Sir Afna
Ġesù Kristu għandu rwol ċentrali fit-twemmin tagħna u f’ħajjitna. Il-missjoni tagħna hi li nistiednu lill-ulied kollha ta’ Alla biex jimxu wara Ġesù u jesperjenzaw il-ferħ li hu possibbli minħabba fih.
Dak li Nemmnu
Sibu l-qawwa hekk kif tħarsu lejn Alla, Ibnu Ġesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu għall-verità.
Ifhmu l-pjan etern ta’ Alla għalikom u kif tistgħu tkunu mal-familja tagħkom għal dejjem minħabba Ġesù Kristu.
Min Aħna
Imwaqqfa fl-1830
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien twaqqfet formalment fl-1830 ġewwa Fayette, New York, b’Joseph Smith bħala l-ewwel President tal-Knisja.
Komunità Dinjija
Il-Knisja kibret minn bidu umli għal komunità globali ta’ 17-il miljun fidili magħqudin biex jimxu wara Ġesù Kristu.
Imexxija minn Rivelazzjoni
Aħna parti mill-Knisja rrestawrata ta’ Ġesù Kristu, immexxija mis-Salvatur permezz tal-profeta ispirat divin tiegħu.
Mistoqsijiet Komuni
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?
Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma Kristjani?
Iva! Aħna nemmnu li Ġesù Kristu huwa Iben Alla u s-Salvatur tad-dinja, u nagħmlu li nistgħu biex nimxu warajh. Bħal ħafna denominazzjonijiet Kristjani, id-dettalji tat-twemmin tagħna tvarja xi ftit minn dawk ta’ għajrna. Iżda aħna dixxipli devoti ta’ Kristu u t-tagħlim tiegħu. Il-partijiet uniċi u sbieħ tat-teoloġija tagħna jgħinu biex jitkabbar l-għarfien tagħna ta’ Ġesù u l-evanġelju tiegħu.
Temmnu fil-Bibbja?
Temmnu fil-Bibbja?
Iva! Aħna nemmnu li l-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla. Aħna regolarment nistudjawha fi djarna u fil-knisja, u nippruvaw ngħixu permezz tat-tagħlim tagħha. Aħna nemmnu li t-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid jaħdmu flimkien mal-Ktieb ta’ Mormon, li huwa testment ieħor ta’ Ġesù Kristu, biex jaġixxi bħala xhieda ta’ Ġesù u jagħtina għarfien aktar komplut tal-pjan ta’ Alla.
X’jiġri fit-tempji?
X’jiġri fit-tempji?
It-tempji huma differenti mill-knejjes li ikollna servizzi ta’ qima kull nhar ta’ Ħadd. Huma l-aktar postijiet qaddisa tagħna, iddedikati għall-aktar ħidma sagra ta’ Alla. Il-ħwejjeġ li nagħmlu fit-tempju kollha jiffukaw fuq il-wegħda li nistgħu ngħixu ma’ Alla u mal-maħbubin tagħna għall-eternità. Fit-tempju, aħna nikkommettu ruħna b’mod aktar sħiħ li nimxu wara Ġesù Kristu. Aħna nagħmlu wegħdiet ma’ Alla, bħall-wegħda li nżommu l-kmandamenti tiegħu u li niddedikaw lilna nfusna u dak kollu li għandna lilu. Irġiel u nisa miżżewġin u ġenituri u wlied huma magħqudin flimkien, jew “issiġillati“ ma’ xulxin, għall-eternità. U aħna nwettqu l-istess ħidma għall-antenati tagħna, nagħtuhom l-opportunità li jaċċettaw dawk il-barkiet fil-ħajja li jmiss jekk huma jagħżlu.
Xi ħadd bħali jkun milqugħa fil-knisja?
Xi ħadd bħali jkun milqugħa fil-knisja?
M’hemmx dubju! Aħna nemmnu li aħna lkoll ulied Alla u l-barkiet imwiegħda tiegħu huma disponibbli għalina lkoll hekk kif nagħmlu li nistgħu biex nimxu wara l-kelma tiegħu, irrispettivament mill-karatteristiċi tagħna jew mill-passat tagħna. Il-Knisja hija post fejn kulħadd jitgħallem u jikber. Jista’ jkun li inti għandek ċertu sterjotip f’moħħok li ma tħossokx li huwa post għalik, iżda l-verità hija li l-membri tagħna ġejjin minn kull tip ta’ sfond u interessi. Ejja żurna, u taf tissorprendi ruħek b’min issib bilqiegħda ħdejk.
Agħti Qima Magħna
Aħna lkoll nistgħu nsiru nies aħjar permezz ta’ Ġesù hekk kif nitgħallmu u nservu flimkien fil-Knisja tiegħu. Ejjew u araw xi jfisser li tqimu magħna f’jum il-Ħadd li ġej.