1.
Il-pjan ta’ Alla hu għalik
Qabel ma ġejtu fid-dinja, intom għextu mal-ġenituri tagħkom tas-smewwiet. Intom l-għeżież uliedhom. Fis-smewwiet, intom tgħallimtu dwar il-pjan ta’ Alla għall-familja tiegħu. Intom irċevejtu dan il-pjan b’ferħ għaliex jgħinkom tikbru u timxu ’l quddiem biex issiru aktar bħal Alla billi tirċievu ġisem fiżiku, tkunu parti minn familja fid-dinja, u tesperjenzaw il-ħajja fid-dinja. Xi wħud minn dawn l-esperjenzi kellhom ikunu diffiċli. Missierna kien jaf dan, għalhekk bħala parti mill-pjan tiegħu, Huwa bagħat Salvatur, Ġesù Kristu, biex jgħinkom. Aħna nsejħu dan il-pjan tas-salvazzjoni jew il-pjan ta’ ferħ.
Veritjiet Eterni
Missierna fis-Smewwiet huwa l-awtur tal-pjan. Huwa Missier l-ispirtu tagħkom, u jħobbkom. Huwa jrid jagħtikom l-akbar barka tiegħu—il-ħajja eterna miegħu. Fi kliem ieħor, huwa jridkom issiru aktar bħalu u tgħixu l-ħajja ta’ ferħ u glorjuża li Hu jgħix. Huwa għandu l-qawwa kollha u jaf kollox. Intom tistgħu tafdaw fih, anke meta l-ħajja tkun diffiċli.
Ġesù Kristu jagħmel il-pjan possibbli. Qabel ma nħolqot id-dinja, Missierna fis-Smewwiet għażlu biex ikun is-Salvatur tagħkom. Ġesù Kristu huwa l-uniku wieħed li jista’ jwasslek lura għand Missierek fis-Smewwiet. Għalhekk aħna nagħżlu li nimxu warajh. Kollox jiddependi minn dik l-għażla!
Iż-żwieġ u l-familja huma essenzjali għall-pjan ta’ Alla. Intom parti mill-familja ta’ Alla, u l-ulied spirti kollha tiegħu jiġu fid-dinja permezz ta’ omm u missier. Alla jrid li wliedu jagħmlu progress flimkien lejn il-perfezzjoni eterna. L-irġiel u n-nisa lkoll jikkontribwixxu bl-istess mod għal żwieġ ta’ mħabba u għaqda. Il-ħajja tal-familja hawn fid-dinja—anke bl-imperfezzjonijiet kollha tagħha—tista’ ġġib ferħ kbir. L-għan tagħha hi li tgħin biex intom titħejjew għall-ħajja eterna ma’ Alla.
Stediniet
Araw li jkollkom dejjem perspettiva eterna. Kull meta intom tħabbtu wiċċkom ma’ tentazzjonijiet, sfidi, diżappunti, jew għażliet diffiċli, tfakkru lilkom infuskom dwar il-pjan ta’ Alla. Ara kif il-veritajiet eterni li tafu dwar il-pjan tiegħu jistgħu jgħinuk tħares lejn l-isfidi tiegħek b’mod differenti.
Fittex l Idu f’ħajtek Innotaw modi kif Alla qed iberikkom. Jaf ikun xi att ħanin minn xi ħadd, mument ta’ paċi, jew tweġiba għat-talb.
Agħżlu li timxu wara l-pjan ta’ Alla. Tgħallmu x’iridkom tagħmlu Missierkom fis-Smewwiet. Fittxu l-gwida tiegħu hekk kif tistudjaw l-iskrittura, il-kliem tal-profeti ħajjin, il-proklamazzjoni tal-familja, u l-barka patrijarkali tagħkom. Dan jgħinkom titħejjew biex isservu lill-Mulej, bħala missjunarji u tul ħajjitkom. Qisu bħala prijorità għolja s-servizz lill-Mulej, iż-żwieġ etern, u t-trobbija tat-tfal Agħmlu l-parti tagħkom biex issa jkollkom familja kuntenta billi timxu wara t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu.
Barkiet Imwiegħda
Intom tistgħu tiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja b’kuraġġ u tama fi Kristu. Peress li intom tafu dwar il-pjan etern ta’ Alla, intom għandkom għodda prezzjuża li tista’ tgħinkom fi żminijiet diffiċli. Tafu li l-ħajja tfisser ħafna iżjed minn dak li jiġri bejn it-twelid u l-mewt. Intom tafu min verament intom, x’nhu l-għan tagħkom, u min tistgħu ssiru bl-għajnuna tas-Salvatur. Ġesù Kristu huwa s-Salvatur tagħkom!
Intom tistgħu tirċievu l-ħajja eterna hekk kif timxu wara Ġesù Kristu. Huwa jagħtikom il-qawwa li ssiru aktar bħalu, terġgħu lura għand il-ġenituri tagħkom fis-smewwiet, u tgħixu f’ferħ mal-maħbubin tagħkom għall-eternità. Afdaw f’Ġesù Kristu.
Mistoqsijiet u Tweġibiet
Għaliex il-ħajja hija tant diffiċli xi drabi? Kif nista’ nsib il-qawwa? L-esperjenzi tagħkom f’din il-ħajja—anke l-aktar diffiċli—jistgħu jseħħu għall-ġid tagħkom. Huma jistgħu jgħinukom tikbru u tagħmlu progress hekk kif idduru lejn is-Salvatur. M’hemm xejn li intom għaddejjin minnu li Ġesù Kristu ma jifhimx minħabba s-sagrifiċċju espjatorju tiegħu. Huwa jaf eżattament kif jista’jgħinkom. Iffoka ħajtek fuqu, u Hu jelevak ’il fuq minn kull dubju u biża’.
Xi kultant, l-idea ta’ ferħ fil-familja u ż-żwieġ tidher li s’issa għadha ’l bogħod. Kif nista’ nsib il-kunfidenza? Hi x’inhi s-sitwazzjoni tagħkom, taqtgħux qalbkom mill-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet. Huwa qatt mhu se jabbandunakom Jekk intom fidili lejn is-Salvatur u l-patti tagħkom, intom issibu tweġiba fit-tagħlim ta’ Ġesù Kristu. Huwa jifhem dak kollu li tesperjenzaw. Permezz tiegħu, intom niksbu l-qawwa li tobdu l-kmandamenti ta’ Alla u tirċievu l-barkiet li Huwa jwiegħed. Afdaw fih u fl-evanġelju tiegħu.
Ara 2 Nefi 9:13 (kemm hu kbir il-pjan ta’ Alla tagħna!); Mosija 2:41 (dawk li jżommu l-kmandamenti jkunu jistgħu jgħammru ma’ Alla fi stat ta’ hena bla tmiem.); Alma 12:28–34 (Alla għamel magħruf ma’ wliedu l-pjan tal-fidwa); Abraham 3:22–26 (il-pjan ta’ Alla kien jinkludi li jibgħatna fid-dinja, fejn nistgħu nagħżlu għalina nfusna li nimxu wara l-kmandamenti tiegħu).
Mistoqsija għar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju
-
Għandek fidi f’Alla, il-Missier Etern; f’Ibnu, Ġesù Kristu; u fl-Ispirtu s-Santu; u għandek testimonjanza tagħhom?