Messaġġ mill-Ewwel Presidenza
Għeżież ħuti żgħażagħ,
Aħna nħobbukom u għandna fiduċja fikom. Intom verament fost l-ispirti magħżula ta’ Missierna fis-Smewwiet, mibgħuta fid-dinja f’dan iż-żmien biex tagħmlu ħwejjeġ importanti.
Intom aktar b’saħħtikom u aktar kapaċi milli intom tistgħu tirrealizzaw. U meta tafdaw fis-Salvatur, il-qawwa tagħkom tikber aktar. Huwa hu s-“sodizza taż-żgħażagħ.”
Din il-gwida se tgħinkom biex tibnu sisien sodi ħalli tagħmlu d-deċiżjonijiet biex tibqgħu fit-triq li twassal għall-ħajja ta’ dejjem. Se tgħinkom tħejju ruħkom biex tagħmlu patti sagri fit-tempju, tħejju ruħkom biex isservu missjoni, u ssibu l-ferħ billi timxu wara Ġesù Kristu matul ħajjitkom kollha. Intom għandkom post importanti fil-Knisja tiegħu. Ġesù Kristu jgħinkom twettqu l-għanijiet tiegħu għalikom.
Aħna nafu li Alla jgħix. Hija t-talba tagħna li intom tibqgħu sodi fit-triq tal-patt—it-triq li twassal biex tagħmlu u żżommu l-patti sagri ma’ Alla. Din hi t-triq li twassal lura għand Missierkom fis-Smewwiet. Hekk kif tagħmlu dan, intom tkunu influwenza għat-tajjeb, taqsmu l-evanġelju b’ferħ ma’ ħaddieħor, tiġbru flimkien lil ulied Alla, u tħejju d-dinja għat-Tieni Miġja tas-Salvatur. Ftakru: Ġesù Kristu huwa l-qawwa tagħkom!
L-Ewwel Presidenza