Il-Familji Jistgħu Jkunu Flimkien Għal Dejjem

Ir-rabta tal-familja li tifforma f’din il-ħajja tista’ tkomopli lil hinn mill-mewt. Li ssaħħu r-relazzjoni tagħkom ma’ Alla tista’ twassalkom għal relazzjonijiet aktar b’saħħithom mal-familja tagħkom.
A family enjoys their time together as they walk down a sidewalk.

Il-Familji Huma Ċentrali għall-Pjan ta’ Alla

Bħala Missierkom fis-Smewwiet li tant iħobbkom, Alla jridkom titgħallmu u tikbru fil-ħajja. Il-familji għandhom rwol kruċjali f’dak it-tkabbir. Aħna nemmnu:
  • Il-familji huma element ewlieni fil-bini ta’ soċjetà b’saħħitha.
  • Id-dar tista’ tkun post fejn inħossu fina s-sapport, is-sigurtà, u l-imħabba.
  • Li nikkollegaw ruħna ma’ Alla jgħin biex jinħolqu familji b’saħħithom fejn jintlaħqu l-bżonnijiet spiritwali, emozzjonali, u fiżiċi.

Tista’ Tkun mal-Familja Tiegħek Għal Dejjem

Jekk il-familja tagħkom hija sors kbir ta’ mħabba u ferħ f’ħajjitkom, jaf ikun diffiċli timmaġinaw is-smewwiet mingħajr relazzjonijiet ma’ dawk in-nies. Parti mill-aħbar it-tajba tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu hi li l-familji jistgħu jkunu flimkien għal dejjem.

Fil-Bibbja, Ġesù ta lit-Tnax-il Appostlu l-awtorità tas-saċerdozju, u wiegħed li “kull ma torbtu fid-dinja se jintrabat fis-smewwiet” (Mattew 18:18). Dik l-istess awtorità minn Alla tgħaqqad—jew tissiġilla—irġiel u nisa miżżewġa u ġenituri u wlied flimkien għall-eternità.

Family life in Hong Kong.  Images include: Family at ocean, laughing together, reading, praying, playing games etc.
Iċ-ċerimonji taż-żwieġ jitwettqu fit-tempji permezz ta’ din l-istess awtorità bil-wegħda li ż-żwiġijiet ta’ dawk li huma fidili lejn Alla u lejn xulxin jistgħu jibqgħu għall-eternità minflok ma jintemmu mal-mewt.

Aħna nwettqu dawn l-istess ċerimonji tas-siġill f’isem l-antenati tagħna, li aħna nemmnu li jistgħu jagħżlu li jaċċettaw jew jiċħdu s-siġilli.

Ir-relazzjonijiet u ċ-ċirkustanzi tal-familja jistgħu jkunu kkumplikati, u ma nafux eżattament kif kollox se jseħħ fil-ħajja li jmiss. Iżda aħna għandna l-fidi fl-għerf u l-imħabba perfetti ta’ Alla, u nemmnu li s-smewwiet se jkun post ta’ ferħ inimmaġinabbli.

Tista’ Ssib Għajnuna biex Issaħħaħ il-Familja Tiegħek

Julie Hillyard On Family
Julie Hillyard dwar ir-relazzjonijiet fil-familja
Insibu l-Ferħ f’Familja Li tidher Differenti
Hemm ċans kbir li r-relazzjonijiet kollha mħabba fil-familja jintlaħqu meta jkunu bbażati fuq il-prinċipji li għallem Ġesù Kristu, bħal:
  • Il-karità
  • Il-maħfra
  • L-onestà
  • Il-Gratitudni
  • It-talb
  • Inqimu flimkien
Hekk kif il-familja tagħkom tersaq aktar viċin ta’ Alla permezz ta’ dawn id-drawwiet, intom tersqu aktar viċin xulxin.

Peress li aħna nemmnu li l-familji huma daqstant importanti f’din il-ħajja u f’li jmiss, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien taħdem ħafna biex tissapportja relazzjonijiet familjari b’saħħithom. Dawn huma xi ftit modi kif tistgħu ssibu s-sapport għall-familja tagħkom.

Riżorsi tal-Knisja għall-Familji

Il-Knisja toffri riżorsi għall-individwi u l-familji biex jużawhom waqt li jistudjaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Dawn ir-riżorsi ta’ studju jipprovdulkom opportunitajiet biex tapplikaw dak li titgħallmu u tkabbru l-fidi tagħkom. Il-prinċipji jiġu rrinforzati kull ġimgħa fil-knisja.

Aċċessaw il-pjanijiet ta’ studju, imsejħin Ejja, Imxi Warajja.
Il-programmi taż-żgħażagħ tal-Knisja jissapportjaw lill-ġenituri biex jgħallmu valuri kristjani lil uliedhom, u jagħtu ċ-ċans li ż-żgħażagħ jagħmlu kuntatt ma’ oħrajn li jaqsmu l-istess valuri. Xi wħud mill-opportunitajiet għaż-żgħażagħ jinkludu:
  • Klassijiet tar-reliġjon
  • Attivitajiet ta’ kull ġimgħa tal-grupp taż-żgħażagħ
  • Proġetti ta’ servizz
  • Żfin
  • Kampijiet tas-sajf
  • Konferenzi
Il-lejla d-dar hija tradizzjoni fejn il-familji huma mħeġġin li jiddedikaw lejla waħda fil-ġimgħa biex iqattgħu ħin flimkien. Dan jista’ jfisser li tistudja l-evanġelju, tilgħab il-logħob, tgawdi l-ikel, u tipparteċipa f’attivitajiet oħra li jibnu l-għaqda. L-affarjiet li jagħmlu lilll-familja tiegħek l-aktar kuntenta! L-aktar ħaġa importanti hi li l-ħin tal-familja ta’ kwalità jkun prijorità. Dan jaf ikun ukoll żmien biex ninġabru flimkien ma’ ħbieb, ġirien, u membri tal-kongregazzjoni tagħkom.
Il-membri tal-Knisja huma assenjati biex jimministraw lil xi ftit nies li jinsabu fil-kongregazzjonijiet tagħhom. Meta aħna nimministraw lil ħaddieħor, aħna nippruvaw naqduhom kif iridna nagħmlu s-Salvatur. Dan jiżgura li l-membri kollha tal-kongregazzjoni jkollhom lil xi ħadd iħares lejhom u lil xi ħadd li huma jistgħu jduru lejh jekk ikollhom bżonn xi ħaġa. Per eżempju, xi ħadd minn ħutba li jimministraw jafu joffru t-trasport tagħhom lejn il-knisja, jirranġaw biex l-ikliet jinġiebu f’idejhom meta xi familja għandha tarbija ġdida, jew sempliċiment tkun wiċċ ta’ ħbiberija fil-knisja.
Jekk il-familji jew l-individwi jsibuha diffiċli jipprovdu għall-bżonnijiet tagħhom, il-programm tal-welfer tal-Knisja jista’ jgħin f’riżorsi bħal ma huma l-prodotti tal-ikel. Is-servizzi tal-impjieg tal-Knisja jistgħu jassistu lin-nies biex isibu impjieg ġdid jew itejbu l-ħiliet tagħhom li jfittxu x-xogħol. Aħna noffru klassijiet sponsorjati mill-Knisja, li huma miftuħin għal kulħadd, dwar il-finanzi personali, ir-reżiljenza emozzjonali, u l-bidu ta’ negozju.
Kull individwu huwa parti mill-familja tal-ġenituri tagħna tas-smewwiet. Mhux kull min imur il-knisja jgħix mal-familja, iżda kulħadd jista’ jsib sapport spiritwali u komunità fil-knisja. L-adulti single jistgħu jagħżlu li jqimu f’kongregazzjoni li tinkludi l-familji u t-tfal—jew, f’xi nħawi tad-dinja, huma jistgħu jattendu kongregazzjoni speċifikament għall-adulti single fl-età tagħhom. Li nattendu l-klassijiet tar-reliġjon u l-attivitajiet soċjali speċifiċi għall-adulti single jistgħu jipprovdu opportunitajiet uniċi għall-ħbiberija u l-iżvilupp spiritwali.

Ejjew Nitkellmu dwar il-Familja

Il-Knisja tista’ tgħinek issaħħaħ il-familja tiegħek u tippreserva relazzjonijiet prezzjużi għall-eternità. Tista’ titgħallem aktar billi titkellem mal-missjunarji onlajn jew fiżikament.