Sezzjoni 40
Rivelazzjoni mogħtija lil Joseph Smith il‑Profeta u Sidney Rigdon, ġo Fayette, New York, nhar is‑6 ta’ Jannar, 1831. Immedjatament qabel ma nkitbet din ir‑rivelazzjoni, l‑istorja tal‑Profeta tiddikjara, “Peress li James [Covel] ma laqgħax il‑kelma tal‑Mulej, u reġa’ lura għall‑prinċipji li kien iħaddan qabel u għan‑nies li kien jagħmilha magħhom qabel, il‑Mulej ta lili u lil Sidney Rigdon ir‑rivelazzjoni li ġejja” (ara sezzjoni 39).
1–3, Il‑biża’ mill‑persekuzzjoni u l‑inkwiet żejjed għall‑ħwejjeġ tad‑dinja jwasslu lill‑bniedem biex ma jaċċettax l‑evanġelju.
1 Araw, tassew, ngħidilkom, li qalb James Covel tinsab fil‑post it‑tajjeb f’għajnejja, għax huwa għamel patt miegħi li huwa lest li jobdi kelmti.
2 U huwa laqa’ b’ferħ il‑kelma, iżda Satana beda jġarrbu minnufih; u l‑biża’ mill‑persekuzzjoni u l‑inkwiet żejjed għall‑ħwejjeġ tad‑dinja wassluh biex ma jaċċettax il‑kelma.
3 Għalhekk huwa kiser il‑patt tiegħi, u issa f’idejja biex jien nagħmel minnu kif jidhirli jien. Ammen.