tal-Għerf?
-
F’ħajtek hemm xi dnubiet serji li jeħtieġ li tirrisolvihom mal-awtoritajiet tas-saċerdozju bħala parti mill-indiema tiegħek?
-
Inti tikkunsidra lilek innifsek den li tidħol fid-dar tal-Mulej u tipparteċipa fl-ordinanzi tat-tempju?
It-Tema tat-Tfajliet
Jiena bint għażiża ta’ ġenituri fis-smewwiet, b’natura divina u destin etern.
Bħala dixxiplu ta’ Ġesù Kristu, nagħmel l-almu tiegħi biex insir nixbhu. Jiena nfittex u naġixxi skont ir-rivelazzjoni personali u nimministra lill-oħrajn fl-isem imqaddes tiegħu.
Jiena se nieqaf bħala xhud ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u kullimkien.
Hekk kif nagħmel l-almu tiegħi biex nikkwalifika għall-eżaltazzjoni, jiena ngħożż id-don tal-indiema u nfittex li nitjieb kuljum. B’fidi, jiena nsaħħaħ id-dar u l-familja tiegħi, nagħmel u nżomm patti sagri, u nirċievi l-ordinanzi u l-barkiet tat-tempju mqaddes.
It-Tema tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron
Jiena iben il-maħbub ta’ Alla, u hu għandu ħidma għalija x’nagħmel.
B’qalbi kollha, bis-setgħa, il-menti, u l-qawwa tiegħi kollha, jiena nħobb lil Alla, inħares il-patti tiegħi, u nuża s-saċerdozju tiegħu biex inservi lil ħaddieħor, billi nibda nagħmel dan minn dari stess.
Hekk kif nagħmel l-almu tiegħi biex inservi, neżerċita l-fidi, nindem, u nitjieb kuljum, jien nikkwalifika biex nirċievi l-barkiet tat-tempju u l-ferħ dejjiem tal-evanġelju.
Jiena nitħejja biex insir missjunarju diliġenti, raġel leali u missier kollu mħabba billi nkun dixxiplu veru ta’ Ġesù Kristu.
Jien se ngħin biex id-dinja titħejja għar-ritorn tas-Salvatur, billi nistieden lil kulħadd biex jersaq lejn Kristu u jirċievi l-barkiet tal-Espjazzjoni tiegħu.
L-Għaxar Kmandamenti
-
Ma jkollokx allat oħra għajri.
-
La tagħmilx għalik suriet minquxa.
-
La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn.
-
Ftakar f’jum is-Sibt u qaddsu.
-
Weġġaħ lil missierek u lil ommok.
-
La toqtolx.
-
La tagħmilx adulterju.
-
̋La tisraqx.
-
M’għandekx tagħti xhieda falza.
-
La tixtieqx ħwejjeġ ħaddieħor.
Ara Eżodu 20:3–17.