2025
Il-Missier fis-Smewwiet Irid Ikellimkom
Marzu 2025


“Il-Missier fis-Smewwiet Irid Ikellimkom,” Liahona, Marzu 2025.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona , Marzu 2025

Il-Missier fis-Smewwiet Irid Ikellimkom

Araw li l-fidi tagħkom fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ibnu l-Għażiż tgħinkom biex tifirdu -velu u tirċievu leħen il-Missier.

tfajla qed titlob

Aħna wlied Alla, li naqsmu d-dinja flimkien ħafna ’il bogħod mid-dar tagħna fis-smewwiet. Din hija l-mortalità tagħna, żmien li fih nirċievu ġisimna, nagħżlu t-tajjeb mill-ħażin, “induqu l-morr, sabiex inkunu nafu napprezzaw it-tajjeb“ (Mosè 6:55), inkabbru l-fidi tagħna fis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni sagra tiegħu, u nħaddnu l-pjan ta’ ferħ ta’ Missierna. Aħna ninsabu hawn biex insiru nixbhu aktar lil Missierna fis-Smewwiet.

Għalkemm m’għandniex memorja tal-ħajja primortali tagħna, aħna, xi kultant, inħossuna nixxenqu għad-dinja li ħallejna warajna. Missierna tana rigal spiritwali biex nibqgħu konnessi miegħu u nirċievu l-gwida, id-direzzjoni, u l-faraġ mingħandu. Aħna nafu dan ir-rigal tajjeb ħafna; jissejjaħ talba.

Itolbu lil Missierkom fis-Smewwiet

Lil Adam u Eva u lil dawk kollha li kellhom jimxu warajhom, anġlu għallem, “Inti għandek tindem u ssejjaħ lil Alla f’isem l-Iben għal dejjem“ (Mosè 5:8).

Ġesù għallem: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom” (Matthew 7:7). “Meta titlob, … itolb lil Missierek … fil-moħbija” (Mattew 6:6). “Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek” (Mattew 6:9).

Ġesù talab kontinwament lil Missieru. “Huwa ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla” (Luqa 6:12). “U … huwa telaq lejn muntanja biex jitlob” (Mark 6:46). “Waslu f’qasam jismu Ġetsemani, u qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm nitlob” (Mark 14:32). Waqt li kien fuq is-salib, Ġesù talab għas-suldati li sallbuh: “Missier, aħfrilhom; għaliex ma jafux x’inhuma jagħmlu” (Luqa 23:34).

L-iskrittura twissina biex “nitolbu dejjem” (Luqa 21:36; 2 Nefi 32:9; 3 Nefi 18:15; Doctrine and Covenants 10:5; 19:38; 20:33; 31:12). “Iddiskutu mal-Mulej f’dak kollu li tagħmlu, u huwa jidderiġikom għat-tajjeb” (Alma 37:37). Barra minn hekk, aħna “nroddu l‑ħajr u t‑tifħir kollu li ruħna għandha l‑qawwa li tippossedi” (Mosija 2:20), filwaqt li nagħrfu dak kollu li Missierna jagħmel għalina.

Il-President Russell M. Nelson spjega: “L-awto-stima spiritwali tibda bir-realizzazzjoni li kull għodwa ġdida huwa rigal mingħand Alla. … Huwa jippreservana minn jum għal jum u jissapportjana minn mument għall-ieħor (ara Mosija 2:21).”

Nefi qal, “Jekk intom tisimgħu mill‑Ispirtu li jgħallem lill‑bniedem biex jitlob, intom għandkom tkunu tafu li jeħtieġ li titolbu; għax l‑ispirtu l‑ħażin ma jgħallimx lill‑bniedem biex jitlob, imma jgħallmu li m’għandux jitlob” (2 Nefi 32:8).

ħarsa lejn il-profil tas-Salvatur

Dettal minn Christ Raising the Daughter of Jairus, ta’ Greg K. Olsen

Bl-eżempju tas-Salvatur tagħna u l-kunsill tal-anġli u l-profeti tul is-sekli, aħna nafu b’mod ċar li kuljum nafu li nitolbu ta’ kuljum biex nesprimu l-gratitudni tagħna għall-barkiet tagħna, u biex inżommu talba f’qalbna kontinwament. Aħna għandna r-responsabbiltà li nikkomunikaw ma’ Missierna.

Iżda l-ħaġa aktar glorjuża hija li Missierna tas-Smewwiet iwieġeb għal talbna. Mistoqsija li fiha ħafna ħsieb f’din id-dinja mortali hi, kif nistgħu nirċievu u nifhmu aħjar it-tweġibiet, id-direzzjoni, u l-faraġ mingħand Missierna?

Matul ħajti ta’ aktar minn sebgħin sena, jiena minn dejjem naf li Missierna jkellimna. Aħna m’aħniex weħidna. L-esseri tas-smewwiet iħarsuna u jgħinuna hekk kif infittxu li nimxu wara s-Salvatur.

Biex nirċievu tweġibiet għal talbna jeħtieġ li nibdew bill-fidi tagħna f’Missierna fis-Smewwiet u f’Ibnu, Ġesù Kristu. Ġesù qal, “Tibżax, biss emmen” (Mark 5:36). Aħna nafdaw fih, nagħmlu l-almu tagħna biex inżommu l-kmandamenti, u nfittxu idu f’kollox. “F’xejn il-bniedem ma joffendi lil Alla … ħlief għal l dawk li ma jistqarrux li idu hi f’kollox, u ma jobdux il-kmandamenti tiegħu” (Doctrine and Covenants 59:21).

Id Alla f’ħajjitna ma jfissirx li Hu jikkawża l-ħażen jew it-traġedji terribbli li jinsabu fid-dinja tagħna. Madankollu, dan ifisser li fi żminijietkom ta’ diffikultà u inġustizzja, Huwa jieqaf magħkom, iqawwi l-abbiltajiet tagħkom, ifarraġkom, u “jikkonsagra l‑hemm tiegħek għall‑ġid tiegħek” (2 Nefi 2:2).

Isimgħu Leħnu

Hekk kif ikollna l-fidi fih u nżommu l-kmandamenti tiegħu, aħna b’mod naturali nitgħallmu biex nisimgħu aħjar leħnu.

F’Settembru tal-1993, l-ewwel sena tiegħi bħala Awtorità Ġenerali, il-President James E. Faust (1920–2007), dak iż-żmien membru tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, stieden lil marti, Kathy, u lili biex nattendu devozzjonali fl-Università ta’ Brigham Young miegħu. Ftakru, l-1993 kienet qabel id-disponibbiltà ma’ kullimkien ta’ smartphones, tal-midja soċjali, u tal-internet.

Fid-diskors tiegħu, bl-isem “Il-Leħen tal-Ispirtu,” il-President Faust widdibna: “Fil-ġenerazzjoni tagħkom intom se tkunu bbumbardjati minn għadd kbir ta’ ilħna jgħidulkom kif għandkom tgħixu, kif tiggratifikaw il-passjonijiet tagħkom, kif tistgħu tiksbu kull ma tridu. Se jkollkom mal-ħames mitt stazzjon tat-televiżjoni għad-dispożizzjoni. Se jkun hemm kull tip ta’ software, modems interattivi tal-kompjuter, databases, u bulletin boards; se jkun hemm pubblikazzjoni tad-desktop, riċevituri tas-satellita, u netwerks ta’ komunikazzjoni li se jifgawkom bl-informazzjoni. … Il-leħen li għandkom titgħallmu tagħtu każ tiegħu huwa l-leħen tal-Ispirtu.”

Il-President Boyd K. Packer (1924–2015), il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, għallem dwar il-leħen ħelu u sieket tal-Ispirtu meta kien qed jitkellem dwar esperjenza ta’ John Burroughs, naturalist, hekk kif kien miexii mal-ħbieb f’park mimli nies. Dan hu kliem il-President Packer:

“Ogħla mill-ħsejjes tal-ħajja tal-belt [is-Sur Burroughs] sema’ l-għanja ta’ għasfur.

“Huwa waqaf u sema’! Dawk li kienu miegħu ma kinux semgħuha. Huwa ħares madwaru. Ħadd ma kien innotaha.

“IDejqitu li kulħadd kellu jitlef xi ħaġa daqshekk sabiħa.

“Huwa ħareġ munita mill-but tiegħu u għollieha fl-arja. Hija baqgħet nieżla fuq il-bankina b’ħoss qawwi, iżda mhux iktar qawwi mill-għanja tal-għasfur. Kulħadd dar; dak il-ħoss setgħu jisimgħuh!

“Diffiċli tissepara mill-ħsejjes kollha tat-traffiku tal-belt l-għanja ta’ għasfur. Iżda intom tistgħu tisimgħuha. Tistgħu tisimgħuha b’mod ċar jekk tħarrġu lilkom infuskom biex tisimgħuha.”

It-tagħlim tal-President Packer dwar l-Ispirtu s-Santu seħħ fl-1979, żmien meta l-ħajja kienet ferm aktar siekta u l-istorbju tad-dinja kien ferm inqas milli hu llum.

Il-President Nelson għallem, “Jekk qed tagħtu aktar attenzjoni għal dak jkun daħal fil-midja soċjali milli lis-sefsif tal-Ispirtu, mela intom qed tpoġġu lilkom infuskom f’riskju spiritwali.”

Il-President Faust qal, “Jekk irridu nisimgħu leħen l-Ispirtu, aħna wkoll għandna niftħu widnejna, indawru l-għajn tal-fidi għas-sors tal-leħen, u nħarsu b’mod fiss lejn is-smewwiet.”

Dan il-leħen tal-Ispirtu jiġi kemm għall-intellett kif ukoll għas-sentimenti tagħna. “Jiena nkellimkom f’moħħkom u f’qalbkom, permezz tal-Ispirtu s-Santu, li jinżel fuqkom u jgħammar f’qalbkom” (Doctrine and Covenants 8:2). Isimgħu l-kuxjenza tagħkom—ir-rivelazzjoni ħafna drabi tibda hemmhekk.

Il-Presbiteru Andersen jitkellem ma’ grupp

Waqt żjara fid-Dar tal-Bniet tal-Boys’ Town Complex ġewwa l-Belt ta’ Markina, il-Filippini, fi Frar 2024, il-Presbiteru Andersen għallem liż-żgħażagħ li huma wlied Alla: “Huwa jħobbkom. U tistgħu tappellaw għalih. Huwa se jisma’ t-talb tagħkom.”

Itolbu b’Qalb Li Temmen

It-tweġibiet u s-suġġerimenti ma jistgħux jiġu sfurzati. Aħna nitolbu u nistennew b’qalb li temmen. Xi tweġibiet mhux se jaslu f’din il-ħajja, iżda lit-twajbin, il-Mulej dejjem jibgħat il-paċi Tiegħu (ara Ġwanni Ġwanni 14:27). Ħafna drabi t-tweġibiet jaslu meta aħna nkunu qed nitolbu biex ngħinu lil dawk ta’ madwarna. Xi kultant, huma jiġu “linja wara linja, preċett wara preċett” (Doctrine and Covenants 98:12).

Il-leħen tas-smewwiet jista’ jiġi għandna fi żminijiet mhux mistennija u f’postijiet mhux mistennija, iżda nsibu l-aktar opportunitajiet notevoli tagħna fi spazji siekta u f’postijiet sagri. Fis-skiet matul it-talb u l-ħsibijiet tiegħi li nagħmel kmieni filgħodu, insib barkiet mhux tas-soltu. Qari tal-iskrittura kuljum, personali u bla interruzzjoni, għalkemm xi kultant ikun ta’ rutina, iġibilna l-leħen tal-Ispirtu f’qalbna bħal nirien f’mumenti oħra.

Xi kultant, is-suġġerimenti huma speċifikament minn dak li nkunu qed naqraw, u f’ħinijiet oħra, dak li qed nixtarru jġib tweġiba għal tħassib mill-aktar differenti. Ftakru fi kliem il-Presbiteru Robert D. Hales: “Meta rridu nitkellmu ma’ Alla, nitolbu. U meta rridu li Hu jkellimna, inqallbu l-iskrittura.”

Hekk kif l-istorbju u d-distrazzjonijiet tad-dinja jduru madwarna, il-Mulej talab lill-profeta tiegħu biex jibni aktar u aktar tempji. F’dawn id-djar sagri tal-Mulej, hekk kif aħna nħallu barra l-isfidi tagħna iżda nidħlu bit-talb u t-tħassib tagħna, aħna niġu mgħallmin il-veritajiet tal-eternità.

Sena ilu, il-President Nelson tana din il-wegħda meraviljuża: “Għeżież ħuti, hawn hi l-wegħda tiegħi. Xejn ma jgħinkom aktar biex tibqgħu żżommu sod mal-bastun tal-ħadid milli tqimu regolarment fit-tempju skont kif jippermettu ċ-ċirkustanzi tagħkom. Xejn ma jipproteġikom aktar hekk kif tħabbtu wiċċkom maċ-ċpar tad-dlam tad-dinja. Xejn ma jsaħħaħ aktar it-testimonjanza tagħkom tal-Mulej Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu jew jgħinkom tifhmu aktar‎ il-pjan meraviljuż ta’ Alla. Xejn ma jikkalma l-ispirtu tagħkom aktar f’mumenti diffiċli. Xejn ma jiftaħ is-smewwiet aktar. Xejn!”

Kull konferenza ġenerali ġġib barkiet abbundanti oħra. Fix-xahar li ġej ta’ April, għal darb’oħra aħna se niltaqgħu fil-konferenza ġenerali biex nisimgħu leħen il-Mulej. Aħna niġu għall-konferenza ġenerali wara li nkunu tlabna u tħejjejna. Għal kull wieħed u waħda minna, hemm inkwiet mill-aktar urġenti u mistoqsijiet ferventi. Aħna nibqgħu nġeddu l-fidi tagħna fis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, u nsaħħu l-abbiltà tagħna li nirreżistu t-tentazzjoni. Aħna niġu mgħallmin mill-għoli. Inwegħidkom li hekk kif intom titħejjew u bl-għajnuna tat-talb tiġu għas-sessjonijiet tal-konferenza ġenerali, intom se tħossu tweġiba għall-mistoqsijiet tagħkom, u intom se tkunu tafu li fuqkom hemm “id is-smewwiet”.

Araw li jkollkom fidi li Missierkom fis-Smewwiet qed ikellimkom. Qed ikellmkom tassew! Araw li l-fidi tagħkom fih u f’Ibnu l-Għażiż tgħinkom tifirdu l-velu u tirċievu l-leħen ta’ Missierkom. Jiena nixhed li Hu jinsab hemm u jħobbkom aktar milli l-kliem jista’ jgħid.

Noti

  1. Russell M. Nelson, “Joy Cometh in the Morning,” Ensign, Nov. 1986, 68.

  2. James E. Faust, “The Voice of the Spirit” (devozzjonali f’Brigham Young University, Sett. 5, 1993), 2, 3, speeches.byu.edu.

  3. Boyd K. Packer, “Prayers and Answers,” Ensign, Nov. 1979, 19.

  4. Russell M. Nelson u Wendy W. Nelson, “Hope of Israel” (devozzjonali dinjija għaż-żgħażagħ, 3 ta’ Ġunju, 2018), Gospel Library.

  5. James E. Faust, “Il-Leħen tal-Ispirtu,” 4.

  6. Robert D. Hales, “Holy Scriptures: The Power of God unto Our Salvation,” Liahona, Nov. 2006, 26–27.

  7. Russell M. Nelson, “Nithennew bir-Rigal tal-Imfietaħ tas-Saċerdozju,” Liahona, Mejju 2024, 122.

  8. Ara Neil L. Andersen, “Leħen il-Mulej,” Liahona, Nov. 2017, 126.