4.
Ġesù Kristu jgħinek
Salm 147:3
Ġesù Kristu huwa l-qawwa tagħkom! Huwa għamel dak kollu neċessarju biex intom ikollkom il-ferħ f’din il-ħajja u għal dejjem. Jekk tagħżlu lilu u l-evanġelju tiegħu, intom tkunu qed tagħżlu l-kuntentizza u l-ferħ etern.
Anke meta tippruvaw tagħmlu l-almu tagħkom biex tagħmlu għażliet tajbin, xi kultant intom tiżbaljaw. Intom tispiċċaw tagħmlu affarijiet li wara tkunu tixtiequ li ma għamiltux. Dan jiġri lil kulħadd. Meta jiġri dan, huwa faċli li tħossukom skoraġġuti jew tibdew tistaqsu lilkom infuskom jekk qatt xi draba se tkunu tajbin biżżejjed. Iżda hemm aħbar tajba—aħbar meraviljuża u mimlija tama! Peress li Alla jħobbkom, Huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, li ħa fuqu dnubietkom ħalli tkunu tistgħu tindmu, tinħafru, u tibqgħu tagħmlu progress.
Veritajiet Eterni
Ġesù Kristu jqawwikom. Huwa jgħinkom sabiex tibdlu ix-xewqatkom, ħsibijietkom, u għemilkom. Meta intom tinkwetaw, tibżgħu jew titqabdu b’xi mod, huwa jfarraġkom. Huwa jgħinekom fl-aspetti kollha ta’ ħajjitkom. Tistgħu tafdaw fih.
L-indiema mhijiex kastig għad-dnub; hija l-mod kif is-Salvatur jeħlisna mid-dnub. Li nindmu jfisser li ninbidlu―li nitbiegħdu mid-dnub u nersqu viċin Alla. Ifisser li ninbidlu għall-aħjar u nirċievu l-maħfra. Din it-tip ta’ bidla mhijiex xi avveniment ta’ darba; hija proċess kontinwu.
Stediniet
Agħmlu lil Ġesù Kristu l-qofol ta’ ħajjitkom. Fittxu l-għajnuna tiegħu f’dak kollu li tagħmlu.
Indmu. Duru lejn il-Mulej b’xewqa li titjiebu. Meta tkunu għamiltu xi ħaġa ħażina, b’onestà ammettuha quddiem Alla u, kif meħtieġ, quddiem l-isqof tagħkom u kull min forsi għamiltulu l-ħsara. Agħmlu l-almu tagħkom biex issewwu l-affarijiet.
Ifirħu fid-don li nagħmlu aħjar u nkunu aħjar. Anke meta ma tkunx faċli u meta din iddum aktar milli tixtiequ, qatt tieqfu tipprovaw. Komplu aħdmu u afdaw fil-Mulej. Hu se jimxi magħkom f’kull pass tat-triq.
Barkiet Imwiegħda
Missierkom fis-Smewwiet jaħfrilkom u jfejjaqkom hekk kif tindmu. Huwa jbiddel il-ħtija tagħkom f’paċi u ferħ. Huwa ma jibqax jiftakar dnubietkom. Ġesù Kristu huwa l-qawwa tagħkom, u bil-qawwa tiegħu, ix-xewqa tagħkom li żżommu l-kmandamenti tiegħu tikber.
Huwa jibdlilkom qalbkom u ħajjitkom. Ftit ftit, intom tikbru u ssiru tixbhuh aktar.
Mistoqsijiet u Tweġibiet
Kif nista’ nkun naf jekk Alla ħafirlix? Alla jwiegħed li Huwa jaħfer lil dawk li jindmu. Meta tħossu l-faraġ mill-Ispirtu, intom tkunu tafu li l-qawwa li tifdi tas-Salvatur qed taħdem f’ħajjitkom.
Meta għandi bżonn l-għajnuna tal-isqof biex nindem? L-isqof tiegħek iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju u għandu doni spiritwali li jgħinuk tindem. Intom tistgħu tfittxu l-għajnuna u l-kunsill tiegħu f’kull ħin. Jekk intom għamiltu żbalji serji, bħall-ksur tal-liġi tal-kastità, iltaqgħu mal-isqof tagħkom. Huwa mhux se jikkundannakom. Huwa rappreżentant ta’ Ġesù Kristu u jgħinkom tkunu tafu kif tindmu u tirċievu kompletament il-fejqan u l-qawwa li ssaħħaħ tas-Salvatur.
Qed nipprova nindem, iżda nibqa’ niżbalja bl-istess mod. X’għandi nagħmel? Taqtgħux qalbkom. Duru lejn Kristu, u poġġu l-fiduċja tagħkom fih. Il-grazzja tiegħu hi biżżejjed. Erġgħu ppruvaw. Intom qatt ma tinsabu weħidkom fl-isforzi tagħkom li timxu ’l quddiem. Ġesù Kristu huwa dejjem magħkom.
Ara Enos 1:6 (il-ħtija tista’ tiġi mnaddfa); Mosija 4:3 (permezz tal-Ispirtu s-Santu, Alla jurikom li intom maħfura); 26:30 (is-Salvatur jaħfer kemm-il darba nindmu); Għeter 12:27 (il-grazzja tas-Salvatur tista’ tqawwi ħwejjeġ dgħajfin); Moroni 6:8 (dawk li jindmu huma maħfura); 10:32 (kunu pperfezzjonati fi Kristu); Doctrine and Covenants 1:32 (il-Mulej jaħfer lil dawk li jindmu); 58:42–43 (l-indiema tinkludi li nistqarru u nċanfru d-dnub).
Mistoqsijiet tar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju
-
Għandek testimonjanza tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u tal-irwol tiegħu bħala s-Salvatur u l-Feddej tiegħek?
-
F’ħajtek hemm xi dnubiet serji li jeħtieġ li tirrisolvihom mal-awtoritajiet tas-saċerdozju bħala parti mill-indiema tiegħek?