Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ottubru 2025
Għala l-Mulej għandu Knisja?
L-għan tal-Knisja ta’ Kristu hu “li tagħti ċans lill-individwi u l-familji jassistu lil Alla fit-twettiq tal-ħidma tiegħu tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.” Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tgħin “biex ulied Alla jikkwalifikaw għall-ogħla grad ta’ glorja, li hija l-eżaltazzjoni jew il-ħajja eterna.”
“Is-Salvatur … ikkummissjunat lill-Knisja biex twettaq l-għanijiet tiegħu—tippridka l-evanġelju tiegħu, toffri l-ordinanzi u l-patti tiegħu, u tagħmluha possibbli għall-qawwa tiegħu li tiġġustifikana u tqaddisna.”
Il-membri tal-Knisja għandhom aċċess għall-qawwa u l-barkiet ta’ Ġesù Kristu permezz tal-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju, il-patti u l-ordinanzi, il-gwida profetika, l-iskrittura, u komunità ta’ Qaddisin.
Il-Knisja ġiet ordnata wkoll: “Qum u iddi, sabiex id-dawl tiegħek ikun għelm għall-ġnus” (Duttrina u Patti 115:5).
Il-membri tal-Knisja jippruvaw “jiddu” billi jgħixu l-evanġelju, jistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju, jgħaqqdu l-familji għall-eternità, u jieħdu ħsieb il-foqra u lil dawk fil-bżonn. Din hija l-ħidma ta’ Alla tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istati Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, October 2025. Maltese. 19624 159