2025
Patti, Qawwa, u Wegħdiet
Ottubru 2025 Liahona


“Patti, Qawwa, u Wegħdiet,” Liahona, Ott. 2025.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Ottubru 2025

Patti, Qawwa, u Wegħdiet

It-tempju huwa fil-qofol tal-qawwa u l-protezzjoni mwiegħda lill-fidili qabel it-Tieni Miġja tal-Mulej Ġesù Kristu.

illustrazzjoni li turi lil Joseph Smith quddiem it-Tempju ta’ Kirtland

Illustrazzjoni li turi lil Joseph Smith ta’ Dan Burr

F’Mejju 1833, ir-raba’ bużnannu tiegħi Asahel Perry u xi ħbieb tiegħu vvjaġġaw mit-tramuntana ta’ New York sa Kirtland, Ohio. Huma ma kinux membri tal-Knisja li kienet għadha kif ġiet irrestawrata, iżda riedu jiltaqgħu mal-Profeta Joseph Smith. Huma waslu fil-ħin biex jattendu l-ewwel kunsill li kien qed isir biex jiddiskuti l-bini tat-Tempju ta’ Kirtland.

Wara l-bidu tal-kunsill, il-Profeta ppreżenta l-proġett tal-bini tat-tempju. Imbagħad huwa talab lil dawk preżenti biex jesprimu s-sentimenti tagħhom relatati ma’ impenn daqstant kbir. Ħafna wieġbu li l-Knisja kienet fqira wisq biex twettaq impriża ta’ dak id-daqs. Huma pproponew il-bini ta’ bini iżgħar u anqas għali.

Waqt id-diskussjoni ta’ wara, in-Nannu Perry u sħabu ngħaqdu flimkien, ħarġu flushom, u għaddew kollox. Kellhom biżżejjed biex iħallsu għall-vjaġġ tar-ritorn tagħhom u jikkontribwixxu għall-bini tat-tempju? Ftit minuti wara, in-nannu tiegħi mar fuq Joseph Smith, ħareġ munita tad-deheb ta’ ħames dollari, u ppreżentaha lill-Profeta. (Din il-kopja llum tiswa mijiet ta’ dollari!)

Joseph qam quddiem il-kunsill u wera l-munita. Imbagħad, meta kien qed jitkellem b’qawwa, huwa qal li “kienet bdiet il-ħidma u d-Dar [tal-Mulej] se tinbena skont il-mudell ippreżentat” mill-Mulej Ġesù Kristu.

Il-familja Perry ma damux ma ngħaqdu mal-Knisja ġewwa Kirtland, irċevew il-barkiet tagħhom tat-tempju ftit snin wara fit-Tempju ta’ Nauvoo, u aktar tard qasmu l-pjanuri għal Utah.

Sa ma wasal iż-żmien meta t-Tempju ta’ Kirtland kellu jiġi ddedikat fl-1836, kien żgħir wisq biex jesa’ l-membri kollha tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien li riedu jattendu d-dedikazzjoni tiegħu. Hekk kif il-Knisja kibret, l-istess ġralu n-numru ta’ Qaddisin li kellhom jattendu l-laqgħat barra. Il-President James E. Faust (1920–2007), li serva bħala l-president tal-wited tiegħi meta jiena kont għadni żagħżugħ u bħala l-imgħallem meta jien ġejt imsejjaħ bħala Awtorità Ġenerali fl-2007, għamel din l-osservazzjoni dwar it-tieni tempju tal-Knisja:

“Qabel ma tlesta t-Tempju ta’ Nauvoo fl-1846 il-Qaddisin kellhom jiltaqgħu barra, ħafna drabi ħdejn it-tempju, biex jisimgħu lil Joseph u lill-mexxejja l-oħra tal-Knisja jitkellmu. Xi kultant eluf kienu jattendu dawk il-laqgħat”—xi kultant anke fil-maltemp.

“Kif il-[Presbiteru] George A. Smith osserva bil-mod umoruż tiegħu, ‘Fi żmien il-Profeta Joseph … [il-Knisja] baqgħet tiffjorixxi l-aħjar ‘l barra mill-bibien.’”

Aħna grati li fi żmienna, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed tiffjorixxi barra, ġewwa, u madwar id-dinja. Dak il-fjorament jinkludi l-bini tat-tempji b‘pass bla preċedent “skont il-mudell ippreżentat”—mudell li dejjem inkluda barkiet, konsagrazzjoni, fidi, u sagrifiċċju.

illustrazzjoni tat-Tempju ta’ Kirtland

A Glorious Light—Kirtland Temple, ta’ Glen S. Hopkinson, ma tistax tiġi kkupjata

Għalfejn Hawn Daqshekk Tempji?

“Il-predeċessuri tagħna ipprofetizza li t-tempji se jimlew il-pajsaġġ tal-Amerka ta’ Fuq u ta’ Isfel, il-gżejjer tal-Paċifiku, l-Ewropa, u bnadi oħra,” qal il-President Eza Taft Benson (1899–1994) bosta għexieren ta’ snin ilu. “Jekk din il-ħidma feddejja trid issir fuq l-iskala li teħtieġ, ikun hemm bżonn ta’ mijiet ta’ tempji.”

Il-President Russell M. Nelson qal li llum aħna qed nibnu t-tempji b’pass bla preċedent "għaliex il-Mulej talabna biex nagħmlu dan. Il-barkiet tat-tempju jgħinu fil-ġabra ta’ Iżrael fuq iż-żewġ naħat tal-velu. Dawn il-barkiet jgħinu wkoll biex jitħejjew nies li jgħinu jħejju d-dinja għat-Tieni Miġja tal-Mulej!"

Fit-talba dedikatorja tiegħu tat-Tempju ta’ Kirtland, Joseph Smith talab “sabiex in-nies kollha li jidħlu mill-għatba tad-dar tal-Mulej iħossu l-qawwa tiegħek. …

“U nitolbuk, Missier Qaddis, sabiex il-qaddejja tiegħek jistgħu jmorru ’l bogħod minn din id-dar armati bil-qawwa tiegħek, u sabiex ismek ikun fuqhom, u l-glorja tiegħek tkun madwarhom, u l-anġli tiegħek jieħdu ħsiebhom” (Duttrina u Patti 109:13, 22; enfażi miżjuda; ara wkoll vers 23).

Meta naqra dawk il-versi, naħseb dwar il-viżjoni ta’ Nefi tal-aħħar żminijiet. Innotaw l-istess kliem: “U ġara li jiena, Nefi, rajt il-qawwa tal-Ħaruf ta’ Alla, li niżlet fuq il-qaddisin tal-knisja tal-Ħaruf, u fuq il-poplu tal-patt tal-Mulej, li kien imxerred fuq wiċċ id-dinja; u kienu armati bis-sewwa u bil-qawwa ta’ Alla fi glorja kbira” (1 Nefi 14:14; enfażi miżjuda).

Jien nemmen li t-tempji tal-aħħar żmien għandhom irwol essenzjali fit-twettiq tal-profezija ta’ Nefi u huma ċentrali għall-protezzjoni u l-qawwa mwiegħda lill-fidili qabel it-Tieni Miġja.

Bosta snin ilu, waqt li kont qed inservi bħala isqof ta’ qasam universitarju, jiena kont partikolarment impressjonajt ruħi b’waħda tfajla fil-qasam tiegħi. Hija għadha timpressjonani. Intom tafuha bħala l-President Emily Belle Freeman, President Ġenerali tat-Tfajliet. F’diskors riċenti mill-konferenza ġenerali, hija għallmitna li permezz tat-tempju, Ġesù Kristu jgħinna niksbu pjan spiritwali ogħla.

“Kull darba li naqsam mill-għatba tad-dar tiegħu, jiena nesperjenza relazzjoni tal-patt aktar profonda miegħu,” qalet il-President Freeman. “Jiena mqaddsa bl-Ispirtu tiegħu, iddotat bil-qawwa tiegħu, u distinta biex nibni s-saltna tiegħu.”

Qawwa Mwiegħda

Il-President Nelson spiss tkellem dwar il-qawwa ta’ Ġesù Kristu disponibbli permezz tal-patti tat-tempju. “Li torbot lilek innifsek mas-Salvatur ifisser li għandek aċċess għas-saħħa u l-qawwa feddejja tiegħu,” huwa qal. Il-President Nelson għallem ukoll:

“Hekk kif inżommu l-patti tagħna tat-tempju, aħna niksbu aċċess akbar għall-qawwa li ssaħħaħna tal-Mulej. Fit-tempju, aħna nirċievu protezzjoni mis-sofferenza tad-dinja.”

“L-ordinanzi essenzjali [tas-Salvatur] jorbtuna miegħu permezz tal-patti sagri tas-saċerdozju. Imbagħad, hekk kif inżommu l-patti tagħna, Huwa jiddotana b’qawwa tiegħu li tfejjaqna u tqawwina. U oh, kif se jkollna bżonn il-qawwa tiegħu fiż-żmien li ġej.”

“Il-qawwa morali u spiritwali li n-nies tagħna jeħtieġu bħalissa u għaż-żmien li ġej hija l-qawwa ta’ Alla l-Missier u Ibnu, Ġesù Kristu. Aħna niksbu aċċess għall-qawwa Tagħhom billi nagħmlu u nżommu l-patti magħhom.”

Il-qawwa tas-smewwiet hija importanti, ħuti, għaliex aħna ngħixu f’dinja mill-aktar ħażina. Mingħajr dik il-qawwa, aħna mhux se nkunu kapaċi “nifilħu l-jum tal-miġja tiegħu” jew “inqumu bilwieqfa meta jidher” (Malakija 3:2). Aħna ma nafux meta se jkun dak inhar, iżda l-messaġġier tiegħu diġà ntbagħat biex “iħejji t-triq” għall-miġja tiegħu (Malakija 3:1). Sadattant, dak inhar id-dinja mhijiex miexja b’kalma lejn dak inhar.

Neħtieġu l-qawwa mwiegħda lill-fidili biex tgħinna:

  • Ħallu lil Alla jiddomina f’ħajjitna.

  • Indmu u ersqu aktar viċin tal-Mulej.

  • Bierku, farrġu, mexxu, u mministraw.

  • “Nifilħu aħjar l-isfidi, it-tentazzjoni, u l-uġigħ il-qalb tagħna”(ara Mosija 3:19).

  • Sibu l-paċi u l-ferħ fi Kristu hekk kif nimxu t-triq tal-patt.

  • Ħejju “kontra l-jum tal-ħruq” u “l-għawġ tal-ħażen” (Duttrina u Patti 109:46).

  • Wettqu l-ħidma tal-Mulej qabel it-Tieni Miġja tiegħu.

It-Tempju ta’ Tucson f’Arizona

Ritratt tal-koppla tat-Tempju ta’ Tucson, Arizona, minn James Whitney Young

Sentinelli tas-Salvazzjoni

Il-ħidma tas-Salvatur hi “li jġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Mosè 1:39). Kull tempju jinsab wieqaf bħala sentinell fid-dinja tal-pjan tas-salvazzjoni ta’ Alla, filwaqt li jipponta lejn l-irwol ewlieni tas-Salvatur f’dik il-ħidma u glorja.

Armati bil-qawwa tiegħu, kull raġel u mara li jżommu l-patti—miżżewġin jew le—li b’fedeltà jżommu l-patti tat-tempju se jkunu mberkin f’din il-ħajja u fil-ħajja li jmiss.

L-għan aħħari li lkoll qed nippruvaw nilħqu hu li nkunu mogħnija bil-qawwa fid-dar tal-Mulej, niġu ssiġillati bħala familji, u nkunu fidili lejn il-patti li aħna nagħmlu fit-tempju li jikkwalifikawna għall-akbar rigal ta’ Alla—li hu l-ħajja eterna. L-ordinanzi tat-tempju u l-patti li intom tagħmlu hemmhekk huma essenzjali biex isaħħu l-ħajja tagħkom, iż-żwieġ u l-familja tagħkom u l-abbiltà tagħkom li tirreżistu l-attakki tal-avversarju. Il-qima tagħkom fit-tempju u s-servizz tagħkom hemmhekk f’isem l-antenati tagħkom iberkukom b’aktar rivelazzjoni personali u b’aktar paċi u jiffortifikaw l-impenn tagħkom li tibqgħu fit-triq tal-patt.”

Bħala Appostlu tal-Mulej Ġesù Kristu, jiena nixhed li dawn il-ħwejjeġ huma vera.