“Sib il-Ferħ fil-Vjaġġ Tiegħek tal-Evanġelju,“ Liahona, Lulju 2025.
Messaġġ ta’ kull Xahar mir-rivista Liahona, Lulju 2025
Sib il-Ferħ fil-Vjaġġ Tiegħek tal-Evanġelju
L-akbar riżultat li aħna nuru l-imħabba tagħna lejn il-Mulej billi nżommu l-kmandamenti Tiegħu huwa barkiet li jwasslulna l-ferħ u l-ferħ.
Ritratt ta’ membri ferrieħa tal-Knisja fit-Tajlandja minn Christina Smith
Xi snin ilu, meta kont qed inservi bħala mexxej tal-missjoni fil-Ġappun, jiena attendejt konferenza ta’ tmiem il-ġimgħa f’belt rurali f’waħda mill-aktar irkejjen imbiegħda fil-missjoni tagħna. Il-president tad-distrett kien irranġali biex nagħmel intervista ma’ raġel li kien ingħaqad mal-Knisja sena qabel u kien qed jipprova jirċievi rakkomandazzjoni tat-tempju. Huwa kien qed jittama li jirċievi d-dota tiegħu fl-anniversarju tal-magħmudija tiegħu jew qrib ta’ dan l-anniversarju.
Waqt il-konverżazzjoni tagħna, dan il-membru l-ġdid iddeskriva kemm kien verament grat għall-barkiet abbundanti li huwa kien irċieva fis-sena minn meta tgħammed. Huwa kien jieħu gost jattendi s-sagrament ta’ kull ġimgħa u xi laqgħat oħra. Huwa kien sar involut b’mod profond fl-attivitajiet tal-fergħa tiegħu. Fil-fehma, huwa kien juri kunfidenza fil-patt li rriżulta peress li huwa kien għaraf l-għan tiegħu tal-evanġelju, li issa kien parti integrali minnu. Huwa kien dixxiplu kkonvertit ta’ Kristu li esperjenza bidla setgħana f’qalbu (ara Mosija 5:2).
Il-kumplament tal-konverżazzjoni tagħna mxiet wara mudell ta’ tama. Aħna ddiskutejna l-ordinanzi u l-patti li kienu se jkunu parti mill-esperjenza tiegħu tat-tempju. Huwa wieġeb b’mod affermattiv kull waħda mill-mistoqsijiet standard assoċjati ma’ meta niġu biex nirċievu rakkomandazzjoni tat-tempju.
Wara l-intervista, niftakarni nikkummenta mal-president tad-distrett kemm kont grat li niltaqa’ ma’ raġel daqstant eċċezzjonali. Għidtlu kemm kont impressjonajt ruħi li l-missjunarji u l-membri kienu sabu, u rawmu spiritwalment, xi ħadd ta’ dan il-kalibru u promessa.
Ħassejtni kommoss meta l-president tad-distrett qasam magħna li meta dan ir-raġel beda jirċievi lezzjonijiet mill-missjunarji u bedal jattendi l-knisja aktar minn sena qabel, huwa ma kellux saqaf fuq rasu u kien f’ċirkustanzi ebsin ħafna—kważi bla tama. Il-president tad-distrett imbagħad iddeskriva kif l-istudju tal-evanġelju ta’ dan ħuna u l-konverżjoni tiegħu tul perjodu ta’ xhur wasslu għall-bidla mirakoluża tiegħu, xi ħaġa li poġġietu fit-triq tal-awto-dipendenza kemm spiritwali kif ukoll temporali u tah sens ta’ għan u ferħ.
L-evanġelju tah stampa ċara tal-għan ta’ ħajtu. Veritajiet tal-evanġelju sempliċi u prezzjużi ġabu tweġiba għal mistoqsijiet importanti tal-mortalità, fuq kollox l-għarfien li “Alla huwa Missierna fis-Smewwiet, u aħna wliedu. … Alla jafna personalment u jħobbna.“ Fil-pjan tiegħu, “Missier fis-Smewwiet … pprovdielna ħafna doni u joffrilna gwida biex jgħinna nerġgħu lura fil-preżenza tiegħu.“
Din kienet il-barka għal dan ir-raġel, li hija ugwalment disponibbli għall-ulied kollha ta’ Alla permezz tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
L-Għan tal-Ħajja
Peress li Ġesù Kristu rrestawra l-evanġelju tiegħu permezz tal-Profeta Joseph Smith, “aħna għandna għarfien tal-għan tal-ħajja, ta’ min aħna,“ iddikjara l-President M. Russell Ballard (1928–2023). Fl-aħħar testimonjanza tiegħu lilll-Knisja, il-President Ballard, li dak iż-żmien kien Aġent President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, qal:
“Aħna nafu min hu Alla; nafu min hu s-Salvatur, għax għandna lil Joseph, li mar ġo masġar meta kien għadu tfajjel, ifittex il-maħfra għal dnubietu. …
“Jien nimmeravilja ruħi, u ċert li ħafna minnkom tagħmlu l-istess, dwar kemm aħna mberkin li nafu dak li nafu dwar l-għan tagħna fil-ħajja, għalfejn ninsabu hawn, u x’għandna nippruvaw nagħmlu u nwettqu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.“
Għall-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, dak l-għarfien jinkludi fih għarfien tal-“pjan perfett“ tas-salvazzjoni ta’ Alla. Magħruf ukoll bħala “il-pjan kbir ta’ ferħ,“ “il-pjan tal-fidwa,“ u “l-pjan tal-ħniena“ (Alma 42:8, 11, 15), huwa “jeżenta lill-misteru mill-ħajja u l-inċertezza mill-futur tagħna.“ Essenzjali għal dak il-pjan hija “d-duttrina ta’ Kristu,“ li hija fil-qofol tal-għan tal-ħajja.
Peress li aħna għandna l-evanġelju, aħna nafu li aħna wlied Alla, mibgħuta fid-dinja biex niġu ppruvati, illustrati, u mħejjija biex “nerġgħu nqumu mill-imwiet, permezz tat-trijonf u l-glorja tal-Ħaruf“ (Duttrina u Patti 76:39). Aħna nafu l-kmandamenti u niġu mgħallma “biżżejjed li nafu tajjeb mill-ħażen“ (2 Nefi 2:5). Aħna nafu li ninsabu fid-dinja biex inħobbu u nservu. U aħna nafu li s-Salvatur sejħilna biex negħlbu d-dinja u ngħinu lil ħaddieħor jagħmel l-istess (ara Ġwanni16:33; Duttrina u Patti 64:2) bi tħejjija għat-Tieni Miġja tiegħu.
Hekk kif niffokaw fuqu, dak li Joseph Smith sejjaħlu “l-ħoss ferrieħi tal-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu“ isaħħaħna fi żmien diffiċli u jġibilna tifsira u għan f’ħajjitna u fil-ħajja ta’ ħaddieħor.
Kull Irkoppa Tmil, ta’ Dan Wilson, ma jistax jiġi kkupjat
Ubbidjenza, Barkiet, Ferħ
Alla tana l-għażla ħielsa morali ħalli nkunu responsabbli għall-għażliet tagħna (ara Duttrina u Patti 101:78; 2 Nefi 2:16). Bħala parti minn ”oppożizzjoni f’kollox” (2 Nefi 2:11), Satana jista’ jġarrabna biex nużaw ħażin il-volontà tagħna.
Iżda l-Mulej Ġesù Kristu, ”għax jaf l-għawġ li għandu jiġi fuq l-abitanti tad-dinja” fi żmienna, sejjaħ lill-Profeta Joseph Smith, ”kellmu mis-smewwiet, u tah kmandamenti” (Duttrina u Patti 1:17). Dak il-mudell li permezz tiegħu l-Mulej jiżvela l-kmandamenti u r-rieda tiegħu lill-profeti tiegħu jkompli fi żmienna permezz tal-President Russell M. Nelson—u għall-istess raġuni. Alla jixtieq li jmexxina lejn il-ferħ f’din il-ħajja u lejn il-glorja ċelestjali fil-ħajja li jmiss.
L-ubbidjenza lejn il-kmandamenti ta’ Alla għandha tiġi mid-devozzjoni tagħna lejh u l-imħabba lejh. Il-Mulej Ġesù Kristu nnifsu ddikjara li li nħobbu lil Alla “huwa l-ewwel u l-akbar kmandament“ (ara Mattew 22:37–38). Huwa tana aktar għarfien meta huwa ddikjara, “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi“ (Ġwanni 14:15).
Hemm premju talli nħobbu lill-Mulej u nżommu l-kmandamenti tiegħu. F’din id-dispensazzjoni Huwa ddeskriva “liġi, b’digriet irrevokabbli fis-smewwiet … , li fuqha huma mwiegħda l-barkiet kollha—
“U meta niksbu xi barka mingħand Alla, din niksbuha permezz tal-ubbidjenza lejn dik il-liġi li hi marbuta magħha” (Duttrina u Patti 130:20–21).
Għalhekk, l-akbar riżultat li aħna nuru l-imħabba tagħna lejn il-Mulej billi nżommu l-kmandamenti tiegħu huwa barkiet li jwasslulna l-hena u l-ferħ.
Li nħarsu lejn il-ħajja permezz tal-lenti tal-evanġelju rrestawrat u r-rivelazzjoni moderna jagħtina ċ-ċarezza. Permezz ta’ perspettiva ċara tal-oriġini u d-destin divini tagħna, aħna nafu li “l-istess ħwejjeġ li jagħmlu l-ħajja mortali [tagħna] l-aqwa li tista’ tkun huma l-istess ħwejjeġ li jagħmlu l-ħajja [tagħna] tul l-eternità l-aqwa li tista’ tkun!”
Konklużjoni
Nispiċċa minn fejn bdejt, filwaqt li nfakkar l-esperjenza tiegħi snin ilu b’membru ġdid fil-Ġappun. Permezz tad-diliġenza tiegħu u d-diliġenza tal-missjunarji u l-membri, huwa sab l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu. Meta sab l-evanġelju, huwa skopra wkoll l-għan tiegħu, li espanda l-viżjoni tiegħu. Huwa sab ukoll il-pjan kbir ta’ ferħ. L-ubbidjenza lejn il-patti tal-evanġelju tal-pjan ġabitlu barkiet u ferħ, u għenuh b’mod temporali u spiritwali.
Il-vjaġġ tiegħu li wassal għal sħubija fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tah iċ-ċans li jsir xhud ta’ Ġesù Kristu. Il-Presbiteru Patrick Kearon tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu ddeskriva l-ferħ li ġej:
“Grazzi għall-pjan kollu mħabba ta’ Missierna fis-Smewwiet għal kull wieħed u waħda minn uliedu, u grazzi għall-ħajja u l-missjoni feddejja tas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, aħna nistgħu—u għandna—nkunu l-aktar nies henjin fid-dinja! Anke meta l-maltemp tal-ħajja f’dinja mill-aktar imqallba jibda jħabbat fuqna, aħna nistgħu nikkultivaw sens akbar u dejjiem ta’ hena u paċi ġewwiena minħabba t-tama tagħna fi Kristu u l-għarfien tagħna tal-irwol tagħna fil-pjan sabiħ ta’ ferħ.
Jiena noffri l-gratitudni tiegħi għall-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu, u t-testimonjanza tiegħu, inkluż il-pjan kbir ta’ ferħ inkorporat f’dan l-evanġelju. Nistedinkom biex tieħdu sehem fil-frott tal-evanġelju u tħossu aktar ferħ f’din il-ħajja fil-vjaġġ tagħkom lejn il-ħajja eterna.
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni tal-Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Lulju 2025. Maltese. 19601 159