“Nibnu lil Nauvoo,” Ħabib, Settembru 2025, 26–28.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Settembru 2025
Nibnu lil Nauvoo
Il-Mulej qal lill-Qaddisin biex jinġabru f’post ġdid. Kien ħdejn xmara kbira, fejn l-art kienet imxarba u mimlija tajn. Ma deherx li kien post tajjeb biex tinbena belt. Iżda Joseph Smith kien jaf li, bl-għajnuna tal-Mulej, huma setgħu jagħmluha sabiħa.
Il-Qaddisin ħadmu iebes biex jagħmluh post tajjeb fejn tgħixu. Joseph sejjaħ lill-belt Nauvoo, li tfisser “post sabiħ.“
Il-Mulej ried li l-Qaddisin tiegħu jibnu tempju f’Nauvoo. In-nies malajr bdew jaħdmu.
Il-Mulej kellu barkiet kbar biex jagħti lill-poplu Tiegħu. Fit-tempju, huma kienu jagħmlu ċerti patti, jew wegħdiet speċjali, mal-Mulej. Huma kienu jitgħallmu wkoll dwar il-pjan ta’ ferħ tal-Missier fis-Smewwiet għal uliedu kollha.
Il-Qaddisin ħadmu qatigħ biex jibnu t-tempju. Għadda żmien twil, iżda kienu ħerqana li jitgħallmu dwar il-wegħdiet speċjali li l-Mulej kellu għalihom fit-tempju tiegħu.
Paġna biex Tingħata l-Kulur
It-Tempju huwa d-Dar tal-Mulej.
Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert
Kif tħossukom meta taraw tempju?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, September 2025. Maltese. 19640 159