2025
Is-Saċerdozju Ġie Rrestawrat
Marzu 2025


″Is-Saċerdozju Hu Rrestawrat,″ Ħabib, Marzu 2025, 26–28.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Marzu 2025

Is-Saċerdozju Ġie Rrestawrat

Tistgħu taqraw din l-istorja f’ Joseph Smith—History 1:66–73 u Doctrine and Covenants 27:12.

Joseph Smith ikellem lil Oliver Cowdery b’bużżieqa tal-immaġinazzjoni li turi lil Kristu jżur lin-Nefiti

Wara Joseph Smith irċieva l-pjanċi tad-deheb, huwa beda jittraduċihom. Oliver Cowdery kiteb dak li qal. Hekk kif għaddejjin b’din il-ħidma, huma tgħallmu li Ġesù Kristu ried li kulħadd jitgħammed.

Joseph Smith u Oliver Cowdery jitolbu fil-masġar

Joseph u Oliver ma kenux jafu min kellu l-qawwa ta’ Alla li jgħammed lin-nies. Huma marru fil-masġar biex jitolbu u jistaqsu lil Alla.

Anġlu b’idejh fuq ras Joseph Smith

Waqt li kienu qed jitolbu, deher anġlu. Huwa qal li kien Ġwanni l-Battista, li għammed lil Ġesù Kristu żmien twil ilu. Huwa ta lil Joseph u lil Oliver is-Saċerdozju ta’ Aron sabiex huma jkunu jistgħu jgħammdu lil ħaddieħor. Is-saċerdozju hu l-qawwa ta’ Alla Jintuża biex ibierek lil ulied Alla.

Joseph Smith qed jgħammed lil Oliver Cowdery

Ġwanni l-Battista qal lil Joseph u lil Oliver biex jitgħammdu. Huma marru fix-xmara u għammdu lil xulxin. Meta huma telgħu mill-ilma, huma mtlew bl-Ispirtu s-Santu. Kienu ferħanin ħafna!

Tliet anġli jpoġġu jdejhom fuq ras Joseph Smith

Aktar tard, ġew anġli oħra. Tlieta mill-Appostli ta’ Ġesù Kristu—Pietru, Ġakbu, u Ġwanni—taw lil Joseph u lil Oliver is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Issa Joseph u Oliver setgħu jagħtu d-don tal-Ispirtu s-Santu lil ħaddieħor.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Ġesù Jħobb l-Għanja tal-Qalb

Qalb b’noti mużikali

Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert

Kif tħossukom meta tkantaw dwar Ġesù Kristu?