“Ċella ta’ Liberty,” Ħabib, Awwissu 2025, 26–28.
Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib Messaġġi, Awwissu 2025
Ċella ta’ Liberty
Ħafna nies f’Missouri ma kenux jħobbuhom lill-Qaddisin. Il-gvernatur bagħat suldati biex jiġegħluhom jitilqu.
Is-suldati arrestaw lil Joseph Smith u mexxejja oħra tal-Knisja. Lejla waħda, il-gwardjani kienu qed jiddieħqu dwar ħwejjeġ ħżiena li kienu għamlu lill-Qaddisin.
Joseph qam u beda jgħajjat, “Silenzju!“ Huwa tkellem bil-qawwa ta’ Alla. Il-gwardjani qalu li kien iddispjaċihom u waqfu jitkellmu.
Aktar tard, Joseph u sħabu tpoġġew f’ċella f’belt li tissejjaħ Liberty. Il-ħabs kien kiesaħ, żgħir, u mudlam. Huma kellhom biss tiben maħmuġ biex jorqdu fuqu. L-ikel li ġew mogħtija għamilhom morda.
Joseph inkweta dwar il-Qaddisin. Iżda hu ma seta’ jagħmel xejn biex jgħinhom.
Joseph talab ħafna. Huwa staqsa jekk Alla kienx nesa lilu u lill-membri tal-Knisja.
Alla wieġeb it-talba ta’ Joseph. Huwa qal, “Ibni, sliem għal ruħek.“ Alla qal lil Joseph li l-isfidi tiegħu ma kenux se jdumu għal dejjem u li huma kienu se jkunu għall-ġid tiegħu. Huwa wiegħed li Huwa kien se jkun ma’ Joseph “għal dejjem ta’ dejjem“ (Duttrina u Patti 121:7, 46).
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Jiena Nista’ Nkun Bħal Dawl għal Oħrajn
Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert
Kif intom eżempju tajjeb għal ħaddieħor?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Awwissu 2025. Maltese. 19642 159