Storja tal-Knisja
Helmuth Hübener


Helmuth Hübener

Helmuth Günther Hübener (1925–42), membru tal-Knisja f’Hamburg, il-Ġermanja, kien l-iżgħar persuna tar-reżistenza Ġermaniża kontra n-Nażiżmu li ngħatat is-sentenza tal-mewt fuq l-ordni tal-Qorti tal-Poplu Speċjali (Volksgerichtshof) f’Berlin. Mill-bidu tal-1941, Hübener ipproduċa serje ta’ fuljetti anti-Nażiżti li kienu jinkludu l-kummentarju politiku tiegħu u traskritti tax-xandiriet tar-radju tal-Alleati. Bl-għajnuna ta’ żgħażagħ oħra, huwa qassam dawn il-fuljetti ma’ Hamburg kollu. Fi Frar 1942, il-Qorti sabet lil Hübener ħati ta’ “konġura biex jitwettaq tradiment għoli u ta’ sapport tal-għadu li jwassal għal tradiment” u ordnat l-esekuzzjoni tiegħu; it-tribunal ikkundanna wkoll lit-tliet ħbieb tiegħu Rudolf Wobbe, Karl-Heinz Schnibbe, u Gerhard Düwer talli “semgħu stazzjon tar-radju barrani u xerrdu aħbarjiet ta’ radju barrani.” Hübener ingħata s-sentenza tal-mewt fl-età ta’ 17-il sena, tmien xhur wara. Wobbe, Schnibbe, u Düwer ġew issentenzjati għal xogħol iebes u baqgħu fil-kampijiet tal-priġunieri sa tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Hübener twieled Hamburg fl-1925. Ommu, Emma Guddat Kunkel, mara xebba, ħadmet biex tkun tista’ trabbi lil Helmuth u lil żewġ ħutu ikbar, Hans u Gerhard. Riżultat ta’ dan, Helmuth u ħutu qattgħu l-parti kbira taż-żgħożija tagħhom man-nanna tagħhom, Wilhemine Sudrow, li kienet tgħix fil-qrib. Fl-1939, Emma żżewġet lil Hugo Hübener, ħaddiem tal-kostruzzjoni u membru tal-Partit tan-Nażi, li iktar tard adotta lil Helmuth.

L-istess bħall-ġirien tagħhom, bosta Qaddisin tal-Aħħar Żmien Ġermaniżi għall-ewwel kellhom it-tama fil-wegħdiet tal-Partit Nażiżta ta’ stabbiltà ekonomika ġdida u ta’ tkattir fil-kburija nazzjonali. Xi membri tal-Knisja ngħaqdu mal-partit filwaqt li oħrajn opponew ir-reġim b’mod attiv. Kien hemm oħrajn li baqgħu newtrali. Helmuth Hübener ra b’għajnejh stess dan l-ispettru ta’ partiċipazzjoni fi ħdan il-partit. Il-president tal-fergħa tiegħu, Arthur Zander, kien membru fil-Partit Nażiżta li ried iġiegħel lill-membri biex jisimgħu x-xandiriet fuq ir-radju mill-partit, hedded li jirrapporta membri dwar attivitajiet anti-governattivi, u, fl-1938, waħħal tabella fuq il-bieb tad-dar tal-laqgħat li tgħid li l-Lhud ma kinux milqugħin. Xi ftit membri kienu jattendu l-laqgħat tal-Knisja bl-uniformi militari Nażiżta u bl-uniformi tas-servizz ċivili. Min-naħa l-oħra, Otto Berndt, il-president tad-distrett ta’ Hamburg, kien jippriedka minn fuq il-pulptu. Għalkemm huwa rreżista l-idea tax-xandiriet tar-radju, huwa ħeġġeġ privatament ir-reżistenza tal-membri, u ta’ spiss kien jimministra lill-konvertiti Lhud. Għalkemm Hübener għall-ewwel ipparteċipa fil-Jungvolk (il-grupp, organizzat min-Nażiżti għat-tfal) u fiż-Żgħażagħ ta’ Hitler, huwa biż-żmien ċaħad l-ideoloġija tal-partit.

Fir-rebbiegħa tal-1941, Hübener skopra radju ta’ frekwenza baxxa li kien ta’ ħuh, u kien joqgħod jisma’ l-aħbarjiet ta’ billejl li kienu jxandru l-British Broadcasting Corporation (BBC)—reat taħt il-liġi Nażiżta. Xi drabi, kienu jingħaqdu miegħu tnejn minn sħabu tal-knisja, Karl-Heinz Schnibbe u Rudolf (Rudi) Wobbe. Hübener ma damx biex beda jipproduċi fuljetti anti-Nażiżti li kien ikollhom informazzjoni meħuda mix-xandiriet flimkien ma’ kummentarju. Bl-uża ta’ karti saħħara u żewġ tajprajters li ssellef mill-fergħa, Hübener kien jagħmel kopji ta’ dawn il-fuljetti, li hu, Schnibbe, and Wobbe kienu jwaħħlu mat-tabelli tal-bulettin tal-Partit Nażiżta, kienu jxerrdu fit-toroq, u jimpostjaw fil-posta tan-nies. Hübener ippruva mingħajr suċċess jirreklutw żgħażagħ oħra biex jgħinuh. Għal tmien xhur sħaħ, Hübener pproduċa serje ta’ fuljetti li kienu jisfidaw ir-rettorika tal-partit u jikkontestaw t-tagħrif uffiċjali dwar il-gwerra. Kien ukoll jikkritika b’mod dirett lil uffiċjali tal-partit. Il-Führer “se jibgħat eluf sħaħ minkom fin-nirien sabiex itemm ir-reat li huwa beda,” kiteb Hübener f’wieħed mill-fuljetti. “Eluf sħaħ minn fost in-nisa u t-tfal tagħkom se jisfaw romol u orfni. U għal xejn!”

Fi Frar tal-1942, aġenti tal-Gestapo arrestaw lil Hübener, Wobbe, Schnibbe, u Düwer fuq akkużi ta’ reati varji taħt il-liġi Nażiżta, inkluż “konġura biex jitwettaq tradiment għoli.” Fil-11 ta’ Awwissu , matul ġuri li dam ftit iktar minn disa’ sigħat, l-erbgħa li huma dehru quddiem il-Qorti tal-Poplu Speċjali f’Berlin, magħmul minn tliet membri. L-erbgħa li huma nstabu ħatjin. Lil Hübener qatagħuhielu għall-mewt, filwaqt li Wobbe, Schnibbe, u Düwer ġew issentenzjati għal min 4 sa 10 snin xogħol iebes fil-kampijiet. Hübener ngħata s-sentenza tal-mewt bil-giljottina fis-27 ta’ Ottubru, 1942.

Il-Ħajt ta’ Tifkira f’Gedenkstätte Plötzensee

Il-Ħajt ta’ Tifkira f’Gedenkstätte Plötzensee f’Berlin, fejn Hübener ingħata s-sentenza tal-mewt.

Ftit wara li Hübener ġie arrestat, il-president tal-fergħa Arthur Zander kiteb “skomunikat” fuq ir-reġistru ta’ sħubija ta’ Helmuth. Madanakollu, il-president tad-distrett Otto Berndt irrifjuta li jagħti l-firma tiegħu meħtieġa biex din l-azzjoni tkun approvata. Anton Huck, membru fil-presidenza tal-Missjoni Ewropea, ipprova t-tieni firma. Bosta mexxejja tal-Knisja wara qalu li kellhom l-intenzjoni li jiddistakkaw il-Knisja minn Hübener biex jipproteġu lill-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mill-korla tal-uffiċjal Nażiżti. Wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Ewwel Presidenza biddliet id-deċiżjoni li Hübener jiġi kkomunikata u, fl-1948, Hübener ingħata ordinanzi tat-tempju bi prokura.

Fis-snin ta’ wara l-Gwerra, Helmuth Hübener ġie mfakkar għar-reżistenza tiegħu kontra r-reġim Nażiżt. Kien hemm wirjiet biex ifakkruh fi skola vokazzjonali f’Hamburg, fit-Tifkira tar-Reżistenza Ġermaniża f’Berlin, u fil-Ħabs ta’ Plötzensee, fejn Hübener ingħata l-mewt. Barra minn hekk, hemm ċentru taż-żgħażagħ, skola, u żewġ toroq f’Hamburg li jġibu ismu. Sa mis-snin 40, gruppi politiċi, soċjali, u reliġjużi organizzaw bosta ċelebrazzjonijiet fit-8 ta’ Jannar (għeluq sninu) u fis-27 ta’ Ottubru (id-data tal-esekuzzjoni tiegħu) biex jikkommemoraw l-erojiżmu tiegħu. Fit-8 ta’ Jannar, 2020, skola f’ċentru ta’ detenzjoni ġovanili viċin il-Ħabs ta’ Plötzensee ġiet imsemmija f’ġieħ Hübener. Ultimament, forsi l-ħsibijiet ta’ Hübener stess f’ittra li bagħat waqt l-aħħar mumenti tiegħu jservu bħala l-aqwa tifkira tal-qawwa tiegħu tal-konvinzjoni u t-tama dejjiem tiegħu: “Jiena grat ħafna lil Missieri tas-Smewwiet li din il-ħajja mill-aktar meraviljuża se tintemm illum filgħaxija. Hekk jew hekk, ma stajtx inġerraħha iktar! Missieri fis-Smewwiet jaf li m’għamilt xejn ħażin. … Jiena naf li Alla jgħix, u Huwa se jkun l-imħallef xieraq ta’ din il-kwistjoni. Sakemm ningħaqdu mill-ġdid f’dik id-dinja aħjar!“

Suġġetti relatati: Ġermanja, It-Tieni Gwerra Dinjija

Noti

  1. Erin Blakemore, “Meet the Youngest Person Executed for Defying the Nazis,” History Stories, Aug. 31, 2018, https://www.history.com/news/meet-the-youngest-person-executed-for-defying-the-nazis. Rudi Wobbe u Karl-Heinz Schnibbe ppubblikaw il-memorji tal-esperjenzi tagħhom jirreżistu r-reġim Nażiżt flimkien ma’ Hübener; ara Rudi Wobbe u Jerry Borrowman, Before the Blood Tribunal (American Fork, Utah: Covenant Communications, 1992), ippubblikat mill-ġdid bħala Three against Hitler (American Fork, Utah: Covenant Communications, 1992); Karl-Heinz Schnibbe, Alan F. Keele, u Douglas F. Tobler, The Price: The True Story of a Mormon Who Defied Hitler (Salt Lake City: Bookcraft, 1984). Għadd bla tarf ta’ kotba oħra (fizzjoni jew mhux), artikli, u essejs inkitbu dwar Hübener.

  2. Qorti tal-Poplu, Verdett, Dokument 52 in Blair R. Holmes and Alan F. Keele, edi. u trad., When Truth Was Treason: German Youth against Hitler: The Story of the Helmuth Hübener Group, 2nd ed. (Provo: Stratford Books, 2003), 219–20; Qorti tad-Distrett, Hamburg, Mandat ta’ Arrest, Dokument 16 in Holmes and Keele, eds. and trans., When Truth Was Treason, 174–75; Rudolf Wobbe, Statement, Document 66 in Holmes and Keele, eds. and trans., When Truth Was Treason, 259–62; Wobbe and Borrowman, Before the Blood Tribunal, 74. Ara wkoll Suġġett: It-Tieni Gwerra Dinjija.

  3. Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 14; Richard Lloyd Dewey, Hübener vs. Hitler: A Biography of Helmuth Hübener, German Teenage Resistance Leader, 2nd ed. (Provo: Academic Research Foundation, 2004), 1–2; Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, 20.

  4. Schnibbe, Keele, and Tobler, The Price, 20; Dewey, Hübener vs. Hitler, 5–6.

  5. See Dewey, Hübener vs. Hitler; David Conley Nelson, Moroni and the Swastika: Mormons in Nazi Germany (Norman: University of Oklahoma Press, 2015), 99–104. Filwaqt li Nelson jisħaq li l-appoġġ tal-membri tal-Knisja għall-ideoloġija tal-partit kien imur lil hinn minn “sempliċiment protezzjoni,” ħafna mix-xhieda jiddeskrivu “parteċipazzjoni nofs qalb” sforz ix-xewqa li jipproteġu lilhom infushom, il-familji tagħhom, u lill-Knisja minn indħil tal-Gvern, priġunerija, jewxi ħaġa agħar. Per eżempju, ara Otto Berndt, Dikjarazzjoni, Dokument 65 fi Holmes u Keele, edi. u trad., When Truth Was Treason, 257.

  6. Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 28–32; Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, 22–24.

  7. Dewey, Hübener vs. Hitler, 23–24, 27–28, 61, 71–73; Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 15, 31–32, 39; Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, 16, 22.

  8. Wobbe, Statement, 259; Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, 25–27; Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 34–39.

  9. Holmes u Keele, edi., When Truth Was Treason, 336n8.

  10. Helmuth Hübener, “I’ve Calculated for Everything,” Dokument 42 fi Holmes and Keele, edi. u tradi., When Truth Was Treason, 208. Skont id-dokumenti tal-akkuża, il-Gestapo ġabar 29 mill-fuljetti, inkluż 9 “fuljetti żgħar” u 20 fuljetti ta’ karta sħiħa; ara lista sħiħa u deskrizzjoni ta’ dawn il-fuljetti fi Holmes u Keele, edi. u tradi., When Truth Was Treason, 191–93, 221–24.

  11. Kap Kunsillier tal-Istat tal-Qorti Reġjonali Ogħla ta’ Hanseatic, Każ Kriminali kontra Hübener, Dokument 23 fi Holmes u Keele, edi., u tradi., When Truth Was Treason, 180–82. Bnadi oħra r-reat kien deskritt ukoll bħala “preparazzjoni għal tradiment għoli”; ara Qorti Distrettwali ta’ Hamburg, Notifika ta’ Arrest, 174–75; Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 66–67. “Gestapo” kienet taqsira għall- Geheime Staatspolizei (“Pulizija Sigrieta tal-Istat”).

  12. Wobbe u Borrowman, Before the Blood Tribunal, 69–76; Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, 51–54.

  13. Qorti tal-Poplu, Verdett, 219–31; L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Poplu, Rapport tal-Esekuzzjoni, 27 ta’ Ott. 1942, Dokument 62 fi Holmes u Keele, edi. u tradi., When Truth Was Treason, 241–42.

  14. Berndt, Dikjarazzjoni, 258–59. Otto Berndt spjega: “Dan sar biex jiġu evitati iktar diffikultajiet mal-partit [Nazista]. Il-Qaddisin li emmnu fl-ideali tal-Ġermanja l-Ġdida … għamlu li għamlu għaliex emmnu li dan kien fl-aqwa interess tal-Knisja u tal-pajjiż. Indiema u maħfra ġew manifestati wara l-gwerra minn dak kollha li kienu kkonċeranti” (Berndt, Dikjarazzjoni, 258–59). Ara wkoll Dewey, Hübener vs. Hitler, 174.

  15. Ara https://helmuthhuebener.de; Helmuth Hübener Exhibition, “Memorial in Hamburg in Remembrance of Nazi Crimes,” https://gedenkstaetten-in-hamburg.de/en/memorials/show/helmuth-huebener-exhibition; Gedenkstätte Deutscher Widerstand, “Helmuth Hübener,” https://www.gdw-berlin.de/en/recess/biographies/index_of_persons/biographie/view-bio/helmuth-huebener; Brigitte Oleschinski, Plötzensee Memorial Center (Berlin: German Resistance Memorial, 2002), 31.

  16. Schnibbe, Keele, u Tobler, The Price, ix; “Schule der Berliner Jugendstrafanstalt wird Helmuth-Hübener-Schule,” https://presse-de.kirchejesuchristi.org/artikel/schule-der-berliner-jugendstrafanstalt-wird-helmuth-huebener-schule.

  17. Schnibbe, Keele, and Tobler, The Price, 58.