Sezzjoni 91
Rivelazzjoni mogħtija permezz ta’ Joseph Smith il-Profeta, f’Kirtland, Ohio, nhar id-9 ta’ Marzu, 1833. F’dan iż-żmien il-Profeta kien għaddej jittraduċi t-Testment il-Qadim. Hekk kif wasal f’dik il-parti tal-kitba antika li tissejjaħ l-Apokrifi, huwa staqsa lill-Mulej dwarha u ngħata din l-istruzzjoni.
1–3, L-Apokrifi huma fil-parti l-kbira tagħhom tradotti b’mod tajjeb iżda fihom bosta interpolazzjonijiet miżjuda mill-bnedmin li mhumiex vera; 4–6, Huma ta’ benefiċċju għal min hu mdawwal bl-Ispirtu.
1 Tassew, dan hu li jgħidilkom il-Mulej dwar l-Apokrifi—Fihom hemm bosta ħwejjeġ li huma vera, u fil-parti l-kbira tagħhom huma tradotti b’mod tajjeb;
2 Fihom hemm bosta ħwejjeġ li mhumiex vera, li huma interpolazzjonijiet miżjuda mill-bnedmin.
3 Tassew ngħidilkom, li l-Apokrifi m’hemmx għalfejn jiġu tradotti.
4 Għalhekk, ħa jifhem min jaqrahom, għax il-verità tiġi żvelata lilu permezz tal-Ispirtu;
5 U min hu mdawwal bl-Ispirtu jista’ jibbenefika minnhom;
6 U min mhuwiex imdawwal bl-Ispirtu, ma jista’ jibbenefika xejn. Għalhekk m’hemmx għalfejn jiġu tradotti. Ammen.