Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu Hija Rrestawrata
Kulħadd jista’ jgawdi l-barkiet tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu fid-dinja llum.
Ġesù Jwaqqaf il-Knisja Tiegħu
- Parti ewlenija mill-ministeru fid-dinja ta’ Ġesù Kristu kienet l-organizzazzjoni tal-Knisja tiegħu.
- Huwa sejjaħ it-Tnax-il Appostlu biex jgħallmu u jxerrdu l-evanġelju.
- Huwa ta lill-Appostli l-awtorità li jaġixxu f’isem Alla, li hu magħruf bħala s-saċerdozju (ara
Mattew 10:1-10 ).
- Wara li Ġesù ġie msallab, l-Appostli tiegħu ffaċċjaw dissenti u persekuzzjoni, f’xi każijiet wasslu għall-mewt tagħhom.
- Xi nies użaw ir-reliġjon ħażin biex jippruvaw iżidu l-qawwa tagħhom stess jew inqasmu f’setet ġodda li kienu jinterpretaw ħażin it-tagħlim tas-Salvatur.
- Maż-żmien, is-saċerdozju ttieħed mid-dinja u ntilfu bosta veritajiet importanti.
- Fis-seklu sittax, nies bħal Martin Luther u John Calvin għarfu l-istat inkomplet tal-Kristjanità u ppruvaw jirriformaw il-knejjes eżistenti.
- Ħafna reliġjonijiet ġodda ġew organizzati biex b’sinċerità jimxu wara Ġesù Kristu u t-tagħlim oriġinali tiegħu.
- Sfortunatament, dawn ir-reliġjonijiet xorta waħda ma kellhomx l-awtorità tas-saċerdozju mingħand Alla biex iwettqu ordinanzi bħall-magħmudija jew is-sagrament tal-Ikla tal-Mulej.
Minkejja l-isforzi li saru waqt ir-Riforma Protestanta, kien hemm bżonn ta’ restawrazzjoni sħiħa, immexxija minn profeta magħżul minn Alla.
Iż-żmien għal dik ir-restawrazzjoni wasal fl-1820 meta tifel ta’ 14-il sena jismu Joseph Smith beda jħoss, fi kliemu, “taħwid kbir” dwar il-benesseri ta’ ruħu u liema knisja kellu jingħaqad magħha (Joseph Smith—History 1:8 ).
Jum fost l-oħrajn, waqt li kien qed jistudja l-Bibbja, Joseph qara, “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu” (Ġakbu 1:5).
Din l-iskrittura kellha effett qawwi fuq Joseph, u wasslitu biex isib masġar sieket ta’ siġar fejn talab b’qalbu kollha għad-direzzjoni ta’ Alla. Huwa kiteb dan ir-rakkont dwar dak li ġara wara:
Iż-żmien għal dik ir-restawrazzjoni wasal fl-1820 meta tifel ta’ 14-il sena jismu Joseph Smith beda jħoss, fi kliemu, “taħwid kbir” dwar il-benesseri ta’ ruħu u liema knisja kellu jingħaqad magħha (
Jum fost l-oħrajn, waqt li kien qed jistudja l-Bibbja, Joseph qara, “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu” (Ġakbu 1:5).
Din l-iskrittura kellha effett qawwi fuq Joseph, u wasslitu biex isib masġar sieket ta’ siġar fejn talab b’qalbu kollha għad-direzzjoni ta’ Alla. Huwa kiteb dan ir-rakkont dwar dak li ġara wara:
“Rajt kolonna ta’ dawl wieqfa eżatt fuq rasi, tiddi aktar mill-qawwa tax-xemx, u bdiet nieżla ’l isfel sakemm niżlet fuqi. … Meta d-dawl waqaf madwari jiena rajt żewġ Personaġġi, li d-dija u l-glorja tagħhom ma tistax tiddeskriviha, weqfin fuqi fl-arja. Wieħed minnhom kellimni, sejjaħli b’ismi u, filwaqt li wera b’idu lill-ieħor, qal—Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu! (Joseph Smith—History 1:16–17 ).
Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu dehru lil Joseph Smith dak inhar, fejn qalulu li dnubietu kienu ġew maħfura u li ma kellu jingħaqad ma’ l-ebda waħda mill-knejjes. Minflok, Joseph kien ġie magħżul bħala l-profeta ta’ Alla li kien se jirrestawra l-vera Knisja ta’ Ġesù Kristu fid-dinja.
Il-Knisja Rrestawrata
Permezz Joseph Smith, Ġesù Kristu rrestawra l-istess Knisja li Huwa waqqaf fi żminijiet tal-qedem, li kien ifisser:
Il-Knisja ġiet imwiegħda mill-ġdid permezz ta’profeta u Tnax-il Appostlu .
Ktieb ta’ Mormon , li huwa testment ieħor ta’ Ġesù Kristu. Dan il-ktieb ta’ skrittura nkiteb minn profeti fl-Ameriki tal-qedem, u Joseph ittraduċa l-ktieb permezz ta’ ispirazzjoni divina.
Permezz tal-Ktieb ta’ Mormon ur-rivelazzjoni ta’ żmienna mingħand Alla , ġew żvelati veritajiet importanti dwar il-pjan ta’ Alla għalina u l-għan tagħna fid-dinja. Dawn ir-rivelazzjonijiet jinkludu:
Il-Knisja ġiet imwiegħda mill-ġdid permezz ta’
- Id-dixxipli ta’ Kristu jistgħu jitgħammdu fil-Knisja tiegħu b’awtorità xierqa tas-saċerdozju mingħand Alla u jingħataw id-don tal-Ispirtu s-Santu.
- Ċerti ċerimonji reliġjużi importanti magħrufa bħala ordinanzi tas-saċerdozju ġew irrestawrati fid-dinja, fosthom il-qawwa li tgħaqqad il-familji flimkien għal żmien u għall-eternità kollha.
Permezz tal-Ktieb ta’ Mormon u
- Għarfien akbar tal-irwol ta’ Ġesù Kristu.
- L-għarfien li konna ngħixu ma’ Alla qabel ma ġejna fid-dinja.
- L-għarfien li aħna ninsabu hawn biex insiru nixbhu aktar lil Missierna fis-Smewwiet u nerġgħu lura biex ngħixu miegħu mill-ġdid.
- Ir-riassigurazzjoni li aħna nistgħu
ngħixu flimkien bħala familji għal dejjem.
Illum, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tkompli tiġi mmexxija minn profeta u Appostli ħajjin. It-tagħlim tagħhom għal dawn l-“aħħar żminijiet” jinkludi li aħna nżidu l-attenzjoni tagħna fuq is-Salvatur, li nieħdu ħsieb il-foqra, intemmu l-kunflitt personali f’ħajjitna, u nsaħħu l-familji. Grazzi għall-gwida profetika u l-għerf profetiku tagħhom, miljuni ta’ nies madwar id-dinja jistgħu jesperjenzaw il-barkiet tal-Knisja rrestawrata ta’ Ġesù Kristu.