Ħabib
Adam u Eva
Jannar 2026 Ħabib


“Adam u Eva,” Ħabib, Jannar 2026, 46–48.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Jannar 2026

Adam u Eva

Adam u Eva fil-Ġnien tal-Għeden

Adam u Eva kienu l-ewwel fost ulied il-Missier fis-Smewwiet li ġew hawn fid-dinja. Huma għexu fil-Ġnien tal-Għeden.

Siġra tal-ħajja

Alla ħalliehom jieklu l-frott ta’ kull siġra ħlief waħda. Jekk huma jieklu mis-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin, huma jkollhom iħallu l-ġnien u eventwalment imutu. Iżda Satana gidbilhom. Huwa qalilhom li jekk jieklu l-frott, huma kienu jkunu jafu t-tajjeb mill-ħażin iżda ma jmutux.

Eva taqta’ frotta mis-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin

Eva għażlet li tiekol il-frotta.

Eva tgħaddi b’idha frotta f’id Adam

Imbagħad tat lil Adam xi ftit mill-frott. Huwa għażel ukoll li jiekol.

Adam u Eva jinħbew qalb is-siġar meta Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu jidhru

Alla u Ġesù Kristu marru jżuruhom, iżda Adam u Eva kienu mbeżżgħin u moħbija. Alla staqsa jekk kenux kielu frott mis-siġra.

Adam u Eva jilbsu lbies ta’ ġlud u jħallu l-Ġnien tal-Għeden

Adam u Eva qalu li kielu l-frott. Issa kellhom iħallu l-Ġnien tal-Għeden. Iżda Alla kellu pjan għalihom. Issa huma kienu jagħrfu s-sewwa mill-ħażin u seta’ jkollhom it-tfal.

Adam u Eva ma’ wliedhom

Adam u Eva wiegħdu li jobdu l-kmandamenti ta’ Alla. Huma tgħallmu aktar dwar l-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu. Huma kienu kuntenti għaliex Huwa kien se jgħin lill-familja tagħhom terġa’ lura għand Alla.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Ġesù Ħoloq id-Dinja

Paġna PDF

Illustrazzjoni ta’ Jum Audrey

X’inhuma l-ħwejjeġ favoriti tagħkom li ħoloq Ġesù Kristu?