Żgħażagħ
3. Tista’ tgħin fil-ħidma ta’ Alla


Ġesù Kristu jħares in-nagħaġ tiegħu u jieħu ħsiebhom

3.

Tista’ tgħin fil-ħidma ta’ Alla

Moses 1:39

Missierna fis-Smewwiet iħobb lil uliedu kollha. Huwa jrid jgħinhom isibu l-kuntentizza u l-ferħ, jerġgħu lura għandu, u jiksbu l-ħajja eterna. Din tissejjaħ il-ħidma tiegħu għas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni, u hu jistedinkom biex tgħinu!

Veritajiet Eterni

Il-ħidma u l-glorja ta’ Alla jġibu fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem. L-immortalità tfisser li tgħix għal dejjem b’ġisem imqajjem mill-imwiet. Il-ħajja eterna, jew l-eżaltazzjoni, hi li nsiru aktar bħal Alla u ngħixu miegħu eternament bħala familji. Dan kollu hu possibbli minħabba Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu. Intoom tistgħu tafdaw fih.

Intom tistgħu tgħinu fil-ħidma ta’ Alla billi tersqu lejn Kristu u tgħinu lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Kull darba li tagħmlu xi ħaġa biex tgħinu lil xi ħadd jimxi wara Ġesù Kristu, intom tkunu qed tgħinu fil-ħidma ta’ Alla.

Stediniet

Għix l-evanġelju. Qawwi l-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu. Indmu kuljum. Irċievu l-ordinanzi tas-saċerdozju ta’ Alla u żommu l-patti tagħkom. Agħmlu dan il-mudell għall-kumplament ta’ ħajjitkom.

Nieħdu ħsieb ta’ dawk fil-bżonn. Sibu modi kif isservu u timministraw lil ħaddieħor, inkluż lill-familja tagħkom, lil sħabkom, u lill-komunità tagħkom. Mod kbir kif nistgħu ngħinu lin-nies fil-bżonn hu billi nobdu l-liġi tas-sawm u noffru l-offerti tas-sawm.

Nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju. Araw li kliemkom u l-għemejjel tagħkom jirriflettu l-fidi tagħkom f’Ġesù Kristu. Kunu lesti li tgħidu lil kull min jistaqsikom dwar it-tama u l-ferħ li intom tħossu bħala dixxipli tiegħu. Għall-ġuvintur, li nservu missjoni full-time hija responsabbiltà tas-saċerdozju. Għat-tfajliet, din hija opportunità mill-aktar qawwija; itolbu biex tkunu tafu jekk il-Mulej iridkomx isservu. Tħejjew biex taqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor tul ħajtek.

Għaqqdu l-familji għall-eternità billi tagħmlu l-istorja tal-familja u l-ħidma tat-tempju. Tgħallmu dwar l-antenati tagħkom. Skopru min għandu bżonn l-ordinanzi tat-tempju. Morru t-tempju ta’ spiss kemm tistgħu biex titgħammdu u tiġi kkonfermati għalihom. Jekk għandek bżonn l-għajnuna, mur FamilySearch.org.

Ġesù Kristu jimministra fl-Amerki

Barkiet Imwiegħda

Intom ikollkom l-għajnuna ta’ Alla. Missierna fis-Smewwiet ma jistenniex li intom tagħmlu din il-ħidma weħidkom. Hu jinsab magħkom. Meta b’umiltà intom toffru l-ħin u l-qalb tagħkom, Huwa jagħmel ħwejjeġ meraviljużi permezz tagħkom. Ġesù Kristu huwa l-qawwa tagħkom!

Intom ħa timtlew b’ferħ. Il-ħidma ta’ Alla hija ħidma ta’ ferħ! Hekk kif tieħdu sehem fiha, intom tistgħu tħossu l-ferħ li Huwa jħoss. Immaġinaw il-ferħ li intom se taqsmu ma’ Missierna fis-Smewwiet u ma’ wliedu li intom għintu biex jaslu għandu!

Mistoqsijiet u Tweġibiet

Jista’ Alla verament jużani fil-ħidma tiegħu? Iva! Hemm diversi modi kif nistgħu ngħinu fil-ħidma. Taf tidher li ħaddieħor għandu iktar talent jew huwa ikkwalifikat aktar, iżda Missierkom fis-Smewwiet jara l-potenzjal tagħkom. Huwa takom rigali li intom tistgħu tużaw biex isservu u tiġbru lil uliedu. Huwa tajjeb jekk dawn ir-rigali huma differenti minn dak li għandu ħaddieħor. Fil-fatt, huwa għalhekk li r-rigali tagħkom huma tant prezzjużi. Intom nies meħtieġa!

Ara Mattew 10:39 (jekk titilfu ħajjitkom fis-servizz tas-Salvatur, issibuha); 1 Korintin 12:14–27 (il-membri kollha huma meħtieġa fil-ġisem ta’ Kristu); Filippin 1:6 (kunu kunfidenti li Alla qed jaħdem fikom); Ġakobb 5:72 (il-Mulej tad-dwieli jaħdem magħkom); Doctrine and Covenants 18:15–16 (il-ferħ tagħkom ikun kbir ma’dawk li twasslu għand Kristu); 64:33–34 (ħidma kbira ġejja minn ħwejjeġ żgħar u sempliċi); Moses 1:6 (“Għandi ħidma għalik“); 6:31–34 (Alla jikkwalifika lil dawk li Huwa jsejjaħ, anke jekk iħossuhom inadegwati).

Mistoqsija għar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju

  • Għandek testimonjanza tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu?