“Il-Qaddisin Imorru Lejn il-Punent,” Ħabib, Diċembru 2025, 26–28.
Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Diċembru 2025
Il-Qaddisin Imorru Lejn il-Punent
Wara li Joseph Smith miet, Brigham Young u l-Appostli l-oħra mexxew il-Knisja. Brigham kien jaf li l-Qaddisin kellhom jitilqu minn Nauvoo għaliex ma kienx post sigur. Iżda l-Mulej riedhom itemmu l-bini tat-tempju l-ewwel.
Meta t-tempju kien lest, eluf ta’ Qaddisin għamlu patti mal-Mulej u ġew issiġillati bħala familji.
Issa kien żmien li jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn il-punent. It-temp kien kiesaħ, u n-nies kienu morda u bil-ġuħ.
Brigham talab għall-għajnuna. Il-Mulej qal li huma għandhom jgħinu lil xulxin, u Hu jberikhom u jgħinhom.
Il-vjaġġ kien xorta diffiċli ħafna. Xi nies mietu. Iżda minħabba l-patti tagħhom tat-tempju, il-Qaddisin kienu jafu li huma kienu sa jaraw mill-ġdid lill-membri tal-familja tagħhom.
L-ewwel Qaddisin waslu fil-Wied ta’ Salt Lake fl-1847. Hawnhekk huma setgħu jqimu lill-Mulej u jagħmlu l-ħidma tiegħu fil-paċi.
Tul is-snin, aktar Qaddisin waslu u bnew aktar tempji. Missjunarji vvjaġġaw madwar id-dinja biex jgħallmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Il-Knisja tas-Salvatur kompliet tikber, u tbierek lil ulied Missierna fis-Smewwiet ma’ kullimkien.
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Huwa d-Dawl, il-Ħajja, u t-Tama tad-Dinja.
Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert
X’tagħmlu fil-Milied biex tiftakru f’Ġesù Kristu?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Diċembru 2025. Maltese. 19637 159