Inizjattivi tal-Knisja jindirizzaw skarsezzi u rati ta’ mortalità
Kull 7 ta’ April, il-Jum Dinji tas-Saħħa jfakkarna li s-saħħa hija s-sisien ta’ familji u komunitajiet li qed jifjorixxu. Din is-sena, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qiegħda mill-ġdid turi l-impenn tagħha permezz ta’ proġetti umanitarji madwar l-Ewropa u lilhinn minnha.
Fl-Albanija sptarijiet tal-maternità ġew wiċċ imb wiċċ ma’ skarsezzi ta’ tagħmir li jista’ jsalva l-ħajja, u r-riżorsi limitati tal-gvern qiegħdu f’riskju l-kura tal-ommijiet u tat-trabi. Il-Knisja għamlet donazzjonijiet ta’ tagħmir essenzjali—inkluż żewġ magni tas-CPAP, moniters tal-pazjenti, 12 il-kappell tal-ossiġinu, u magna tal-ekografija—u ffinanzjat taħriġ għall-impjegati, u hekk bbenefikat iktar minn 34,000 individwu kull sena. Wieħed mill-organizzaturi esprima l-gratitudni tiegħu, filwaqt li semma kif l-inzjattiva “se twassal lill-klijenti faċilitajiet ta’ kwalità u privatezza.”
Il-Montenegro ukoll laħaq mira important fil-kura tas-saħħa tal-mara. F’żewġ sptarijiet ewlenin il-Knisja pprovdiet magni diġitali ta’ mammografija, u hekk indirizzat wieħed mill-ogħla rati ta’ mortalità f’dak li huwa kanċer tas-sider mad-dinja kollha. Il-Ministru tas-Saħħa, Vojislav Šimun, faħħar id-donazzjoni bħala “pass sinifikattiv biex intejbu l-kura tas-saħħar tal-mara fil-Montenegro,” billi żdiedet il-possibilità li l-mard jiġi ttraċċat minn qabel u hekk eluf ta’ nisa ngħataw tama ġdida.
Fil-Moldova, il-programm REACH b’appoġġ mill-Knisja u l-Proġett HOPE ipprovda tliet units mediċi mobbli u għodod ta’ dijanjosi lil komunitajiet li jbatu minn nuqqas ta’ servizz. Dawn il-units ipprovdew iktar minn 1,200 konsulti dwar kura medika u dik mentali filwaqt li fl-istess waqt ħarreġ ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa. “Permezz ta’ din id-donazzjoni, qed nimmiraw li nappoġġjaw l-isforzi ta’ tobba tal-familja u ċentri lokali tas-saħħa,” qalet Ana-Maria Bubuioc.
Dawn l-isforzi rriflettew gwida prinċipali: is-saħħa hija temporali u spiritwali. Il-President Russell M. Nelson għallem, “Inħeġġiġkom li tieħdu passi biex tkunu mħejjijin temporalment. Imma jien ninsab iktar konċernat dwar it-tħejjija tagħkom spiritwali u emozzjonali.” Il-Knisja tħallat il-kompetenza professjonali mal-ħniena Kristjana biex tbierek il-ħajja tan-nies.
Għall-membri tal-Knisja u segwaċi oħra ta’ Ġesù Kristu, il-promozzjoni tas-saħħa hija att ta’ dixxipulat. Permezz ta’ donazzjonijiet, servizz, u drawwiet personali — saħansitra li nipprovdu ikla jew li nitgħallmu dwar inizjattivi lokali — ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza. Flimkien, aħna nimxu wara l-eżempju tas-Salvatur, u hekk inġibu t-tama u l-fejqan lil ulied Alla.