Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Lulju 2025
L-Appostli Jservu Missjoni fil-Gran Brittanja
Il-Mulej qal lil Joseph Smith biex jibgħat xi wħud mill-Appostli f’missjoni fil-Gran Brittanja. Kien diffiċli għall-Appostli biex iħallu l-familji tagħhom, iżda l-Mulej wiegħed li jberikhom.
Heber C. Kimball u martu, Vilate, kellhom familja żagħżugħa. Ħafna minnhom kienu morda ħafna.
Brigham Young kien ukoll marid, u l-familja tiegħu kienet fqira. Iżda mart Brigham, Mary Ann, qaltlu, “Morru u wettqu l-missjoni tagħkom, u l-Mulej iberikkom.“
Heber u Brigham stejqru, iżda kienu dgħajfin ħafna. Huma riedu jxandru l-evanġelju, għalhekk huma sellmu lill-familji tagħhom u telgħu fuq in-naħa ta’ wara tal-karru biex jibdew il-vjaġġ tagħhom.
Wara vjaġġ twil bil-baħar, Heber u Brigham waslu l-Gran Brittanja. Flimkien ma’ Appostli oħra, huma għallmu bosta nies l-evanġelju. Eluf ta’ nies tgħammdu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Ħafna minnhom baħħru l-oċejan biex jingħaqdu mal-Qaddisin fl-Istati Uniti.
Il-Mulej żamm il-wegħda tiegħu li jieħu ħsieb il-familji ta’ Heber u ta’ Brigham waqt li kienu qed iservuh bħala missjunarji.
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Alla Ħoloq Kull Kreatura fid-Dinja
Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert
X’inhi l-kreatura favorita tagħkom?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Lulju 2025. Maltese. 19639 159