Skrittura
Duttrina u Patti 92


Sezzjoni 92

Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il-Profeta, f’Kirtland, Ohio, nhar il-15 ta’ Marzu, 1833. Ir-rivelazzjoni tagħti struzzjonijiet lil Frederick G. Williams, li kien għadu kif inħatar bħala kunsillier għal Joseph Smith, dwar id-dmirijiet tiegħu fl-Azjenda Unita (ara l-intestaturi għal sezzjonijiet 78 u 82).

1–2, Il-Mulej jagħti kmandament relatat mad-dħul fl-ordni unita.

1 Tassew, dan jgħid il-Mulej, jiena nagħti lill-ordni unita, li ġiet organizzata skont ordni li ngħatat qabel, rivelazzjoni u kmandament li jikkonċernaw lill-qaddej tiegħi Frederick G. Williams, biex intom tilqgħuh ġewwa l-ordni. Dak li ngħid lil wieħed ngħidu għal kulħadd.

2 U għal darb’oħra, jiena ngħidlek O qaddej tiegħi Frederick G. Williams, li inti għandek tkun membru attiv f’din l-ordni; u diment li tibqa’ fidil fil-ħarsien tal-kmandamenti li ngħatajt qabel, hieni tkun inti għal dejjem. Ammen.