Ħajtek Għandha Għan u Tifsira

Il-ħajja fid-dinja ma seħħetx b’aċċident. Intom ulied Alla u tinsabu hawn bħala parti mill-pjan ta’ ferħ tiegħu.
Find Answers Through Jesus

Hemm Raġuni Għala Tinsab Hawn

Qatt staqsejtu lilkom infuskom għalfejn tinsabu hawn?

Aħna nemmnu li lkoll kemm aħna eżistejna qabel ma ġiet maħluqa d-dinja u li aħna għexna ma’ Alla bħala wliedu fil-forma ta’ spirtu. Missierna fis-Smewwiet bagħat lil kull wieħed u waħda minna hawn ħalli nkunu nistgħu nirċievu ġisem, nitgħallmu, u nikbru biex insiru aktar bħalu. Hekk kif nimxu wara l-pjan ta’ Alla, aħna nistgħu nerġgħu lura biex ngħixu fil-preżenza tiegħu.

Jekk qatt ħassejt li għandek għan akbar minn sempliċiment li teżisti, għandek raġun. Inti tista’ ssib l-għan tiegħek billi ddur lejn Alla.
A mother stands and comforts her son in their home

Alla Jridek Tkun Ferħan

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jwiegħed il-paċi, il-qawwa, u l-ferħ lil dawk li jimxu wara l-kmandamenti ta’ Alla u jitgħammdu fil-Knisja ta’ Kristu.
Adam waqa’ biex jiġu fis‑seħħ il‑bnedmin; u l‑bnedmin ġew fis‑seħħ biex ikunu jistgħu jgawdu l‑hena
Iżda l-hena kif tista’ tkun l-għan tagħna meta l-ħajja hiija mimlija tant tbatija? It-tweġiba hi Ġesù Kristu.

Permezz ta’ Ġesù Kristu, aħna nistgħu nsibu l-faraġ fin-niket tagħna u nissaħħu permezz tad-diffikultajiet. Aħna nistgħu nħossu l-gratitudni għall-ħafna ħwejjeġ sbieħ li hemm biex ingawdu f’din id-dinja. Aħna nistgħu ntejbu r-relazzjonijiet ma’ dawk li nħobbu billi ngħixu l-prinċipji li Huwa għallem fil-Bibbja: kompassjoni, servizz, maħfra, u mħabba.

Billi pprovdielna Salvatur, Alla ħoloq triq għal uliedu kollha biex isibu l-hena.
South Africa.  Braai (or barbecue).  Two women standing outside near a gate.

Il-Ħajja Hija Żmien biex Nitgħallmu u Nikbru

Meta tkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, jaf jgħin li tiftakru li l-pjan ta’ Alla għalikom imur lilhinn mill-ħajja mortali tagħkom. Hekk kif tagħmlu l-almu tagħkom biex timxu warajh, dak kollu li intom tesperjenzaw xi darba se jiġi rranġat permezz ta’ Ġesù Kristu. Il-Bibbja twiegħed li Alla “jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom; ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed” (Apokalissi 21:4).
An elderly man stands outside in Brazil while his wife kisses his cheek.
Il-ħajja tinkludi esperjenzi diffiċli għaliex fil-pjan ta’ Alla, l-isfidi li niffaċċjaw jistgħu jkunu għall-benefiċċju u t-tkabbir tagħna. Din it-tbatija tista’ tgħinna niksbu kwalitajiet bħal:
  • Qawwa. L-istess bħall-eżerċizzju fiżiku jista’ jsaħħaħna fiżikament, ir-reżistenza li niffaċċjaw tul ħajjitna tista’ tqawwina spiritwalment, mentalment, u emozzjonalment. Din il-qawwa tista’ tgħinna nifilħu għall-maltempati tal-ħajja.
  • Empatija. Meta intom tgħaddu minn ċerti sfidi, l-empatija tagħkom tikber. U meta tużaw l-esperjenza tagħkom biex tgħinu lil ħaddieħor f’ċirkustanzi simili, intom tkunu qed tgħinu biex titwettaq il-ħidma ta’ Alla fid-dinja.
  • Sabar. Meta tant ma jaqax taħt ikontroll tagħna, inkluż l-għemejjel ta’ ħaddieħor, aħna nistgħu “nittamaw fil-Mulej” (Salm 27:14). Aħna nistgħu nemmnu li kull ħaġa li nsofru b’mod inġust ultimament se tiġi rranġata permezz ta’ Ġesù Kristu.

Inti Tista’ Tinbidel

Young women in Thailand pick berries off a bush.  They are laughing and enjoying themselves.
Alla minn dejjem kien jaf li inti tagħmel l-iżbalji u tkun teħtieġ l-għajnuna biex tegħleb in-niket u d-dnub. Bħala parti mill-pjan ta’ Alla, Huwa pprovdielna Salvatur u Feddej, Ġesù Kristu, biex ibati u jmut għalik u għal kull persuna li qatt għexet. Minħabba s-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu, intom tistgħu ssibu l-maħfra u l-fejqan.

Bl-għajnuna tas-Salvatur, inti tista’ tegħleb id-dnub, id-dgħjufijiet, il-vizzji ħżiena, u l-vizzji li jżommuk lura. Int tista’ ssir aktarbniedem aktar karitevoli milli kont, bniedem li kapaċi taħfer iktar, iktar umli, u iktar paċenzjuż. Hekk kif issir tixbah aktar lil Kristu, int ikollok xewqa akbar li tkompli miexi fit-triq li twassalek biex terġa’ lura tgħix ma’ Alla.

Tgħallem Aktar dwar il-Pjan ta’ Alla

Alla għandu pjan għalik. Tgħallem mal-missjunarji dwar l-għan tal-ħajja fi żjara onlajn jew fiżika.