2025
Għala l-Mulej għandu Knisja?
Ottubru 2025 Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ


Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ottubru 2025

Għala l-Mulej għandu Knisja?

tfajliet

L-għan tal-Knisja ta’ Kristu hu “li tagħti ċans lill-individwi u l-familji jassistu lil Alla fit-twettiq tal-ħidma tiegħu tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.” Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tgħin “biex ulied Alla jikkwalifikaw għall-ogħla grad ta’ glorja, li hija l-eżaltazzjoni jew il-ħajja eterna.”

“Is-Salvatur … ikkummissjunat lill-Knisja biex twettaq l-għanijiet tiegħu—tippridka l-evanġelju tiegħu, toffri l-ordinanzi u l-patti tiegħu, u tagħmluha possibbli għall-qawwa tiegħu li tiġġustifikana u tqaddisna.”

Il-membri tal-Knisja għandhom aċċess għall-qawwa u l-barkiet ta’ Ġesù Kristu permezz tal-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju, il-patti u l-ordinanzi, il-gwida profetika, l-iskrittura, u komunità ta’ Qaddisin.

Il-Knisja ġiet ordnata wkoll: “Qum u iddi, sabiex id-dawl tiegħek ikun għelm għall-ġnus” (Duttrina u Patti 115:5).

Il-membri tal-Knisja jippruvaw “jiddu” billi jgħixu l-evanġelju, jistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju, jgħaqqdu l-familji għall-eternità, u jieħdu ħsieb il-foqra u lil dawk fil-bżonn. Din hija l-ħidma ta’ Alla tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.

Noti

  1. Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, 1.3, Librerija tal-Evanġelju.

  2. Dallin H. Oaks, “Il-Verita u l-Pjan,” konferenza ġenerali ta’ Ott. 2018 (Ensign jew Liahona, Nov. 2018, 26).

  3. Dale G. Renlund, Ott. 2024 konferenza ġenerali (Liahona, Nov. 2024, 16).