Żgħażagħ
10. Ġismek huwa sagru


missier u omm u tarbija

Family Looking Towards the Light, ta’ Lovetta Reyes Cairo. Bil-kortesija ta’ Havenlight.

10.

Ġismek huwa sagru

1 Korintin 6:18–20

Ġisimkom huwa rigal meraviljuż mingħand Missierkom fis-Smewwiet. Li jkollok ġisem jagħtikom qawwa akbar biex teżerċitaw l-libertà tagħkom li tagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin. L-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu jista’ jgħinkom tqisu lil ġisimkom mill-perspettiva ta’ Alla. U dan jagħmel differenza kbira fl-għażliet tagħkom dwar x’għandkom tagħmlu n’ġismkom u kif tieħdu ħsiebu.

Veritjiet Eterni

Ġisimkom huwa fi xbieha ta’ Alla—l-aktar Esseru glorjuż u majestuż fl-univers. L-iskrittura tqabbel ġisimna ma’ tempju mqaddes, post fejn l-Ispirtu jista’ jgħammar. Bla dubju, ġisimkom mhux perfett. Iżda l-esperjenzi li qed ikollkom b’ġisimkom jistgħu jgħinukom tħejju meta xi darba tirċievu ġisem perfett, imqajjem mill-imwiet u gglorifikat.

Ruħkom hija magħmula minn ġisimkom u mill-ispirtu tagħkom. Għal din ir-raġuni, is-saħħa fiżika u s-saħħa spiritwali huma marbutin mill-qrib. Is-Salvatur żvela l-Kelma tal-Għerf biex jgħallem prinċipji dwar kif tieħdu ħsieb ġisimkom u biex iwiegħed barkiet fiżiċi u spiritwali.

Is-sentimenti sesswali huma parti importanti mill-pjan ta’ Alla biex joħloq żwiġijiet kuntenti u familji eterni. Dawn is-sentimenti mhumiex midinbin—huma sagri. Peress li s-sentimenti sesswali huma tant sagri u tant qawwija, Alla takom il-liġi tiegħu tal-kastità biex iħejjikom sabiex tużaw dawn is-sentimenti kif biħsiebu hu. Il-liġi tal-kastità tiddikjara li Alla japprova biss l-attività sesswali bejn raġel u mara li huma miżżewġin. Ħafna nies jinjoraw jew saħansitra jmaqdru l-liġi ta’ Alla, iżda l-Mulej jistedinna biex inkunu dixxipli tiegħu u ngħixu standard ogħla.

Stediniet

Uru rispett lejn ġismek—u lejn ġisem ħaddieħor. Hekk kif tiddeċiedu dwar l-ilbies, l-istil tax-xagħar, u d-dehra tagħkom, staqsu lilkom infuskom, “Qiegħed jiena nonora lil ġismi bħala rigal sagru mingħand Alla?” Missierna fis-Smewwiet iridna naraw lil xulxin kif verament aħna: mhux sempliċiment ġisem fiżiku iżda l-għeżież uliedu b’destin divin. Evitaw l-istili li jenfasizzaw jew iġibu l-attenzjoni mhux xierqa lejn il-ġisem fiżiku tagħkom minflok lejn min intom bħala ulied Alla b’futur etern. Ħallu l-indafa u l-imħabba morali lejn Alla jiggwidaw l-għażliet tagħkom. Fittxu parir mill-familja tagħkom.

Agħmlu ħwejjeġ li jqawwu ġisimkom, mhux ħwejjeġ li jweġġgħuh jew jagħmlulu ħsara. Ħudu gost bil-gratitudni għall-ħafna ħwejjeġ tajbin li pprovdielna Alla. Ftakru li l-alkoħol, it-tabakk, il-kafè, it-te, u drogi u sustanzi oħra li jagħmlu ħsara mhumiex għal ġismkom jew għall-ispirtu tagħkom. Anke sustanzi ta’ għajnuna, bħal drogi b’preskrizzjoni, jistgħu jkunu distruttivi jekk ma jintużawx b’mod korrett.

Żommu s-sess u s-sentimenti sesswali sagri. M’għandhomx ikunu suġġett għad-daħq jew għad-divertiment. Barra miż-żwieġ bejn raġel u mara, hu ħażin li tmiss il-partijiet privati u sagri ta’ persuna oħra anke jekk tkun liebsa l-ħwejjeġ. Fl-għażliet tagħkom dwar x’għandkom tagħmlu, lejn xiex għandkom tħarsu, x’għandkom taqraw u tisimgħu, u dwar xiex għandkom taħsbu, tippostjaw, jew tibagħtu il-messaġġi, evitaw kull ħaġa li intenzjonalment tqajjem emozzjonijiet senswali f’ħaddieħor jew fikom infuskom. Dan jinkludi l-pornografija fi kwalunkwe forma. Jekk issibu li ċerti sitwazzjonijiet jew attivitajiet isaħħu t-tentazzjoni, evitawhom. Intom tafu x’inhuma dawn is-sitwazzjonijiet u attivitajiet. U jekk m’intomx ċerti, l-Ispirtu, il-familja tagħkom, u l-mexxejja tagħkom jistgħu jgħinuk tkun taf. Uru lil Missierkom fis-Smewwiet li intom tonoraw u tirrispettaw il-qawwa sagra li toħloq il-ħajja.

Ġesù Kristu jaħseb u jistrieħ fuq il-bastun tiegħu

Barkiet Imwiegħda

Ir-rispett għalik innifsek u għal ħaddieħor jikber hekk kif inti tonora ġismek permezz tal-imġiba, id-dehra, u l-libsa tiegħek.

Il-Mulej wiegħed teżori kbar ta’ għarfien lil dawk li jżommu l-Kelma tal-Għerf. Ġisem b’saħħtu, ħieles mill-vizzju, iżid ukoll l-abbiltà tagħkom li tirċievu r-rivelazzjoni personali, taħsbu b’mod ċar, u taqdu lill-Mulej.

Li ngħixu l-liġi tal-kastità jwasslilna l-approvazzjoni ta’ Alla u l-qawwa spiritwali personali. Jipproteġi lilek u lill-familja futura tiegħek. Meta inti tkun miżżewweġ, din il-liġi ġġib aktar imħabba, fiduċja, u għaqda fiż-żwieġ tiegħek. Li tobdu din il-liġi jagħmilha possibbli għalikom li tagħmlu progress etern u ssiru aktar bħal Missierkom fis-Smewwiet. Il-kunfidenza tagħkom tikber hekk kif intom tgħixu bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu.

Mistoqsijiet u Tweġibiet

X’inhu l-istandard tal-Mulej fuq il-libsa, il-grooming, it-tatwaġġ, u l-piercings? L-istandard tal-Mulej hu għalikom li tonoraw is-sagru ta’ ġisimkom, anke meta dan ifisser li tkunu differenti minn ħaddieħor. Araw li din il-verità u l-Ispirtu jkunu l-gwida tagħkom hekk kif intom tieħdu ċerti deċiżjonijiet—speċjalment deċiżjonijiet li jħallu effett dejjiem fuq ġisimkom. Kunu għaqlin u fidili, u fittxu parir mingħand il-familja u l-mexxejja tagħkom.

Kif nista’ negħleb it-tentazzjoni u d-drawwiet ħżiena? Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu għandhom il-qawwa li jgħinukom. Imlew ħajjitkom bi ħwejjeġ li jistiednu l-qawwa Tagħhom f’ħajjitkom, bħat-talb, l-istudju tal-iskrittura, u s-servizz lejn ħaddieħor. Duru lejn Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu, u intom issibu li d-dgħjufijiet jistgħu jsiru qawwa. Fittxu l-għajnuna mill-familja, mill-mexxejja, u minn kunsilliera professjonali fdati skont il-ħtieġa. Huma jistgħu jgħinukom terġgħu taħfnu l-kontroll ta’ ħajjitkom. Jaf jieħu ż-żmien, għalhekk kunu paċenzjużi, u qatt taqtgħu qalbkom.

Ninsab attirat lejn nies tal-istess sess tiegħi. Dawn l-istandards kif japplikaw għalija? Li tħoss attrazzjoni lejn nies tal-istess sess mhuwiex dnub. Jekk għandkom dawn is-sentimenti u ma tkomplux jew ma taġixxux skonthom, intom tkunu qed tgħixu l-liġi sagra tal-kastità ta’ Missierna fis-Smewwiet. Intom ulied għeżież ta’ Alla u dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Ftakru li s-Salvatur jifhem dak kollu li tesperjenzaw. Permezz tar-rabta tagħkom tal-patt miegħu, intom issibu l-qawwa li tobdu l-kmandamenti ta’ Alla u tirċievu l-barkiet li huwa jwiegħed. Afdaw fih u fl-evanġelju tiegħu.

Jien ġejt abbużat, u nħoss mistħija dwar dan. Jiena ħati ta’ dnub? Le Li tkun vittma ta’ xi abbuż jew attakk ma jagħmilkomx ħatja ta’ dnub. Is-Salvatur iħobbkom. Huwa l-qawwa tagħkom. Huwa jrid jgħinkom, ifejjaqkom, u jagħtikom il-paċi. Il-kunsilliera professjonali fdati, il-membri tal-familja tagħkom, u l-mexxejja tagħkom jistgħu wkoll jgħinu.

Ara Ġenesi 1:27 (aħna fi xbieha ta’ Alla); Ġwanni 14:18 (is-Salvatur iwiegħed il-faraġ); Filippin 4:7 (il-paċi ta’ Alla tgħaddi l-għarfien); Mosija 2:41 (dawk li jżommu l-kmandamenti ta’ Alla huma mberkin temporalment u spiritwalment); Doctrine and Covenants 88:15 (l-ispirtu u l-ġisem huma r-ruħ); 89 (il-Kelma tal-Għerf); 121:45 (ħsibijiet virtużi jwasslu għal kunfidenza akbar).

Mistoqsijiet ta’ Rakkomandazzjoni tat-Tempju

  • Il-Mulej qal li kollox għandu “jseħħ f’indafa” quddiemu (Doctrine and Covenants 42:41). Tagħmel inti l-almu tiegħek biex tkun moralment nadif fi ħsibijietek u fl-imġiba tiegħek?

  • Inti tobdi l-liġi tal-kastità?

  • Inti tifhem u tobdi l-Kelma tal-Għerf?