Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċembru 2025
X’nafu dwar ir-rgħajja fl-ewwel Milied?
Shepherds, ta’ Brian Call
Aħna nafu xi ftit ħwejjeġ dwar ir-rgħajja fl-ewwel Milied.
Huma kienu ħdejn Betlehem. Ir-rgħajja kienu “f’dawk l-inħawi” fejn seħħ it-twelid ta’ Kristu (Luqa 2:8). U huma kienu kapaċi jilħqu lil Betlehem bil-mixi waqt li Hu kien għadu hemm (ara Luqa 2:15–16).
Huma kienu qed jagħmlu dmirhom. Dawn ir-rgħajja kienu “fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom billejl” (Luqa 2:8). Huma kienu rgħajja tajbin u fidili, bħas-Salvatur—ir- Ragħaj it-Tajjeb (ara Ġwanni 10:11, 14).
Huma kienu jafu l-profeziji tal-Messija. Apparentament huma kienu jafu x’kien qed jgħid l-anġlu meta ħabbar it-twelid ta’ “Kristu l-Mulej” (Luqa 2:11), il-Messija mbassar mlil-qedem.
Huma kienu mimlijin ħeġġa. Meta l-anġlu qalilhom dwar it-”tarbija … mimduda f’maxtura” (Luqa 2:12), huma marru “jgħaġġlu” biex jarawh (Luqa 2:16).
Huma qasmu l-aħbar it-tajba ma’ xulxin. Huma “bdew jgħarrfu” dak li kienu semgħu u raw dwar il-messaġġ tal-anġlu dwar it-twelid ta’ Kristu (Luqa 2:17).
Huma rringrazzjaw u faħħru lil Alla. Wara dan kollu, huma “Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kulma kienu raw u semgħu” (Luqa 2:20).
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċembru 2025. Maltese. 19617 159