2021
Ġesù Tgħallem u Kiber
Jannar 2021


“Ġesù Tgħallem u Kiber,” Friend, Jannar 2021

Stejjer mill-Iskrittura

Ġesù Tgħallem u Kiber

Ġesù tarbija

Illustrazzjonijiet minn Apryl Stott

Ġesù twieled bħala tarbija ċkejkna. Jiena wkoll darba kont tarbija!

Marija, Ġużeppi, u Ġesù tarbija

Marija u Ġużeppi ħadu ħsieb li jindukraw lil Ġesù. Min jieħu ħsieb jindukrani?

Ġużeppi u t-tfajjel Ġesù

Ġesù kiber bl-istess mod kif qed nikber jiena. Hu kiber fl- għerf. Dan ifisser li Hu tgħallem ħwejjeġ ġodda.

it-tfajjel Ġesù

Hu kiber fl- istatura. Dan ifisser li kiber fil-ġisem.

it-tfajjel Ġesù jistudja

Hu kiber fil-grazzja quddiem Alla. Dan ifisser li Hu Tgħallem dwar Missierna fis-Smewwiet. Hu tgħallem jitlob. Hu tgħallem jaqra l-iskrittura.

it-tfajjel Ġesù ma’ tfal oħra

Hu kiber fil-grazzja quddiem il-bnedmin. Dan ifisser li Hu għamel ħbieb ġodda. Hu kien ħanin mal-oħrajn. Hu għen lill-familja tiegħu.

tfal fi ġnien

Jien nista’ ngħin biex moħħi u ġismi jikbru. Jien nista’ nitgħallem dwar Alla. Jien nista’ nkun ħabib tajjeb. Jien nista’ nikber f’affarijiet tajbin, kif għamel Ġesù!