Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ , Frar 2025
Għajnuna minn Sors Perfett
Irrispettivament kontra xiex qed titħabat, Ġesù Kristu jgħinek hekk kif inti iddur lejh.
The Pattern, ta’ Jeanette Bourup
F’xi ħin jew ieħor aħna lkoll neħtieġu xi ftit għajnuna. Xi kultant ħafna għajnuna. Il-verità hi, il-ħajja normalment tiżvolġi ferm aħjar meta li int ma twebbisx rasek li tagħmel kollox waħdek.
Ġesù Kristu huwa s-sors perfett tagħkom ta’ għajnuna, tama, u qawwa. Huwa jista’ jgħin ukoll biex jibdilkom għall-aħjar—forsi anke b’modi li ma ħsibtux li kien possibbli.
Bidla fil-Qalb
Qatt tlabt li Alla biex irattab il-qlub tal-għedewwa tiegħek? Jekk iva, inti tinsab f’kumpanija tajba (ara 3 Nefi 12:44; Moroni 7:48). Anke jekk int m’għandkx għedewwa f’dak l-istess sens sens tal-Ktieb ta’ Mormon (jiġifieri, għedewwa armati b’armi u lesti biex jattakkaw), probabbilment tlabt li Alla jrattab qalb xi ħadd li ma kienx qed jittrattak b’mod ġenn.
Iżda qatt ħsibt li titlob u ssaqsi lil Alla biex irattablek qalbek ? Jista’ jkun li qed ssibha diffiċli li taħfer lil xi ħadd. Jew tibqa’ titlef it-tempra tiegħek, avolja ma tridx. Jew trid tħoss fik aktar tjubija lejn ħutek minkejja l-fatt li xi kultant huma jdejquk.
“[Ġesù Kristu] jibdel qalbek u ħajtek. Ftit ftit, int tikber u ssir tixbhu aktar. Il-konnessjoni tal-patt tiegħek miegħu twasslek biex ikollok aċċess akbar għall-qawwa tiegħu” (For the Strength of Youth: A Guide for Making Choices [2022], 8, enfażi miżjuda).
Mhijiex wegħda kbira dik? Irrispettivament ta’ x’qed issib diffiċli, anki jekk saħansitra qalbek stess, Ġesù Kristu jista’ jgħinek. Kif tista’ ddur lejh illum?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, February 2025. Maltese. 19621 159