“Joseph Smith Jirċievi l-Pjanċi tad-Deheb,” Ħabib, Frar 2025, 26–28.
“Jiena Nista’ Nkun Xhieda li l-Ktieb ta’ Mormon Huwa Veru,” Ħabib, Frar 2025, 48.
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Frar 2025
Joseph Smith Jirċievi l-Pjanċi tad-Deheb
Tista’ taqra din l-istorja f’ Joseph Smith—L-Istorja 1:28–60.
Tliet snin wara l-Ewwel Dehra, Joseph Smith ħassu rimors dwar xi żbalji li kien għamel. Huwa talab lil Missierna fis-Smewwiet dwar dan.
Waqt li Joseph kien qed jitlob, id-dawl mela l-kamra. Huwa ra anġlu wieqaf fl-arja. Isem l-anġlu kien Moroni.
Moroni qal li kien hemm ktieb magħmul minn paġni tad-deheb, jew pjanċi. Kien midfun f’għolja ħdejn id-dar ta’ Joseph. Il-ktieb kien dwar nies li għexu fil-Kontinent Amerikan ħafna żmien ilu. Moroni qal li Alla kien se jgħin lil Joseph jittraduċi l-ktieb.
Joseph mar fuq l-għolja u sab il-pjanċi taħt blata tqila. Moroni ġie u qal li Joseph ma kienx lest li jeħodhom għaliissa.
Meta Joseph kien akbar, Moroni ltaqa’ miegħu fuq l-għolja u tah il-pjanċi. Moroni qal lil Joseph biex iżommhom ’il bogħod mill-periklu.
Joseph beda jittraduċi l-pjanċi għall-Ingliż. Huwa uża għodda speċjali mingħand Alla biex jgħinu. Il-ktieb ġie ppubblikat fl-1830 bħala l-Ktieb ta’ Mormon. Jgħallem dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju Tiegħu.
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Jiena Nista’ Nkun Xhieda li l-Ktieb ta’ Mormon Huwa Veru
Illustrazzjonijiet ta’ Corey Egbert
Kif tistgħu tgħinu lil ħaddieħor jitgħallem dwar Ġesù Kristu fil-Ktieb ta’ Mormon?
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, Frar 2025. Maltese. 19641 159